Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar ġew promossi 14-il manager ġdid? Jekk iva, kif jiġġustifika dawn il-promozzjonijiet meta jidher fiċ-ċar li xogħol ġdid jew żieda fix-xogħol, it-tarznari ma rreġistrawx matul l-aħħar xhur?
Kemm-il darba jidħol xogħol simili bħal ta "Igdam" fit-tarzna, jikkonferma l-Ministru li l-kompliment ta' ħaddiema li fadal fit-tarzna llum ikun jista' jaqdi tajjeb biex jagħmel xogħol bħal dan jew ikun jeħtieġ out sourcing? X'inhuma l-possibbiltajiet li xogħol simili bħal "Igdam" ikun miġbud lejn it-tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li l-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali, tajjeb li jkun jaf ukoll li l-out sourcing huwa pprattikat minn kull tarzna għax illum tista' tgħid l-ebda tarzna ma għandha r-riżorsi kollha biex tkun self-sufficient. Bis-saħħa ta' l-outsourcing ta' ċertu xogħol tarzna tista' ssir aktar kompetittiva u tirbaħ xogħol speċjalment dak li jkun ta' ċertu kumplessita'.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Marsa Shipbuilding hijiex se tibda tintuża għat-tiswija u servicing ta' yachts? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-pjani tal-gvern?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti mill-Unjoni Ewropea dwar l-operat tat-Tarzna mill-01.01.2003?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm rapporti speċifiċi dwar l-operat tat-Tarzna. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operat tat-Tarzna ssemma' fir-Regular Update Reports dwar Malta fil-Comprehensive Monitoring Report on Malta's preparations for membership (2003) maħruġa mill-Kummissjoni Ewropeja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħadem overtime minn meta twaqqfet il-Malta Shipyards?
Response (GATT, AUSTIN)
Bejn l-10 ta' Novembru 2003 u d-9 ta' April 2004 inħadmu 110, 311 siegħa overtime.
Għalkemm dan l-overtime hu inqas sostanzjalment mill-istess perjodu tas-sena ta' qabel, xorta qed ikun għoli, l-aktar minħabba l-azzjonijiet industrijali li qed ikunu fit-Tarzna matul dawn l-aħħar ftit xhur.
Dan qed jipperikola sew il-ħidma li trid issir biex il-"budgets" jiġu rispettati.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-time-off u leave li kienu ntitolati għalih il-ħaddiema li kienu fit-taqsima tad-drenaġġ hux se jingħata issa li ġew detailed mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fl-istqarrija ministerjali tal-21/04/04 intqal li l-Gozo Channel se tibda tieħu ħsieb il-catering hi stess, jista' il-Ministru jgħid x'impatt dan se jkollu fuq il-ħaddiema li jaħdmu fil-bar tal-vapuri? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm xi żieda jew tnaqqis ta' ħaddiema minħabba dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fil-barijiet tal-vapuri m'humiex impjegati mal-Gozo Channel, imma ta' kumpanija terza.
Għaldaqstant, peress li dawn l-impjegati m'humiex tal-GCCL ma' nistax ngħid hux ser ikun impatt fuq dawn il-ħaddiema.
Li nista' ngħid hu li x-xogħol ser jibda jsir mill-ħaddiema tal- GCCL biex b'hekk il-kumpanija tiffranka madwar Lm150,000 fis-sena.
Għawdxin li jkollhom familjari rikoverati fl-isptar San Luqa — Riduzzjoni fuq biljetti tal-Gozo Channel
Question
Peress illi s'issa kienet teżisti skema li permezz tagħha dawk li jkollhom familjari rikoverati l-isptar ikollhom riduzzjoni fuq il-biljett tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid jekk in vista ta' dawn il-miżuri l-ġodda din l-iskema hux se tiġi affettwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li ser jibqa' jkun hemm il-bżonn li l-kumpanija tgħin lill-persuni li jkunu verament fil-bżonn, ser tiddaħħal proċedura fejn iċ-Ċhairman tal-kumpanija jkun jista' jagħti l-permess uffiċċjali lill-management biex f'ċerti każijiet il-passiġġier/i ma' jħallsux parti min-noll jew jiġi frankat in-noll sħiħ. B'hekk il-GCCL tkun tista' tibqa' taqdi l-obbligi soċjali tagħha wkoll.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' vapuri se jintużaw għal Sa Maison u jekk dawn humiex se jġorru passiġġieri jew vetturi tal-merkanzija biss?
In oltre jista' jgħid jekk sarux xi studji jekk il-port t'Għawdex jiflaħx għaż-żieda ta' vapuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-ministeru tiegħu għar-rapport dwar ix-xiri ta' l-RJ 70s ta' l-Air Malta li stazzjon televiżiv lokali kkwota minnu u stqarr li għandu kopja tiegħu fil-pussess tiegħu, u dan fid-dawl ta' l-akkużi serji li fih kontra l-operat taċ-chairman ta' dak iż-żmien tal-kumpannija? Jista' il-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra ħalli jkun hemm trasparenza akbar dwar ċerti deċiżjonijiet strateġiċi żbaljati li ħadet il-kumpannija fl-imgħoddi?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dibattitu li sar f'din il-kamra dwar l-Air Malta fejn poġġejt ċar il-pożizzjoni tal-Gvern, infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi dwar l-RJ's kienet bdiet inkjesta mmexxija minn Dr. Godwin Muscat Azzopardi.
Din l-inkjesta ma ġietx kompluta għax Dr. Muscat Azzopardi irċieva struzzjonijiet biex din tieqaf. Iċ-Chairman ta' dak iż-żmien kien Louis Grech u fil-gvern kien hemm il-Malta Labour Party.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Air Supplies qed tikkunsidra li tnaqqas mill-impjegati tagħha bil-kuntratt li qegħdin jagħmlu xogħol produttiv u siewi, meta fl-istess waqt l-Air Malta daħħlet 140 impjegat ġdid fuq bażi full-time?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-impjieg ta' madwar 140 ruħ nirreferi lill-Onor.Iterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 3750.
Rigward l-Air Supplies, il-bord tal-kumpanija iddeċieda li m'hemmx bżonn li jġedded l-impjieg ta' dawk li qegħdin fuq kuntratt meta dal-kuntratt jiskadi.
Tajjeb li ngħid ukoll li x-xogħol li jagħmlu dawn iż-żewġ gruppi huwa totalment differenti.
Laboratorju għall-ittestjat tax-xogħlijiet ta' toroq
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-laboratorju għall-ittestjar tax-xogħlijiet ta' toroq li kien hawn fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi sal-lum għadu ma ġiex integrat man-national standards laboratory?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-persuni li bħalissa huma xogħol mal-pompi tad-drenaġġ f'inħawi differenti tal-pajjiż jitneħħew mix-xogħol li qed jagħmlu? Jekk iva, għaliex? Fil-każ, meta u fejn se jintbagħtu jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proċess tar-riorganizazzjoni tas-Sezzjoni tad-Drenaġġ għadu fil-bidu tiegħu.
Għaldaqstant f'dan l-istadju l-mistoqsijiet ta' l-Onor. Interpellant huma prematuri.
Jista' il-Ministru jserraħ ras il-ħaddiema fit-taqsima tad-drenaġġ li mhux se jitilfu l-impjieg tagħhom bid-tibdiliet li hemm maħsuba f'dan il-qasam, peress li fosthom hemm min qed jinkwieta dwar il-futur ta' l-impjieg tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħaddiema fit-Taqsima tad-Drenaġġ huma ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li ġew 'detailed' mall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Għaldaqstant għandhom l-istess drittijiet li għandu kull ħaddiem ieħor fis-Settur Pubbliku. Naturalment il-Gvern għandu l-istess obbligi mal-ħaddiema kollha fis-Settur Pubbliku.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Maltapost biex tirrimedja għal dawk il-persuni li tilfu l-benefiċċji soċjali jew inqatgħu mir-reġistrar għax ma rċevewx kif suppost avviżi mibgħuta lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
F'kaz li jkun ippruvat li dak li qed jallega l-Onor. Interpellant ġara minħabba dewmien fit-tqassim tal-posta f'xi perjodu speċifiku, Maltapost dejjem lesta tgħarraf b'dan lid-dipartimenti konċernati.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar l-istamperija Interprint? Hemm xi ħsieb li din tiġi privatizzata u jekk iva, hemmx xi żviluppi f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.