Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pont ta' Mistra

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28343 u jgħid x'se jsir mill-pont tal-Mistra li hu fi stat perikoluż?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-Adt qed isegwi il-ħsarat fl-imsemmi pont sabiex jistabillixxi l-aħjar mod kif dawn għandhom jkunu rranġati. Sa issa ma hemmx periklu imminenti għat-traġitt tat-traffiku fuq dan il-pont.

Bus ticketing machines — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati ħsarat tal-bus ticketing machines kemm dawk fuq il-vetturi kif ukoll dawk li hemm fil-Belt, tas-Sliema u Buġibba, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kull xahar separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Laboratory Equipment

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28354 u jgħid x'sar mil-laboratory equipment li kellu d-dipartiment tat-toroq? Il-laboratorju fi ħdan in-Network Infrustructure Directorate qiegħed jitħaddem?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li parti minn dan it-tagħmir qed jintuża mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta biex permezz tiegħu jsiru field tests. Qed isiru diskussjonijiet bejn l-ADT u l-Università ta’ Malta biex din tibda tagħmel użu wkoll minn dan it-tagħmir biex tipprovdi faċilitajiet ta’ ttestjar addizzjonali lill-Awtorità filwaqt li fl-istess hin titħarreġ lill-istudenti fil-proċeduri ta’ ittestjar.

Mtarfa Bypass

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-krakjaturi li hemm fil-parti l-ġdida u l-qadima tal-Mtarfa bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ADT qed tagħmel l-investigażżjonijiet meħtieġa u qed isir pjan ta' manteniment tal-wiċċ tat-triq.

Vetturi li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija t-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq vetturi li jaħdmu bl-elettriku u l-batterija (Electric cars)?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-rati ta’ taxxa fuq reġistrazzjoni huma : Battery driven electric cars 0 % Petrol/Diesel electric hybrid cars 16.5 %

Mdina Road

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27463, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u site plan ta' fejn ġejjin dawn it-traffic lights fi Triq l-Imdina.

CVA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus invoiced kull xahar mic-CVA minn Mejju 2007 sa l-aħħar tax-xahar ta' Ottubru 2007?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ kontijiet li nħarġu u l-ammont ta’ flus li tħallsu sa l-aħħar tax-xahar t’Ottubru kienu:

Tarxien — Bus shelter

Question

Għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelterfi Triq iz-Zejtun ( quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, l-karozzi tal-linja lejn u miz-Zejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters. Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja? Nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita. Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il-passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf. Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġix sew? Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Vetturi reġistrati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27951 u 28116 u jgħid x'kien in-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003,2004, 2005, 2006, 2007 (sal-lum) kull kategorija separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informażżjoni mitluba relatata man-numru ta' vetturi ġodda reġistrati fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007 (sa Ġunju) skond il-katagoriji tal-vetturi.

Rabat — Triq Gorg Borg Olivier

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrakkmanda li jsiru traffic calming measures fi Triq Borg Olivier, Rabat anke permezz ta' infurzur strett, low speed limit f'din it-triq? Diversi persuni sofrew ġrieħi f'din it-triq minħabba sewqan traskurat.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta kif ġej: · It-taqsima ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal traffic calming fi Triq Ġorg Borg Olivier · It-taqsima kienet rċeviet talba għal speed camera fi Triq Ġorg Borg Olivier mill-Kunsill Lokali Rabat u din it-talba ġiet mgħoddija lill- Local Enforcment Committee. It-taqsima kienet rċeviet talba mill-pubbliku għal speed camera u din ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali. Il-mizuri li gejjien tal-immaniggjar tat-traffiku li kienu mitlubin mill-kunsill lokali u li l-ADT kienet qablet maghhom, kienu gew konpluti bl-installazzjoni tas-sinjali neccesarji: Triq Borg Olivier mis-Saqqajja sa "junction" ma Triq College: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra meta jghatu serviżż u għat trasport pubbliku biss. Minn Triq Borg Olivier "junction" ma' Triq College lejn Dingli: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra biex jgħatu serviżż u għall-karozzi tal-linja biss. Triq Borg Olivier minn Dingli għas-Saqqajja: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra biex jgħatu serviżż u għall-karożżi tal-linja biss. Hemm sinjali li juru li ma hemmx aċċess għall-"heavy vehicles" minn Triq Borg Olivier, ġo Triq Nikol Sawra, Saqqajja Hill, Triq ll-Buskett, Triq Hal-Tartani, Mtarfa roundabout and Ta' Srina roundabout. Is-sinjali ta' hawn fuq kienu intenżjonati li jwaqffu "heavy vehicles" milli jaddu minn Triq Gorg Borg Olivier u jidderuġuhom minn Mtarfa Bypass. Dan l-aħħar kien hemm anki talba for "extensive patching" għall Saqqajja Hill li kienet tlestit reċentament.

