Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lokalitajiet – toroq — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ngħataw it-tarmak mis-sena 2013 sal-lum f’dawn il-lokalitajiet: a. Paola; b. Ħal Tarxien; c. Il-Fgura; d. Il-Marsa; e. Il-Gudja; f. Santa Luċija; g. Valletta; h. Floriana; i. Tal-Pietà; j. Il-Ħamrun; u k. Santa Venera? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm biex aktar toroq jingħataw it-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-pjanijiet biex aktar toroq jingħataw l-asfalt, ix-xogħlijiet fuq it-toroq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.

Belt Valletta — Servizz tal-indafa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ġodda ttieħdu f’dawn l-aħħar xhur fejn tidħol indafa ġewwa l-Belt Valletta? Xi kemm qed jiġi stmat li jiswa dan is-servizz?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għat-Tindif flimkien mal-Valletta Services Directorate, hejja pjan ta’ tindif u ħasil ta’ toroq madwar il-Belt Valletta, kemm fiż-żona kummerċjali kif ukoll fiż-żoni residenzjali. It-tindif u ħasil addizzjonali fiż-żoni residenzjali, hija inizjattiva totalment ġdida li qed tittieħed mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Qed jintużaw kimiċi apposta għal ħasil ta’ dawn it-toroq, flimkien ma’ bowsers u high pressure washers sabiex isir tindif professjonali kif għandu jkun. Matul dawn l-aħħar ġimgħat żdiedu wkoll in-numru ta’ kenniesa li jnaddfu ż-żoni kummerċjali fil-belt kapitali matul il-jum. Ġie mwaqqaf grupp ġdid ta’ ħaddiema, li qed inaddfu u jiġbru skart anke fil-ħinijiet ta’ matul il-lejl. F’dawn l-aħħar ġimgħat, ittieħdet inizjattiva ġdida oħra, ta’ tindif ta’ culverts u kanali tal-ilma tax-xita fiż-żoni kollha tal-Belt Valletta. Dan ix-xogħol kien evidenti li kien ilu ma jitwettaq għal ammont ta’ snin, mill-entita’ responsabbli sabiex jitnaddfu dawn is-sistemi madwar il-lokalita’. Dawn l-inizjattivi mid-Direttorat għat-tindif huma kollha addizzjonali għal dawk il-funzjonijiet li l-Kunsill Lokali Valletta huwa obbligat li jwettaq. Dan ix-xogħol kollu minn naħa tad-Direttorat għat-Tindif huwa stmat li se jiġi jiswa' man-nofs miljun ewro fis-sena.

Il-Mosta – Żona taż-Żokrija – Triq Camillo Sciberras — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta jgħid meta Triq Camillo Sciberras fiż-Żona taż-Żokrija fil-Mosta fejn hemm bini ta’ appartamenti ġodda, se tkun tista’ tingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak ladarba waqt il-kostruzzjoni ta’ dan il-bini, il-wiċċ tat-triq li kien hemm, li ma kienx wiċċ ta’ tarmak, tkisser, u jekk jista’ jkun bħala triq ikollha wiċċ ta’ tarmak tajjeb li jkun jixraq lir-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qiegħda tisspezzjona din it-triq u jekk jirriżulta li hemm partijiet li qatt ma ngħataw wiċċ (asfalt jew konkrit), se żżid it-triq mal-lista ta’ toroq li jridu jingħataw wiċċ għall-ewwel darba, mill-istess Awtorità f’isem il-Gvern. Jekk jirriżulta, però, li t-triq kienet ingħatat wiċċ minn Transport Malta jew mill-Gvern, sta għall-Kunsill biex jara li din it-triq tiġi rrinġata u miżmuma kif suppost.

