Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-lukandi li marru fihom l-Uffiċjali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007, hija kif tidher hawn taħt:
Xahar
Safra
Grad ta’ l-Uffiċjali
Kategorija
Tal-Lukanda
minn
Sa
Jannar 2007
09.01.07
11.01.07
Analyst II
u
Chief Executive Officer
5 stilel
11.01.07
14.01.07
Senior Architect
3 stilel
14.01.07
20.01.07
Director
u
Project Officer II
3 stilel
18.01.07
26.01.07
Scientific Officer
3 u 4 stilel
*
22.01.07
26.01.07
Officer in Grade 5
3 stilel
23.01.07
27.01.07
Senior Architect
u
Engineer
3 stilel
23.01.07
28.01.07
Project Officer II
4 stilel
24.01.07
27.01.07
Director
3 stilel
25.01.07
28.01.07
Head of Accounts and Administration
4 stilel
Frar 2007
13.02.07
18.02.07
Project Officer II
4 stilel
14.02.07
15.02.07
Minister for Resources and Infrastructure
u
Head of Secretariat
5 stilel
14.02.07
15.02.07
Director
5 stilel
25.02.07
01.03.07
Assistant Director
3 stilel
Marzu 2007
05.03.07
06.03.07
Analyst I
4 stilel
08.03.07
09.03.07
Senior Architect
3 stilel
14.03.07
15.03.07
Director General
3 stilel
14.03.07
15.03.07
Director
4 stilel
19.03.07
21.03.07
Project Officer II
4 stilel
23.03.07
25.03.07
Director
u
Project Officer II
4 stilel
25.03.07
28.03.07
Senior Architect
3 stilel
26.03.07
27.03.07
Analyst I
3 stilel
26.03.07
29.03.07
Occupational Health & Safety Inspector
3 stilel
27.03.07
31.03.07
Director
4 stilel
27.03.07
31.03.07
Director
4 stilel
28.03.07
30.03.07
Chief Executive Officer
4 stilel
*
Hamburg 4 nights in 3 star hotel
(18.01.07 – 22.01.07)
Hanover 3 nights in 4 star hotel
(23.01.07 – 26.01.07)
Jista' l-Ministru jara li ttittieħed azzjoni biex il-periklu li jidher fir-ritratti, li qed nibgħat separatament, fil-ħajt li jinsab Pjazza Santa Margerita f'Bormla, jitneħħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ttieħdet azzjoni u tpoġġew barriers u hu ppjanat illi l-parti perikoluża tiġi rranġata fil-futur qarib sabiex jitneħħa kompletament l-allegat periklu.
Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jara li jsir ir-restawr neċessarju fuq il-ħajt li jinsab dawramejt ma' binja Fuq Verdala Bormla? Dan minħabba li l-okkupanti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, huma NGO u m'humiex f'pożizzjoni finanzjarja li jwettqu dan ix-xogħol u ċ-ċint qed ikun ta' periklu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minħabba l-programm tax-xogħolijiet li se jkunu mwettqa matul din is-sena huwa diġa programmat, ir-restawr f'din il-binja ser ikun ikkunsidrat għall-programm tas-sena d-dieħla.
In vista tal-programm ta' restawr li l-Gvern qiegħed iwettaq jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pjan li għandu, n-niċċeċ u kappelli f'Hal Qormi, hawn taħt imniżżlin, humiex inklużi biex jiġu restawrati u dan minħabba l-istat ħażin li qegħdin fih u sussegwentement qed jinħoloq ir-riskju li jaqgħu u nitilfu parti mill-istorja tagħna partikolarment tan-nies ta' Hal Qormi?