Applikazzjoni

Question

B'referenza għall-applikazzjoni nru PA 05324/07 mill-ADT lill-MEPA, jista' l-Ministru jwaqqaf tali applikazzjoni minnufih għan-nom tar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-applikażżjoni PA 05324/07 tinkwadra l-proposti għat-tregija tat-traffiku u l-bini ta' toroq ġodda fil-peninsula ta' Tigne. Għalhekk wieħed jista iqisha bħala li tgħaqqad numru ta' proposti li l-implementażżjoni tagħhom issir f'diversi laqqiet. L-Awtorita' tibqa impenjata li tirfna l-iskema anki waqt l-implementażżjoni jekk jirriżultalha li dan ikun fl-aħjar interess tar-residenti, visitaturi u l-kommunita kummerċjali.

Sliema — Tower Road

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28074 u jikkonferma li skond l-applikazzjoni li saret lill-MEPA mill-ADT (PA 5324/07) t-triq li tagħti minn Għar id-Dud għal Ferries bilfors irid jgħaddi minn Qui Si Sana għax Tower Road fil-parti bejn Triq Bizazza u l-Pjazzetta se ssir one way?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellatnt li l-interpretazzjoni tiegħu tal-pjanti fl-applikkazzjoni msemmija hija korretta. Ma danakollu għada trid tittieħed deċiżjoni finali fuq jekk Triq Bisazza ssirx pedonali.

Permess biex jixtri cab

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28214 u 28546 u jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien applika taħt l-indirizz li qed jidher separatament għall-permess biex jixtri cab li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jużah għall-hire services 13-il sena ilu baqa' qatt ma ngħata tweġiba ċara mill-ADT minkejja li sa ftit xhur ilu kkonfermawlu li l-każ kien għadu qed jiġi pproċessat u li l-file kien għadu eżistenti? Minkejja li jmur lura għal żmien il-Public Transport Authority, l-applikant stqarr miegħi li l-Pulizija kienu kitbu lill-PTA nhar is-7 ta' Settembru 1994 permezz ta' ittra li r-referenza tagħha qed tidher separatament mibgħuta mill-Msida Police Office, liema ittra rajt kopja tagħha, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta din l-applikazzjoni hi mistennija tiġi deċiża u jekk diġa' ġiet deċiża jgħid għaliex l-applikant qatt ma ġie mgħarraf b'dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jiena nfurmat li fis 26 ta’ April 2005, id-Direttorat tal-Liċenzji u t-Testjar kienu bagħtu ittra lil persuna konċernata fejn infurmawa li d-Direttorat ma kienx qed joħroġ pemessi ġodda għal karozzini li jintużaw għal ġar tal passiġieri bi ħlas. Il-persuna konċernata ġiet ukoll nfurmata li d-Direttorat jagħmel biss ‘renewal’ ta’ permessi ta’ karozzini li kellhom liċenzja valida minn żmien il-pulużija. Fil-każ in kwistjoni il-persuna konċernata kienet għamlet rikjesta biex tixtri karozzin li għad-Direttorat il-permess tiegħu (karozzin) kien spiċċa tant li l-puluzija ma kienux għaddew il- file ta’ dan il-karozzin bħal ma kienu għamlu fil-kazijiet ta’ karozzini li kellhom permess u il-liċenzja valida. Il-persuna konċernata tista’ tagħmel appuntament mad-Direttur tal-Liċenzji u t-Testjar biex jiġi spjegat akter fil-profond il-każ tiegħu.

Royal Malta Yacht Club

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-issue tas-sit għal Royal Malta Yacht Club fuq Manoel Island ġietx riżolta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-issue ta’ sit fejn hemm Royal Malta Yacht Club illum ġiet riżolta. Dan is-sit sejjer jgħaddi għand il-MIDI, u r- Royal Malta Yacht Club sejjer jiġi allokat sit fuq żona oħra f’Manoel Island. L-agreements qegħdin jiġu iffinalizzati f’dawn il-ġimgħat.

Pont Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28028 u jgħid x'persentaġġ ta' xogħol fuq il-bridge ta' Manuel Dimech hu stmat li tlesta sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li huwa stmat illi madwar ħamsin fil-mija (50%) tax-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech Bridge huma kompluti.

Forti Tigne — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr fil-Forti Tigne mill-MIDI? Meta hu proġettat li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr tal-ġebel fuq Forti Tignè hu 60% komplut. Minbarra xogħol ta’ restawr hemm xogħolijiet oħra għaddejjin fuq il-Forti bħal aperturi, pavimentar, xogħol ta’ ħadid u njam u landscaping.

Ċentru tal-Konferenzi

Question

B'referenza għall-proġett ta' Ċentru tal-Konferenzi f'Ta' Qali jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għall-offerti? F'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-MEPA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet huma temporanjament weqfin sakemm il-MEPA tipproċessa l-outline application li saret fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru.