Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċident fl-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet dwar inċident li seta' kellu konsegwenzi nazzjonali serji ħafna b'mod partikolari fuq l-irħula ta' Mosta, H'Attard u Haż-Żebbuġ meta ajruplan ta' l-Air Malta kien se jaħbat ma' ajruplan żgħir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara l-imsemmi inċident ġie nfurmat il-Bureau of Aircraft Accident Investigation u dan indika li fiċ-ċirkostanzi l-inċident kellu jiġi nvestigat mid-dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili skond l-arranġamenti miftehma. Għaldaqstant id-Dipartiment beda jagħmel investigazzjoni teknika li tinvolvi l-ġbir ta' informazzjoni mingħand min kien involut kif ukoll mingħand l-Awtoritajiet Taljani billi kien hemm mdaħħlin ajruplani u pilota Taljan. Sar ukoll smiegħ tar-recordings tal-Komunikazzjonijiet bir-radju tal-kontrol tat-traffiku ta' l-ajru u ġew eżaminati r-recordings tar-radar. Id-Dipartiment qiegħed fl-aħħar fażi li jiffinaliżża r-rapport preliminari.

Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Bottle Shops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tagħrif mitlub fil-kumplament tad-domanda parlamentari 25428?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma teżistix kategorija ta’ bottle shops per se. Fil-fatt jeżistu i) Kategorija ta’ ħwienet li jbiegħu xorb (inkluż dak alkoħoliku)bl-imnut u bl-ingrossa fejn ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fuq il-post. ii) Kategorija ta’ ħwienet fejn ix-xorb jiġi kkunsmat fil-post Qabel is-sena 2002, il-liċenzja għal dawn iż-żewg kategoriji kienu jinħargu mill-pulizija. Mis-sena 2002 ‘l hawn il-liċenzji għall-ħwienet ta’ l-ewwel kategorija bdew jiġu proċessati mit-Trading Licensing Unit fi ħdan id-Diviżjoni għall- Kummerċ filwaqt li tat-tieni kategorija bdew jinħargu mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA). Dan ifisser li ma kienx hemm kategorija li kienet mad-Divizjoni tal-Kummerc u marret mal-MTA. Imma kien hemm zewg kategoriji waħda marret għand id-Diviżjoni tal-Kummerċ u waħda marret għand l-MTA kif spjegajt aktar qabel. 2. Rekwiżiti A) Rekwiżiti mid-Diviżjoni għall-Kummerċ għall-applikazzjoni ta’ kategorija ta’ ħanut fejn ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fuq il-post: i) Dettalji tal-applikant u tal-post; ii) Ċertifikat tas-Sanita’; iii) Ċertifikat tal-MEPA; iv) Pjanta tal-post bil-metri kwadri; v) Kuntratt tal-kera jew rċevuta ta’ l-aħħar kera (meta l-post ikun mikri) vi) Ħlas tal-liċenzja B) Rekwiżiti mill-MTA għall-Kategorija ta’ ħanut fejn jiġi kkunsmat alkoħol fuq il-post; i) Dettalji tal-applikant u l-post; ii) Site plan u layout plan ; iii) LM20 application fee; iv) Il-kunsens tad-Dipartiment tal-Artijiet jekk il-post hux qiegħed fuq proprjeta’ tal-Gvern u kopja tal- Memorandum and Articles Jekk l-informazzjoni tiġi meqjusa aċċettabli mill-MTA jiġu mitluba wkoll: v) MEPA permit vi) Ċertifikat ta’ Food and Drinks handler vii) Ċertifikat mis-Sanita’ tal-Proprjeta’ viii) Ċertifikat mid- Drainage Department viiii) Indikazzjoni tal-esperjenza fis-settur

Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust

Question

X'inhi r-raġuni li l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust ilha minn Frar mhux kostitwita? Meta mistennija tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni, xejn xejn bħala turija tal-impenn tal-gvern li jirregola b'mod ġust is-suq ħieles f'pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 24863.

Ċirkewwa

Question

X'passi se tieħu l-Awtorita' Marittima Maltija biex tara li jinżammu nodfa l-inħawi fil-ponta taċ-Ċirkewwa fejn jinżlu jgħoddsu ħafna għaddasa u li bħalissa qed iservi ta' speċi ta' latrina pubblika?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sea Sports

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kemm sar sea sports fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita’ Marittima hija responsabbli sabiex toħrog liċenzja speċifika, hekk imsejħa il-Watersports Operators' Licence. Din tkopri dawn l-attivitajiet: (i) Water-skiing u para-gliding (ii) kiri ta’ inġenji tal-baħar (mechanically driven craft) (iii) kiri ta’ kenuri u paddle boats. Fl-inħawi ndikati hawn 5 operaturi liċenzjati.