Karozzi tas-servizz pubbliku – persuni b’diżabilità — badge

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex persuni bil-badge ta’ persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fil-post riżervat għalihom fil-vetturi tat-trasport pubbliku, meta dawn il-postijiet ikunu meħuda minn persuni li ma jkollhomx id-dritt li jużaw dawn il-postijiet li huma ta’ prijorità għall-persuni b’diżabilità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull karozza tal-linja li topera fis-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda hija mgħammra b’numru ta’ seats li huma maħsuba għal użu minn persuni li għandhom diffikulta fiżika, nisa tqal, persuni bi tfal żgħar u anzjani. Dawn il-postijiet huma identifikati permezz ta’ sinjal ta’ Prijorita’. Filwaqt li wieħed japprezza l-ispirtu ta’ dan is-suġġeriment, wieħed jistenna li persuni li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku josservaw dawn l-istruzzjonijiet b’rispett lejn passiġġieri li għalihom ġew assenjati dawn il-postijiet. Nifhem ukoll li dan mhux dejjem iseħħ. Dan is-suġġeriment ser jiġi evalwat f’aktar dettall sabiex naraw kif tista’ tiġi mtejba din is-sitwazzjoni.

Ħ’Attard — Triq Sant’Anton – one way

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31251, jista’ l-Ministru jivverifika l-informazzjoni mogħtija, għax Triq Sant’Anton Ħ’Attard, wara l-Palazz tal-President hija dejqa wisq biex tippermetti traffiku two way filwaqt li f’din l-area hemm id-dħul tal-Kitchen Garden tal-President u allura t-traffiku qed joħloq periklu kbir għall-persuni li jżuru dan il-post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Immanigjar tat-Traffiku din il-proposta ma ġietx milqugħa minħabba problema ta’ ċirkulazzjoni u minħabba wkoll li titfa’ t-traffiku fuq toroq oħra li huma diġa’ mgħobbija bit-traffiku.

Ħal Tarxien – Triq Annetto Caruana – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq Annetto Caruana Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Qawra – Front — Arbli

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31010 fejn intqal li (jekk ma jkunx hemm problemi fil-proċess tat-tendering), mhux se jkun hemm dwal dekorattivi f'posthom qabel Lulju li ġej, jista’ l-Ministru jieħu l-miżuri neċessarji biex almenu wħud mid-dawl li kien hemm u nqalgħu, jerġgħu jitwaħħlu biex jiġi evitat dlam żejjed f’partijiet mill-front?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-arbli tal-promenade tal-Qawra u Buġibba kellhom jitneħħew u jiżżarmaw 88 wieħed għax dawn kienu fi stat li joħolqu periklu lill-pubbliku li juża’ dan il-promenade. Fil-post għad hemm 104 arbli. Minn dawn bħalissa hemm 30 li ma jixgħelux. Il-proċedura hi li l-Kunsill Lokali jipprovdi l-lampi lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet meta dawn jinħarqu. Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ipprovda l-lampi meħtieġa lill-imsemmi Dipartiment u fil-ġranet li ġejjin għandhom jinbidlu l-lampi maħruqa kollha biex ikun hemm 104 arbli jixgħelu. Il-fanali li nqalgħu mhumiex fi stat li jistgħu jerġgħu jeħlu fuq il-post.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sea Malta – ħlas lill-ex impjegati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29412, jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-ex impjegati tas-Sea Malta li ma kenux parti mill-proċeduri legali, humiex se jiġu b’xi mod kumpensati bħal dawk li kienu?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Parkeġġ Riservat – persuni intitolati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jkollu post ta’ parkeġġ riservat? Kemm kien hemm parkeġġi riservati li ġew irtirati minn April 2013 sa Jannar 2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna intitolata għal tali Parkeġġ Riservat tkun: · Persuna b’diżabilita’ li jkollha problema severa ta’ mobilita’ u li ssuq il-vettura tagħha jew tuża siġġu bir-roti. · Persuna b’diżabilita’ jkollha l- Blue Sticker . · Il-vettura tkun rreġistrata fuq l-indirizz fejn toqgħod il-persuna b’diżabilita’. In-numru ta’ parkeġġi rtirati fil-perjodu ta’ bejn April 2013 u Jannar 2017 kien ta’ 397.

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – kundizzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Persons of trust - kariga

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Coordinator of Works Head of the Project Development and Coordination Unit (PDCU) & Project Leader (ERDF 104) Coordinator of Works (Public Convenience) Coordinator of Works (Northern Region) Assistant Manager 3 Secretariat Pool 2 Ministry Coordinator Communications Secretary Head of Customer Care Assistant Private Secretary Secretariat Officer

Triq prinċipali li twassal minn fejn il-monument tal-gwerra sa Kastilja – pelican lights

Question

Billi ż-zebra crossing li hemm fit-triq prinċipali li twassal minn fejn il-monument tal-gwerra sa Kastilja, illum hi mgħottiha bil-monument li hemm in-naħa tal-venda tal-karozzi tal-linja, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jitwaħħlu pelican lights qabel ma jinqatel jew ikorri xi ħadd b'mod serju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pelican crossing mhumiex rakkomandabbli f’dan is-sit, iżda ser jiġu kkunsidrati miżuri oħrajn biex tiġi mtejba l-viżibilita’ taż-zebra crossing.

