Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta' persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm kienet il-medja ta' persuni miżmuma li kienu ta' nazzjonalità barranija u kemm ta' nazzjonalità Maltija kull sena? Kemm hemm persuni fil-Faċilità bħalissa u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din hija l-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016.
Sena
Medja Nazzjonalita Barranija
Medja Nazzjonalita Maltija
Total
2012
203
368
571
2013
209
372
580
2014
207
368
575
2015
202
363
565
2016
224
335
559
Att III tal-2014 – persuni li ġew eżenti minn responsabilità kriminali fil-konfront ta’ minuri
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30948, jista’ l-Ministru almenu jgħid kemm ir-rapport sar fis-sena 2015 u fis-sena 2016 separatament minn xulxin kontra persuni minuri ta’ taħt l-14-il sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena b’mod separat, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li mis-sena 2013 sa l-aħħar ta’ Jannar 2017, kien hemm 295 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Waqt illi hemm diversi każi li għadhom sub-judice u xi ftit li ġew illiberati, kien hemm 208 persuna li nstabu ħatja. Il-pieni li ngħataw kienu jvarjaw minn priġunerija, sentenzi sospizi, probation, multi u kien hemm xi każi fejn il-persuni ġew imwiddba. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Attachments:PQ 30628 -Persuni mressqa l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija.doc
Pulizija li sofrew minn xi inċidenti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijiethom minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta’ dmirijiethom huwa ta’ 214. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Iż-Żurrieq – Għassa tal-Pulizija – infestazzjoni ta’ ġrieden
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma r-rapporti li dehru fil-media li fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq, hemm infestazzjoni ta’ ġrieden? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sanità ġiex infurmat b’din il-problema u jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pulizija li jkunu xogħol f’din l-għassa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' serq matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li matul is-sena 2016, kien hemm 488 persuna li tressqu l-qorti fuq reati ta’ serq. Minn dawn 381 kienu rġiel filwaqt illi 107 kienu nisa. Mill-irġiel, 271 kienu Maltin filwaqt illi 110 kienu barranin. Fil-każ tan-nisa 74 kienu Maltin, filwaqt li 33 kienu barranin. Waqt li hemm diversi każi li għadhom pendenti, fejn il-każijiet ġew deċiżi l-persuni nvoluti ġew ikkundannati pieni li jinkludu ħabs, sentenzi ta’ ħabs sospiżi, probation, liberati, combination order, liberati b’kundizzjoni, sentenzi ta’ multi/amendi u multi b’sentenza ta’ ħabs.
Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ ksur ta’ buon ordni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, in-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti fuq reati ta’ ksur ta’ buon ordni matul is-sena 2016 kien ta’ 1232. Dawn kienu jinvolvu 816 ‘il raġel illi minnhom 692 kienu maltin u 124 kienu barranin. Kien hemm ukoll 416 ‘il mara li minnhom 382 kienu maltin u 34 kienu barranin. Numru minn dawn il-każijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti, oħrajn kien hemm il-proċedimenti eżawriti u oħrajn kien hemm persuni li ġew illiberati. Madankollu fil-każijiet deċiżi, is-sentenzi l-aktar li kienu R&A(twiddiba), probation jew conditional discharge u multi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu mobile phones fl-2016, xahar b’xahar b’mod separat u lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid kemm instabu minnhom? Jista’ jgħid kemm tressqu nies quddiem il-Qorti akkużati b’serq ta’ mobiles fl-2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, fil-perjodu bejn Settembru u Diċembru 2016, ġew irrapurtati 583 każ ta’ serq ta’ mobiles. Dawn insterqu mill-lokalitajiet illi jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. B’konnessjoni ma’ dan is-serq tressqu 84 persuna l-Qorti. Id-dettalji ta’ kemm instabu minn dawn il-mobile phones mhux possibbli li jingħataw peress illi qatt ma kien hemm din id-data miġbura b’mod elettroniku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq minn knejjes fl-2016? Jista’ jgħid f’liema lokalità kienu dawn il-knejjes? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid jekk kienx hemm persuni li tressqu l-Qorti fuq dawn il-każijiet u jekk iva kemm kien in-numru ta’ persuni li tressqu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, matul is-sena 2016 kien hemm 27 rapport ta’ serq minn knejjes. Minn dawn, 9 każi kienu serq ta’ oġġetti appartenenti għall-istituzzjoni u 18 il-rapport kienu dwar serq ta’ oġġetti fuq viżitaturi. L-oġġetti misruqa li jappartjenu lill-Knisja jinkludi fost l-oħrajn serq ta’ u minn kaxxi tad-donazzjonijiet, għodod u oġġetti reliġjuzi bħall-pissidi u kurċfissi. L-oġġetti rappurtati misruqa minn persuni li jżuru dawn il-postijiet jinkludu Mobile phones, basktijiet, kartieri u portmonijiet illi bosta drabi barra li kellhom il-flus u xi dokumenti personali varji, credit/debit cards u ċwievet. Sal-lum ma ġie solvut l-ebda każ minn dawk elenkati u allura ma tressqux persuni l-Qorti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella skont il-lokalita` fejn seħħ dan it-tip ta’ serq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji fl-2016? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ vittmi? Jista’ jgħid kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti u kemm ġew akkużati nies quddiem il-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, ġew irreġistrati 4 każijiet ta’ omiċidju li ħallew 4 vittmi. Il-vittmi kienu tlett maltin, żewġ nisa u raġel u r-raba vittma kien raġel barrani. Minn dawn il-każijiet, 3 ġew solvuti u fir-rigward tal-każ l-ieħor l-investigazzjoni għadha għaddejjha. Barra minn dan, ġie rreġistrat każ ieħor fejn persuna tas-sess maskili sfat vittma ta’ splużjoni fil-vettura tagħha. Dwar dan il-każ għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet biex ikun stabbilit jekk dan il-każ, kienx każ ta’ omiċidju jew le.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien irraportat serq fis-segwenti lokalitajiet fix-xahar ta’ Novembru 2016, Diċembru 2016 u Jannar 2017 xahar b’xahar:
a) Belt Valletta
b) Ħ’Attard
c) Ħaż-Żabbar
d) In-Naxxar
e) Il-Għargħur
f) Ta’ Sliema
g) San Ġiljan
h) Ħad-Dingli
i) Ir-Rabat (Malta)
j) Birkirkara
k) L-Iklin
l) Ħal Balzan
m) Santa Venera
n) Il-Ħamrun
o) Il-Marsa
p) Il-Furjana
q) Bormla
r) Birgu
s) L-Isla
t) Il-Fgura
u) Il-Mellieħa
v) San Pawl il-Baħar
w) Il-Mosta
x) San Ġwann
y) Il-Gżira
z) L-Imsida
aa) Tal-Pietà
bb) Ħal Safi
cc) Ħal Għaxaq
dd) Ħal Kirkop
ee) Il-Gudja
ff) Iż-Żurrieq
gg) Ħal Qormi
hh) L-Imġarr
ii) Is-Swieqi
jj) Pembroke
kk) Paola
ll) Ħal Tarxien
mm) Santa Luċija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu irraportat serq fis-segwenti lokalitajiet fix-xahar ta’ Novembru 2015, Diċembru 2015 u Jannar 2016 xahar b’xahar:
a) Belt Valletta
b) Ħ’Attard
c) Ħaż-Żabbar
d) In-Naxxar
e) Il-Għargħur
f) Ta’ Sliema
g) San Ġiljan
h) Ħad-Dingli
i) Ir-Rabat (Malta)
j) Birkirkara
k) L-Iklin
l) Ħal Balzan
m) Santa Venera
n) Il-Ħamrun
o) Il-Marsa
p) Il-Furjana
q) Bormla
r) Birgu
s) L-Isla
t) Il-Fgura
u) Il-Mellieħa
v) San Pawl il-Baħar
w) Il-Mosta
x) San Ġwann
y) Il-Gżira
z) L-Imsida
aa) Tal-Pietà
bb) Ħal Safi
cc) Ħal Għaxaq
dd) Ħal Kirkop
ee) Il-Gudja
ff) Iż-Żurrieq
gg) Ħal Qormi
hh) L-Imġarr
ii) Is-Swieqi
jj) Pembroke
kk) Paola
ll) Ħal Tarxien
mm) Santa Luċija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
San Ġiljan – Għassa tal-Pulizija — fawran tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan qed ifur id-drenaġġ minn diversi postijiet fl-istess għassa meta tagħmel ix-xita?Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi indirizzata din il-problema? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tas-Sanità ġiex infurmat b’din il-problema u jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pulizija li jkunu xogħol f’din l-għassa?
Response (ABELA, CARMELO)
Le ma nikkonfermax. Dak ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-fatt kien ġie miċħud diġa`.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenti - remunerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm persuna waħda ngaġġata bħala konsulent u r-remunerazzjoni tagħha hija ta’ €35,583 bħala salarju, flimkien ma’ karozza tas-servizz u servizz tat-telefon u internet li jammonta għal €815 fis-sena.