Legislature:
Category:
Reset
Active:

Senglea — Balavostri

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34629, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx żviluppi rigward il-balavostri taz-zuntier tal-knisja ta' San Filippu Senglea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat sa llum għad ma hemmx żviluppi ġodda rigward il-balavostri taz-zuntier tal-Knisja ta' San Filippu Senglea.

Petrol Stations — Użu ta' Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru permezz ta' l-awtorita' tar-riżorsi jikkonsidra l-konsegwenzi ta' inċidenti ta' ħruq jew periklu ieħor konsegwenza ta' nar bl-użu ta' mobile phones fl-areas madwar il-petrol stations? Jekk teżisti din il-possibilita' għandux ikun hemm sinjali li jindikaw din l-eventwalita' kull fejn hemm petrol stations?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qed tinvestiga ma' l-awtoritajiet tas-saħħa u sigurta' Ingliżi informazzjoni li għandha dwar is-suġġett. Jekk jiġi konkluż li jeżisti xi tip ta' periklu, l-Awtorita' se tieħu l-passi kollha biex kull fejn hemm 'fuel' maħżun jew qed jinġarr u 'petrol stations', ikun hemm sinjali li jindikaw dan il-periklu u l-azzjoni li għandha tittieħed.

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet għandu d-dipartiment tad-drenaġġ għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section tad-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

BICC

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ studji li għamel il-BICC rigward il-pjanijiet lokali għal Għawdex u ċentru ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Petrol u Diesel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata petrol u diesel mill-pompa tal-garaxx tal-gvern, f'Ħal Kirkop? Liema dipartimenti jużaw il-faċilitajiet ta' din il-pompa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-ammont ta' fuel li ngħata mill-pompa ta' Ħal Kirkop matul din is-sena bejn Jannar u Settembru huwa kif ġej: Petrol: 99,519lts Petrol bla ċomb: 183,213lts Diesel: 457,581lts Id-Dipartimenti li jagħmlu użu minn din il-pompa huma: Id-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Uffiċċju tal-President, id-Dipartiment tal-Housing, l-AFM kif ukoll id-Dipartiment tal-Mużewijiet.

Waste Management — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament jaħdimx fil-waste management strategy implementation department? Jekk fl-affermattiv, kemm ingħata promotions minn Ottubru 1998 sal-lum? Kemm tħallas overtime fl-istess perjodu kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata huwa mpjegat fil-WMSID u minn Ottubru 1998 sa llum ingħata żewġ promotions. Minn Ottubru 1998 tħallas dawn l-ammonti f'overtime: 1998 Lm 148.63 1999 Lm 827.30 2000 Lm 924.69 2001 Lm1718.88 2002 Lm1761.31 (sal-paga ta' Settembru)

Riżorsi u Infrastruttura — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew kummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: 1999 LM Report on Financing & Operational Feasibility of National Arts Centre Implementation of National Arts Centre Project Terms of Reference for Arts Centre Company plc 7130 Planning Authority Reform - Proposals 1500 Construction Details Guidelines 100 Education and Training - Statistical Report 432 2000 Sewerage Masterplan Feasibility Study - South 64269 Cottonera Traffic Impact Assessment 10000 Report for restoration & conservation of Vilhena Monument Floriana 1500 Report on wall paintings at Our Lady of Victory Church Valletta 152 Condition report on Main Gate Mdina 700 Report re Vilhena Palace Mdina 275 Methodological report for restoration of Tas-Salvatur Chapel Kalkara 500 Impact study of use of Halon,CFCs and HCFs 5375 Study on impact of EU Council Directive 75/439/EEC 20010 Study on Solid Waste Management in Malta (imħallas mill-Kummissjoni Ewropeja) 37509 Impact Study on Directive 91/676/EEC (imħallas mill-Gvern Ingliż) 12826 Impact Study on Council Directive 1999/13/EC 22080 Impact Study on Council Directive 76/646/EEC 25000 Response North Harbours Local Plans 370 Structure Plan Review - Proposals 833 Hardstone Quarrying Operations Aggregate Production & Geology 481 Impact of the European Union Legislation on BICC 1035 Recommendations to draft Policy and Design Guidance 2000 69 CE Marking analysis and implications 416 Conservation and restoration guidelines 232 2001 Sewerage Masterplan EIA (Sit Nru. 1) - North 8798 Sewerage Masterplan EIA (Sit Nru. 2) - North 7877 Waste Management Strategy funded by E.U. Art Historical report for Paladini Room at Grand Masters Palace Valletta 500 Report on greenery at The Presidential Palace Valletta 300 Condition report for The Historical Gardens The Mall Floriana 350 Report on Main Gate & Greek Gate Mdina 1200 Urbanistic and colour scheme for Mdina 1800 Archeological survey of St. Paul's Square Mdina 1675 Archeological report on two Bronze Age sites Mdina area 200 Residential Property Markets Recommendations 450 Planning Act Recommendations to draft 534 Recommendation to draft North West Local Plan 584 Recommendation to draft Proposed Waste Management Strategy 402 Health and Safety Guidelines 100 2002 Malta National Report - World Summit on Sustainable Development 20000 Sewerage Masterplan EIA - Gozo Project Description Statement for Dev. & Operations of controlled landfill 15000 Restoration Strategy Report 11410 Analysis of Survey 400 Report on upgrading of Presidential Palace 2930 Report on Sarria Church Floriana 1104 Report on Sacristy at St. Paul's Shipwreck Church Valletta 450 Survey of garden above 'Torre dello Standardo' Mdina 1365 Report on upgrading of Mdina Ditch Mdina 1506 Archeological survey of the Vilhena Palace Forecourt Mdina 1897 Report on Howard Garden Mdina 2548 Consultancy re Paving Project at Mdina 2067 Report on Public Private Partnerships 2345 Recycling Building Materials Working Party report 460 Conditions of Contract for Common Civil Works guidelines 1495 Standard Methods of Measurement Guidelines recomm. to draft Act 1270 Recommendation to draft Gozo & Comino Local Plan 655 A Central Malta Local Plan 500 Energy Efficiency in Building design - guidelines 460 Ir-rapporti li għadhom pendenti huma dawn: Review of Financial Standing & Performance of Enemalta Corporation Ecological Study - Malta Ecological Study - Gozo Analysis of Producer Reponsability Report Humidity report on Ta' Ġieżu Church Valletta Report on upgrading of garden above Main Gate Mdina Archeological report on Mdina Report on greenery in Birgu ditch Birgu Archeological survey of the Cottonera area Report re Fort St Angelo Geological & Structural report re Vilhena Palace Mdina Producer Responsability Report Bathymetric Survey & Borehole Investigation re St Julians Bay Mathematical Waves Modelling re St Julians Specifications for Civil Works Innovative Technology Technical Guidance Handbook Recommendations to Draft Act Registration of Contractors Strudy related to Environmental Impact Assessments Sewerage Masterplan EIA - South EIA,TIA & Detailed Landfill Design Restoration Strategies for Landfill sites

Dipartiment tad-Drenaġġ — Bormla - Ilma tax-Xita

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra fuq ix-xogħol li sar riċentement mid-dipartiment tad-drenaġġ f'Bormla wara l-aħħar xita? Jista' jiġi indikat jekk dan l-ilma tax-xita huwiex jinġabar separatament u jinten?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tad-Drenaġġ riċentament f'Bormla wara l-aħħar xita, huma biss f'manutenzjoni tad-Drenaġġ permezz tal-bowsers.

Birgu — Couvre Porte

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ix-xogħol li sar fuq il-belveder quddiem Couvre Porte, Birgu, u kemm flus intnefqu sa issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isir pavimentar tal-belvedere ta' Couvre Porte, Birgu. Dan huwa proġett importanti ħafna peress li dan huwa punt kruċjali għat-turiżmu fil-Kottonera. Dak li qed isir huwa biss l-ewwel parti minn proġett ta' titjieb li ser jgħaqqad din il-parti ma' Triq Boffa li diġa kienet riabilitata (flimkien mal-Kunsill Lokali). Fil-belvedere qed isir pavimentar u ser jitwaħħlu siġar. Aktar tard se jsir id-dawl ukoll. Il-proġett ta' din il-fażi huwa stmat li jiswa mal-ħamsin elf lira u diġa sar madwar nofs ix-xogħol previst.
Leg 9 PQ #36210 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura

Birgu — Triq La Vallette - Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35984 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u jgħid kif wara sentejn għadhom ma ttieħdu ebda passi biex tiġi solvuta l-problema li qed ikollhom il-familja li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, ta' drenaġġ li qed jinfed għar-residenza tagħhom mit-triq La Vallette Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li l-problema ġejja mill-kaxxa tar-residenti, dawn iridu jiġu ċċekkjati mid-Dipartiment tas-Sanita'. Dan irriżulta minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tad-Drenaġġ b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Sanita'. Filfatt fit-3 ta' Ġunju wara li kienet saret spezzjoni bis-CCTV fil-main tad-drenaġġ u ma nstabet l-ebda ħsara fih, il-ħaddiema tad-Dipartiment fetħu żewġ kaxex privati quddiem tas-Sanita' u f'każ instab illi kien hemm l-'interception chamber' imkissra u fil-każ l-ieħor instab illi kien hemm 'stoppage'. Tas-Sanita' kien infurmat biex jordna lis-sidien jirranġaw dawn il-ħsarat u biex jagħmel testijiet fir-residenzi l-oħra.

H'Attard — Imdina Road - Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jivverifika minn fejn ġejja r-riħa qawwija tad-drenaġġ li hemm fl-inħawi ta' Imdina Road, H'Attard viċin l-isptar Monte Carmeli u jara li din ir-riħa tiġi eliminata peress li hi ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ġie ċċekkjat il-main tad-drenaġġ fi Mdina Road, Attard u l-'flow' tad-drenaġġ għaddejja regolari. Biex tispiċċa r-riħa msemmija, se jiġu ssiġillati l-manhole covers fil-ġranet li ġejjin.

Riżorsi u Infrastruttura — Riċeviment

Question

Jista' il-Ministru jagħti r-raġuni għar-riċeviment li sar fil-ministeru fid-9 ta' Ottubru 2002, f'nofsinhar? Kemm ġie jiswa dan ir-riċeviment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-riċeviment imsemmi, li sar fin-nofs siegħa waqt il-ħin tal-break, inżamm bħala ġest ta' ringrazzjament għan-nies professjonali u tekniċi minn diversi dipartimenti u aġenziji governattivi li taw kontribut siewi biex ingħalaq il-kapitlu dwar l-ambjent. Dan ir-riċeviment sewa Lm430.

Riżorsi u l-Infrastruttura — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għandu l-użu ta' żewġ karozzi. It-tnejn li huma jaħdmu bil-petrol 'unleaded' u dan jinxtara, ħlief għal xi okkażjoni rari, mingħand Wembley Motors Ltd. Il-Ministeru għandu garaxx f'San Ġwann fejn jiġu pprakjati dawn iż-żewġ karozzi.

Proġetti tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kemm inżammu ħlasijiet fuq proġetti tal-gvern, li tagħhom il-Ministeru tiegħek huwa responsabbli, talli x-xogħol li sar ma kienx tal-livell mixtieq? Jista' jagħti lista tal-kumpanniji/kuntratturi/individwi li ma tħallsux u kemm kien il-ħlas li nżamm? X'kien ix-xogħol li ma sarx kif suppost?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm każ wieħed fejn inżamm ħlas, li kien ta' Lm4706.74 għal xi xogħol fuq il-Promenade ta' Tas-Sliema. Ma naħsibx li jkun f'loku li nagħti d-dettalji ta' min hu l-kuntrattur, speċjalment meta l-istess kuntrattur qiegħed jirrimedja s-sitwazzjoni.

Għaxaq — Triq Tilleritu - Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi, għad li r-risposta għall-mistoqsijiet preċedenti kienu posittivi, d-drenaġġ fi Triq Tilleritu, Għaxaq u l-akwata tal-madwar għadu sal-lum ma sarx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jinkludi tħaffir ta' main twil, bini ta' Pumping Station ġdida u tħaffir għal rising main. Diġa' ntalbet l-easement ta' l-art u qed tiġi ppreparata l-applikazzjoni għall-MEPA tal-bini tal-Pumping Station. Meta dawn ikunu lesti, d-Dipartiment tad-Drenaġġ ikun jista' joħroġ it-tenders tal-katusi. Dan huwa proġett estensiv ħafna u żgur li ma jistax isir din is-sena.

Quantity Surveyors

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm quantity surveyors impjegati mal-ministeru tiegħek? Min huma? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed? Kemm-il proġett ħadmu fuqu kull wieħed fl-ewwel tmien xhur tas-sena? Kemm ittieħed leave minn kull wieħed fl-istess żmien? Kemm ittieħed sick leave minn kull wieħed fl-istess żmien? Il-Ministru huwa sodisfatt bix-xogħol li qiegħed isir minn kull wieħed?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Drenaġġ — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jagħti r-raġunijiet lil din il-Kamra għalfejn il-ħaddiema tal-pumping station tad-drenaġġ tal-Gżira sal-lum: 1) m'għandhomx shower meta d-diriġenti għandhom 2) tagħmir ta' protezzjoni għax-xogħol tagħhom għadu inadegwat 3) ma tħallsux l-allowance mogħtija speċjalment għad-drainage workers ma tħallsitx għax-xahar ta' Settembru 2002?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Pumping Station tad-drenaġġ tal-Gżira huma pump attendants illi x-xogħol tagħhom mhux f'kuntatt dirett mad-drenaġġ. Għalhekk dawn il-ħaddiema ma jirrikjedux li jkollhom showers. Fil-fatt fil-Gżira Pumping Station m'hemmx showers lanqas għad-diriġenti. Rigward it-tagħmir ta' protezzjoni, il-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tad-Drenaġġ huma mgħammra b'dan it-tagħmir u ma jirriżultax illi hemm xi nuqqas ta' dan. Rigward l-allowances dawn ser jitħallsu dan ix-xahar.

Ħal Tarxien — Tindif

Question

Jista' il-Ministru jippresta l-attenzjoni immedjata tiegħu għat-tindif urġenti ta' pjazza Agatha Barbara f'Ħal Tarxien li hija żdingata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35079 (Seduta 784).

Birgu — Appartamenti

Question

Jikkonferma il-Ministru li l-bini ta' appartamenti fin-naħa tat-Toqba tal-Birgu ma' kellhomx jaqbżu il-livell ta' Triq il-Ħabs l-Antik, Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi livelli jew għoli ta' bini fi kwalunkwe żvilupp huma regolati mill-permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar. Għaldaqstant, l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.