Jista' il-Ministru jgħid x'sar matul din is-sena u x'hemm maħsub li jsir sa l-aħħar ta' April 2004 biex il-vapuri li jtajru l-bandiera Maltija jitneħħew mill-hekk imsejħa lista sewda ta' Pariġi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda vapur li jtajjar bandiera Maltija li qiegħed fuq l-hekk imsejħa lista sewda ta' Pariġi.
Jista' il-Ministru ġentilment jinformani jekk ħarġitx is-sejħa għal offerti biex isiru t-traffic lights fit-Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun ħdejn il-junction fejn Vjal 25 ta' Novembru jagħti għat-Triq Tal-Barrani? Jekk iva, meta ħarġet din is-sejħa? Jekk le, għaliex għadha ma ħarġitx meta n-nuqqas ta' dawn it-traffic lights qed joħloq periklu ċar lis-sewwieqa li jagħmlu użu minn dawn it-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ser toħroġ sejħa għall-offerti għat-tqiegħid tat-traffic lights imsemmija mill-Onor. Interpellant. Malli dan il-proċess ta' tendering jitlesta x-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern ċentrali li jridu jingħataw it-tarmac fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Marsa, il-Gudja u Sta. Luċija?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn x'nżid mar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari numru 691.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex jitneħħa l-periklu li hemm għall-persuni li jkunu qed jistennew li jmorru għax-xogħol, l-iskola jew qadi ieħor tagħhom ħdejn il-banka tal-lottu fi Triq St. Andrews fejn dan l-aħħar kellna l-inċident fatali li fih miet refuġjat b'daqqa ta' karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport kienet diġa ħadet passi ġimgħat qabel l-inċident fatali li semma l-Onor. Interpellant biex jiżguraw is-sigurta f'din il-lokalita. Jien infurmat illi saru bus bays ftit l-isfel u ġew installati Pelican Lights.
Biex tkun tista tibda tintuża din il-bus bay imsemmija, jonqos biss l-Kunsill Lokali jwaħħal il-bus shelter.
Jista' il-Ministru jgħid x'taħriġ u formazzjoni profezzjonali qed isiru biex ikollna persuni bil-ħiliet meħtieġa biex nibnu toroq tajbin f'pajjiżna? Min qed jagħti dan it-taħriġ u kemm hemm persuni li għaddejjin minn dan it-taħriġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi t-taħriġ professjonali li kienu tqabbdu biex jagħtu l-konsulenti Ġermaniżi tal-GTZ għadu għaddej bħala parti mill-korsijiet li tipprovdi l-Fakulta ta' l-Arkitettura u Nġinerija ta' l-Universita.
Fil-preżent l-attendenza għal dawn id-diversi korsijit hija kif ġej:
13-il student qegħdin isegwu l-
post graduate course
għal M.S.c. fir-
Road Engineering
.
Student wieħed qed isegwi l-aħħar sena għal kors ta' Perit bir-
Road Engineering
bħala l-
main stream
.
Student wieħed qed isegwi r-raba sena fl-istess
stream
.
Studenti li ser jibdew it-tieni semester tat-tielet sena tal-kors u li eventwalment wieħed jispera li jsegwu l-istess
stream
.
Ma dawn wieħed jista' jsemmi sitt studenti oħra li lestew il-course tagħhom din is-sena wara li segwew ir-Roads Engineering Stream.
Fl-istess ħin qed isiru wkoll aranġamenti preliminari biex Periti kwalifikati jkunu jistghu isegwu korsijit oħra li jwasslu għad-dottorat f'din il-materja.