Trasport Pubbliku – Rotta nru 226

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-Rotta nru 226 li kienet tgħaddi minn Joanne Garden Ħal Tarxien u tneħħiet, issa jekk hemmx il-ħsieb li terġa’ tibda tgħaddi minn dik ir-rotta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri tal-inħawi imsemmija jistgħu jagħmlu użu mir-rotta 226 li tgħaddi minn Triq Paola f’direzzjoni waħda u tgħaddi minn fuq bus stops ‘Antnin’ jew inkella ‘Brittanja’, filwaqt li fid-direzzjoni l-oħra tgħaddi minn Triq Ħal Luqa fuq bus stop ‘Nazzarenu’. Dawn il-bus stops jinsabu madwar 350 metru ‘l bogħod minn Joanne Garden ġewwa Ħal Tarxien.

Burmarrad – Triq Burmarrad – twa··il ta’ crash barrier

Question

Billi fit-triq prinċipali ta' Burmarrad (Triq Burmarrad) direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar (faċċata tax-showroom tal-karozzi) kien hemm numru ta' bollards li tkissru f'numru ta' inċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex titwaħħal crash barrier fl-istess post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħek lill-Transport Malta.

Service boxes

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ service boxes (dawk il-kaxxi kbar taħt l-art li huma mgħottija bi frame u pjanċa tal-ħadid, u kultant b'materjal ieħor), li għandha l-GO Plc jew kumpanija oħra tat-telekomunikazzjoni fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? X'kontroll qed twettaq Transport Malta fuq dawn il-kaxxi? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar jeżistu 372 service boxes. Il-manutenzjoni ta’ dawn il-kaxxi hija responsabilta’ tal-entita’ kkonċernata. Fit- talba tal- permess tiskatta l- proċedura ta' Transport Malta li tieħu ħsieb li jiġu osservati l- kundizzjonijiet u jsiru l- ispezzjonijiet meħtieġa jew mitluba minn żmien għal żmien. Meta u jekk ma jiġux osservati l- kundizzjonijiet tiskatta proċedura oħra ta' penali sakemm ix- xogħol jiġi ċċertifikat tajjeb.

Ħal Tarxien – Triq Santa Marija — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq Santa Marija f’Ħal Tarxien (speċjalment fil-parti ta’ quddiem il-Miracle Foods sal-ġnien pubbliku) tiġi asfaltata suret in-nies mill-iktar fis, peress li issa żviluppaw wisq ħofor fondi, li huma ta’ periklu serju għal kulħadd?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Triq J. Quintinus – Irranġar ta’ triq

Question

Billi Triq J. Quintinus, f’San Pawl il-Baħar tfarrket waqt il-bini ta’ blokka kbira ta’ appartamenti u donnu li ħadd ma jrid jieħu passi fil-konfront ta’ min kissirha, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti mkissra ta’ din it-triq tiġi mibnija mill-ġdid?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi l-informazzjoni li għandu lill-Ministeru kkonċernat biex ikun jista’ jidderieġi u possibilment jassisti lill-Kunsill Lokali biex it-triq tiġi rranġata mill-parti li kkawżat id-danni.

Ħal Tarxien – Triq il-Fieres — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat u x’kundizzjoni tinsab Triq il-Fieres f’Ħal Tarxien u jekk kemm-il darba huwiex se jsir xi xogħol fuqha tul din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzja ta’ parker – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jixtieq li l-liċenzja ta’ parker tinqaleb fuq it-tifel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi t-talba tal-Onor. Interpellant ma tistax tkun ikkunsidrata minħabba li skont id-dispożizzjonijiet tar-regolament 65(4)(a) tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, liċenzja ta’ car park attendant hija personali u mhux trasferibbli.