Bottle shops

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25167 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferita lilu, fl-aħħar ħames snin kemm kien hemm bottle shops li qabel kienu liċenzjati mid-dipartiment tal-kummerċ u li mbagħad bdew ikunu liċenzjati mill-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? X'rekwiżiti jkollu stabbiliment biex jagħmel trasferiment bħal dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-liċenzji ta' Bottle Shops jinħarġu mid-Diviżjoni tal-Kummerċ jekk ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fil-post, iżda l-bejgħ ikun bl-imnut jew bl-ingrossa. Jekk ix-xorb jista jiġi kkunsmat fil-post allura l-liċenzja tinħareġ mill-MTA. Din is-sistema ilha titħaddem mill-2002 u min meta l-liċenzji ma baqgħux jinħarġu mill-Pulizija u bdew jinħarġu mid-diversi Awtoritajiet Kompetenti, fosthom id-Direttorat tas-Servizzi tal-Kummerċ. Dwar il-kumplament tad-domanda l-informazzjoni mitluba tkun tista tingħata wara li tinġabar.

Każ dwar kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal, tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-reġistru tal-Kumpaniji huwa operat mill-MFSA. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Filugranu u fidda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li s-sistema preżenti tippermetti li prodotti tal-filugranu u tal-fidda manifatturati barra minn Malta jingħataw boll lokalment u jinbiegħu daqs li kieku huma prodotti lokali? X'jista' jagħmel il-gvern biex ineħħi dan ir-riskju ta' kompetizzjoni inġusta kontra l-artiġjanat lokali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sistema kif jingħata l-boll (hallmarking) fuq prodotti tal-filugranu, taqa' taħt il-kompetenza tal-konslu tad-Deheb u Fidda fid-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty li jifforma parti mill-Ministeru tal-Finanzi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħi lill-ministru kkonċernat.

Għawdex — Port ta' l-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li l-Malta Maritime Authority qiegħda tagħmel sejħa għat-tenders għat-tfassil ta' pjan strateġiku għall-Port ta' l-Imġarr, Għawdex f'dan l-istadju? Ma jaħsibx li dan il-pjan imissu tfassal meta nbeda jew qabel ma nbeda x-xogħol fuq il-proġett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministru, permezz ta’ l-Awtorita’ Marittima, qed kontinwament jara xi żviluppi ġodda jistgħu jsiru fil-qasam tat-trasport marittimu għal Għawdex. Għaldaqstant l-Awtorita’ Marittima permezz ta’ fondi provduti mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm Interreg IIIA (Italja – Malta) ikkommisjunat feasibility study dwar servizzi ta’ transport bil-baħar bejn Malta u Sqallija li jinkludi wkoll il-Port ta’ l-Imġarr Għawdex.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Direttur ta' l-avjazzjoni ċivili — MT tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu r-Ryanair f'taxxi magħrufa bħala MT tax lid-direttur ta' l-avjazzjoni ċivili mindu bdew joperaw għal u minn Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kumpanija Ryanair sal-lum għada m'għamlitx pagamenti tat-taxxa ta' tluq (departure tax) lid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili. Pero d-Dipartiment qiegħed jistenna li l-Kumpanija tgħaddi pagament fil-ġranet li ġejjin.

Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Delegazzjonijiet ministerjali

Question

Mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum, meta l-Ministru mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn ma ttirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul Jannar, Frar u Marzu 2007 ma kien hemm l-ebda uffiċjal minn dan il-Ministeru jew dekasteru tiegħi li qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu. Dwar enti oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru nkun nista nagħti l-informazzjoni wara li tinġabar.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u enti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Għawdex — Proġett tat-terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienet l-ispiża totali s'issa tal-proġett tat-terminal f'Għawdex; 2) jagħti breakdown ta' l-ispejjeż; 3) min esegwixxa x-xogħol; 4) jindika l-varjazzjonijiet mill-pjanti oriġinali u meta saru dawn il-varjazzjonijiet; 5) jgħid id-differenza fl-ispiża bejn ix-xogħol kif kellu jsir oriġinarjament u x-xogħol li sar skond il-varjazzjoni; 6) meta se jitlesta x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nagħmel referenza għall-PQ 24372 li ngħatat fit-13/03/07 l-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar u tingħata aktar ' quddiem

Liġi tal-konsumatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi li ttellgħu l-qorti taħt il-liġi tal-konsumatur mis-sena 2001 'l hawn? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-okkażjonijiet li turi n-numri ta' każi, it-tip ( taħt liema artiklu tal-liġi), kemm instabu ħatja u kemm kienet il-penali meta nstabu ħatja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' PQ 24804.

Avviż legali tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-2001, li ttellgħu l-qorti għaliex kienu qed jiksru l-avviż legali 283 ta' l-2002 tal-prezzijiet (price indications)? Kemm minnhom instabu ħatja u kemm kienet il-piena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta 24802.