Il-Knisja tal-Ħlas
żewġ niċċeċ fi Triq Dun Mario
żewġ niċċeċ fi Triq San Gorġ
niċċa fi Triq Barrakki
il-kappella li qegħda fi Triq Santa Katarina kantuniera ma' Triq San Pietru
il-kappella li qegħda fi Triq Santa Katerina ftit l-isfel mill-junction ta' Triq Santa Katerina u Triq l-Isqof Scicluna
tlett niċċeċ fi Triq Santa Katerina, ftit 'l fuq mill-qasam tal-mużew
il-kappella fi Triq Santa Katerina quddiem id-dar storika ta' Stanislaw Gatt
niċċa fi Triq Aloisio ma' Triq San Gorġ, kif iddur min-naħa ta' isfel ta' Triq Dun Mario
żewġ niċċeċ fiż-żewġ kantunieri fi Triq il-Kbira ma' Triq San Pietru
żewġ niċċeċ fiż-żewġ kantunieri fi Triq il-Kbira qrib is-Sorijiet Agostinjani
niċċa fi Triq il-Vitorja quddiem l-uffiċċju distrettwali tas-sigurta' soċjali
is-salib li hemm fil-Pjazza tal-Vitorja ħdejn l-istatwa ta' San Gużepp quddiem il-Knisja tal-Vitorja
Jekk dawn qegħdin fil-pjan tar-restawr tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol u meta huwa maħsub li jitlesta?
Jekk dawn mhux qegħdin fil-pjan tar-restawr tal-Gvern jista' l-Ministru jgħid għalhekk x'se jsir fid-dawl tal-qagħda ħażina ta' xi wħud minn dawn il-monumenti storiċi f'Hal Qormi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-preżent it-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qiegħda tħejji l-istudji neċessarji għal proġetti ta’ restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija ta’ Qrejċa u ta’ Santa Marija tal-Ħlas ġewwa Ħal Qormi u huwa maħsub li jinbdew fl-2008.
Għall-futur immedjat, mhumiex ippjanati aktar xogħlijiet ta’ restawr ġewwa Ħal Qormi barra dawk imsemmija hawn fuq.
Barraminnhekk, niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tar-Restawr tagħmel ukoll xogħolijiet permezz ta' Joint Venture ma' numru ta' kunsilli lokali. Ninsab infurmat illi sa mill-2003, minn meta ġiet introdotta din l-iskema, l-kunsill lokali ta' Ħal Qormi li ma neskludix li huma ukoll għandhom għall-qalbhom il-wirt storiku tal-lokalita', ma ressqu l-ebda talba għal xogħol ta' restawr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar?
Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar?
Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-ammonti imħallsa f’kontijiet ta’ mobile phones (billing) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienu kif jidhru hawn taħt:
Spiża
(Lm)
Jannar Frar Marzu
Ministry, Permanent Secretariat
u
EU Directorate
448.93 367.37 193.01
Directorate General (Works)
11.95 9.76 -
Directorate General (Services)
5.00 8.14 -
Building and Engineering Department
9.48 10.61 11.45
Construction and Maintenance Department
11.88 16.49 -
Cleansing Services Department
7.39 14.04 -
Oil Exploration Department
14.77 34.49 25.05
Malta Resources Authority
146.00 57.00 -
Building Industry Consultative Council
5.15 - -
660.55 517.90 229.51
In-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul l-istess perijodu kienet kif jidher hawn taħt:
Spiża
(Lm)
Jannar Frar Marzu
Ministry, Permanent Secretariat
u
EU Directorate
100.00 100.00 -
Financial Management Department
40.00 10.00 40.00
Directorate General (Services)
50.00 10.00 30.00
Building and Engineering Department
130.00 40.00 60.00
Construction and Maintenance Department
90.00 40.00 30.00
Manufacturing and Servicing Department
10.00 10.00 -
Cleansing Services Department
40.00 10.00 10.00
Building Industry Consultative Council
100.00 - -
560.00 220.00 170.00
Skond kif stipulat fiċ-Ċirkulari Nru. 4/2002 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi datata l-1 ta’ Frar 2002, l-uffiċjali fil-ministeru, dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu li huma ntitolati għal mobile phone għandhom ceiling ta’ Lm350 fis-sena. Fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena ħadd ma qabeż dan is-ceiling ħlief il-Malta Resources Authority. Matul Jannar u Frar, l-Awtorita’ qabżet is-ceiling bi ftit minħabba safar fuq xogħol.
Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema li jieħdu allowance
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kiri ta’ karozzi matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu kienet kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm l-ebda nefqa fuq leasing.
Jannar 2007 Lm 3,762.86
Frar 2007 Lm 3,394.28
Marzu 2007 Lm 3,792.96
In-nefqa fuq karozzi mikrija matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu tas-sena 2007 kienet fis-segwenti Dipartimenti u entitajiet:
Ministeru
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali (Xogħlijiet)
Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija
Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa
Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni
Central Districts Office
Dipartiment (
Financial Management
)
Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi
Direttorat ta’ l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea, Żvilupp ta’
Policy
u Implimentazzjoni ta’ Programmi)
Uffiċċju Proġetti għar-Rijabilitazzjoni
Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kiri ta’ karozzi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007, hija kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm ebda użu ta’ karozza leased.
Numru ta’ Uffiċjali
Grad
Ċilindrata tal-Karozza
(CC)
Rata tal-Kirja
Kull Gurnata
(Lm)
1
Senior Technical Officer
1323
3.82
1
Principal Public Cleansing Officer
1323
3.82
1
Assistant Director
1793
4.30
1
Technical Officer
1061
3.82
1
Senior Technical Officer
1500
3.82
2
Officer in Grade 8
1498
3.82
1
Senior Technical Officer
1061
3.82
1
Technical Officer
995
3.82
1
Architect & Civil Engineer
1124
4.30
1
Chief Architect
1349
3.82
1
Operations Manager
1124
3.82
1
Engineer
1061
3.82
1
Operations Manager
1061
3.82
1
Officer in Grade 8
995
3.82
1
Director
1498
4.30
1
Chief Security
1061
3.82
1
Senior Technical Officer
995
3.82
1
Assistant Private Secretary
1594
3.82
1
Executive Co-ordinator
1498
4.30
1
Director (MRA)
1493
5.67
1
Analyst II (MRA)
1498
5.25
1
Analyst II (MRA)
1399
4.93
1
Analyst (MRA)
1341
4.64
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-5 ta’ Marzu, 2007 inxtraw erba’(4) pickup vans tat-tip TATA Telcoline, ċilindrata 1948cc għall-prezz ta’ Lm6,185 il-wieħed(eskluża t-taxxa tar-reġistrazzjoni). Dawn il-vannijiet inxtraw għall-użu tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u d-Dipartiment tal-Kostruzjoni u Manutenzjoni rispettivament. Ma nxtrat ebda vettura oħra bejn Jannar u Marzu 2007 mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
B'referenza għall-mistoqsijiet 25801 u 25802 jista' l-Ministru jgħid xi ħsebijiet għandu l-gvern dwar art esproprjata snin ilu u sal-lum baqgħet ma ntużatx għall-iskop li ġiet esproprjata għalih u li hi proprjeta' tas-sinjuri li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jipprovdi l-pjanta fejn turi preċiżament l-art in kwistjoni sabiex ikun jista’ jsir l-istħarriġ neċessarju dwar dan il-każ.
B'referenza għax-xogħol ta' pavimentar li ser isir fi Triq il-Merkanti l-Belt, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx il-kordinament tas-servizzi qabel ma nbeda x-xogħol? Jekk fl-affermattiv liema servizzi se jinbidlu u meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol fuq is-servizzi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi qabel ma nbeda ix-xogħol fuq il-pavimentar illi ser isir fi Triq il-Merkanti, fil-Belt, sar ko-ordinament sħiħ mas-servizzi kollha.
Se jsiru servizzi ġodda għal Melita Cable, Maltacom u Water Services Corporation u medda ġdida(extra) għal Enemalta Corporation. Dan ix-xogħol fuq is-servizzi qiegħed għaddej u għandu jitlesta fl-aħħar kwart ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru b'xi mod jintervjeni sabiex fi Sqaq id-Duluri Nru. 3, Pieta' ssir rampa parzjali?
Japprezza l-Ministru li n-nies li joqogħdu hemm ilhom snin sħaħ jinsistu u jitolbu li dan iseħħ għaliex qegħdin isofru preġudizzju kbir?
Japprezza l-Ministru li l-kunsill lokali tal-Pieta' f'dan ir-rigward qed jiskontra diffikultajiet kbar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġu investigati jekk jistgħux jiġu mwettqa x-xogħlijiet imsemmija.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24787 u jara li jitnaddaf plot li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minn informazzjoni li għandi huwa tal-gvern u li dan l-aħħar ittella' ċint u anke se jitwaħħal bieb imma qabel ittella' ċ-ċint ma sarx it-tindif u allura hemm ħafna boroż u ħmieġ? Tista' tittieħed azzjoni u niġi nfurmat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-15 ta’ Jannar 2007, sar tindif tal-plot imsemmi kif ukoll twaqqiegħ ta’ stalel taż-żwiemel li nbnew illegalment. Wara li saru dawn ix-xogħlijiet, ittella’ ħajt madwar il-plot imsemmi kif ukoll twaħħal bieb. Barra minn hekk, ninforma lill-Onorevli interpellant li minn spezzjoni li saret fil-ġranet li għaddew minn uffiċjali fi ħdan id-dipartiment tas-servizzi ta' l-Indafa, jirriżulta li fil-plot imsemmija m'hemmx boroż u ħmieġ.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Dħul ta' l-Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati fid-dipartimenti u d-dekasteri fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-sena 2006 li qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn:
a) anqas minn Lm 5,000
b) Lm 8,000 sa Lm 9,000
c) Lm 9,000 sa Lm 10,000
d) Lm 10,000 sa Lm 12,000
e) aktar minn Lm 12,000
hu kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt:
Public Service
Anqas minn
Lm 5,000
*Anqas minn
Lm 5,000
(Alimony)
Lm 8,000 -
Lm 9,000
Lm 9,000-
Lm 10,000
Lm 10,000-
Lm 12,000
Aktar minn Lm 12,000
Ministry
4
0
8
2
6
6
Financial Management Dept
116
3
8
3
6
2
Construction & Maintenance Dept.
12
9
5
4
5
3
Manufacturing & Servicing Dept.
67
3
1
1
3
1
Building & Engineering Dept.
33
0
6
5
12
9
Cleansing Servicing Dept.
260
8
7
2
2
3
Building Construction Industry Dept.
8
0
0
0
2
1
Oil Exploration Dept.
2
0
1
1
0
0
Students
21
0
0
0
0
0
Suspended
0
0
0
0
0
0
Total
523
23
36
18
36
25
* każi ta’ koppji separati bil-Qorti
Public Sector
Anqas minn
Lm 5,000
*Anqas minn
Lm 5,000
(Alimony)
Lm 8,000 -
Lm 9,000
Lm 9,000-
Lm 10,000
Lm 10,000-
Lm 12,000
Aktar minn Lm 12,000
Building Industry Consultative Council
1
0
0
0
0
1
Malta Resources Authority
6
0
1
0
4
6
Total
7
0
1
0
4
7
Numru kbir ta’ ħaddiema jaqgħu fil-kategorija ta’ bejn Lm 5,000 u Lm 8,000. In-numru tagħhom huwa ta’ 1,874.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24998 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex matul il-lejl m’hemm l-ebda dawl mal-barriers li saru biex jagħlqu parti mir-runway f’ Ta’Qali u li b’hekk huma ta’periklu għal min ma jafx bihom? Jista’ jara li din il-ħaġa tiġi rimedjata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat u ċioe' lill-Ministru għall-affarijiet Rurali u Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid liema blokki ngħataw għall-esplorazzjoni għaż-żejt madwar il-gżejjer Maltin? Lil min ingħataw u meta ngħataw?
Response (ZAMMIT, NINU)
l-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jirreferi għall-website tal-Gvern: http://www.mri.gov.mt/oed.htm fejn isib id-dettalji kollha mitluba minnu dwar l-għoti ta’ blokkok li ngħataw għall-esplorazzjoni taż-żejt, lil min ingħataw u meta.