Fuq livell tekniku għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-MCAST biex jiġi ntrodott course tekniku għal żagħżagħ u ħaddiema li jkunu jridu jaħdmu fis-settur biex ikunu jistgħu jieħdu l-Journeyman Certificate.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatax kuntratt fejn hemm imdaħħla kumpannija bl-isem ta' Bosec jew isem viċin, mill-Ingilterra probabbilment minn Cardiff, Wales, fejn se tintuża żebgħa għat-toroq u hemm involut ċertu persuna li isimha qed jiġi ndikat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt għax-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Luqa minn Mejju 1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Ħal Kirkop mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sar tarmac f'Santa Venera mill-1994 sal-lum minn xi awtorita' jew dipartiment tal-gvern ċentrali? Kemm swew flus? Jista' ir-rendikont jinqasam sena b'sena u triq bi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Gudj — Triq Dun Piet Farrugia - xogħol ta' asfaltar
Question
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hemm il-ħsieb li Triq Dun Piet Farrugia, fil-Gudja se tiġi asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għamlet spezzjoni f'din it-triq u rriżulta illi jonqos ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar il-quddiem meta l-iżvilupp jitlesta.
Jaf il-Ministru li l-underground li hemm bejn Ħal Qormi u Sta. Venera jinsab fi stat mill-agħar u li mhux sigur biex in-nies jagħmlu użu minnu? Meta se tittieħed l-azzjoni biex isirulu t-tiswijiet u t-tindif meħtieġ biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu b'mod sigur f'din l-area perikoluża minħabba t-traffiku qawwi li jgħaddi kull ħin tal-ġurnata u lejl?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet spezzjoni f'din is-subway u qabdet lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet biex tagħmel it-tindif meħtieġ.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-gvern jirranġa Triq Kaħwila f'Ħaż-Żabbar (fuq in-naħa taċ-ċimiterju - servizzi tad-drenaġġ, eċċ. kollha mgħoddija) peress li din tinsab fi stat diżastruż u qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq qegħda nkluża fil-lista ta' prijoritajiet ta' toroq li għandu d-Direttorat u x-xogħol fiha jkun jista' jsir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tas-sinjali u tabelli fit-toroq kif ukoll minn street furniture ieħor bħal bollards, cats eyes u dwal fuq zebra crossings?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-responsabilta għas-sinjali, tabelli u street furniture oħra msemmija mill-Onor. Interpellant hija ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport f'każ ta' toroq arterjali u distributorji, l-MSD f'każ ta' toroq f'żoni ndustrijali li jappartjenu lill-Gvern, fil-waqt illi l-Kunsill Lokali huwa responsabli għall-istess affarijiet imsemmija fit-toroq l-oħra tal-pajjiż.
Jista' il-Ministru jagħti l-lista tal-postijiet fejn hemm traffic lights u pelican lights imwaħħlin f'Malta u Għawdex? Kemm-il talba hemm pendenti għat-twaħħil ta' traffic lights u pelican lights u f'liema lokalita'? Min hu responsabbli għall-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi biex jiġi aċċertat li jaħdmu tajjeb peress li ħsara fihom tfisser periklu kbir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant.
L-Awtorita' dwar it-Trasport hija responsabbli mill-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi u x-xogħol ta' manutenzjoni isir mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fuq ordni ta' l-ADT.
Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hemm il-ħsieb li dawn it-toroq li jinsabu fil-Gudja u li huma fir-responsabbilta' tiegħu, jiġu asfaltati: Triq il-Pluvieri, Triq Toni Zammit, Triq il-Miġra u Triq Kan. Dun Piet Zammit?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq il-Migra, Triq il-Pluvieri u Triq Toni Zammit ġew spezzjonati mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex jiżdiedu fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol fihom isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Fir-rigward ta' Triq Toni Zammit jien infurmat li din it-triq jonqosha ħafna żvilupp xi jsir qabel ma t-triq tkun tista' tiġi asfaltata u għalhekk l-asfalt isir aktar 'l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm ittellgħu vetturi għall-VRT din is-sena u kemm weħlu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi bejn Jannar 2003 u Settembru 2003 ittellgħu 87713 vettura għall-VRT u li minnhom 4946 m'għaddewx. L-ammont ta' 87713 kienu jinkludu vetturi ta' Klassi 2 Klassi 3.