Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-swali fir-Residenza San Vinċenz de Paul li bejn is-7 u t-8 ta’ Frar 2017 effettivament spiċċaw bla dawl, għax jew kienu bla ġeneraturi inkella għax il-ġeneraturi li hemm stallati fl-istess residenza ma ħadmux kollha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 31268.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-prassi li ilha tintuża għal numru ta' snin fir-rigward li l-Bord tal-Fostering minbarra f'Malta jiltaqa' ukoll regolarment fil-gżira Għawdxija issa twaqqfet ħesrem fuq deċiżjoni taċ-chairperson b'riżultat li din id-deċiżjoni qed toħloq inkonvenjent għall-foster carers li jgħixu f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Bord tal-Fostering qatt ma tella’ laqgħat ġewwa Għawdex.
Dar tal-Anzjani tal-Mosta – inkjesti dwr nuqqasijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti relatati mal-inkjesti li saru dwar nuqqasijiet li saru jew allegatament saru fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904 u ninfurmah illi m’għandi xejn iżjed xi nżid ma’ dik ir-risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħaddiema li jaħdmu fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta, li ssejħu fl-Uffiċini tad-Dipartiment tal-Anzjani sabiex jagħtu l-veduti/xhieda tagħhom dwar il-fatt li fl-istess dar, għal numru ta' ġimgħat, l-anzjani residenti ripetutament kienu qed jużaw l-istess frieket u skieken tal-plastik minflok ma jintremew u jintużaw oħrajn ġodda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904 u ninfurmah li m’għandi xejn iżjed xi nżid ma’ dik ir-risposta.
Persuni li jkunu jħallsu l-kontribuzzjonijiet – bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet imma li ma ħallsux biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-pensjoni, tibqax tingħata meta dawn il-persuni jagħlqu l-75 sena u jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 persuni li jkunu għadhom jgħixu d-dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li ma jkunux ħallsu kontribuzzjonijiet biżżejjed biex ikunu intitolati għall-pensjoni, jingħata sakemm dawn l-istess persuni jagħlqu l-75 sena u wara jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 jekk ikunu għadhom jgħixu ġewwa darhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdiliet kien hemm fid-disability pension u x’tipi jeżistu (issa) u kif se jsir l-assessjar tal-każijiet u minn min se jsir l-assessjar? Jista’ jgħid kif u jekk hux se jkunu means tested, u jekk id-diżabilità tingħatax skont il-kundizzjoni speċifika jew jekk hux skont il-kwantità ta’ inkapaċità (skont l-Indiċi Barthel) tkun xi tkun il-kundizzjoni li persuna jkun ibati minnha? Jista’ jsemmi ċifri tat-tipi varji ta’ dan il-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bis-saħħa tar-riforma fl-Assistenza ta’ Diżabilità nħolqu tlett livelli:
·
Assistenza Mi
ż
juda għal Di
ż
abilità
Severa – fejn persuna li tkun tbagħti minn diżabilità skont l-iskali fil-liġi u jkun ċertifikat minn Bord Multi Dixxiplinarju minn 0 sa 4 skont l-iskala Barthel jitqies eleġibli għal din l-assistenza. Din l-assistenza mhix
means tested
. Peress li hu benefiċċju ġdid għad ma jistax jingħata n-numru ta’ benefiċjarji.
·
Assistenza għal Di
ż
abilità Severa
– Dan huwa l-istess benefiċċju li kien hemm qabel u sabiex persuna tikkwalifika, minbarra t-test tal-mezzi, irid ikollha diżabilità skont dak elenkat fl-iskeda tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali. L-ammont ta’ benefiċjarji huwa ta’ 3307.
·
Assistenza għal Di
ż
abilità
– Dan huwa benefiċċju ġdid għal persuni li għandhom riġel jew driegħ nieqes jew ma jiffonzjonax. Dan il-benefiċċju huwa
means tested
. Peress li dan huwa wkoll benefiċċju ġdid għad ma hemmx statistika dwar in-numru ta’ benefiċjarji.
Benefiċċju għall-persuni li jduru bil-ġenituri tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mara miżżewġa ta’ età qabel il-pensjoni li tkun qiegħda ddur b’wieħed jew tnejn mill-ġenituri tagħha jew ta’ żewġha fl-istess domiċilju hijiex intitolata għal xi benefiċċju? Dan il-benefiċċju jkun means tested u jiddependi jekk il-mara jew żewġha jaħdmux? Dan il-benefiċċju jiddependi wkoll mill-kundizzjoni ta’ saħħa fiżika jew mentali tal-anzjan jew anzjana li qiegħda tiġi kkurata? Jekk ikun qed jingħata dan il-benefiċċju, l-anzjani jistgħu japplikaw biex joqogħdu f’dar residenzjali? Jekk l-anzjani huma ta’ ‘l fuq minn 75 sena, xorta jieħdu t-€300 fis-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont il-parametri l-ġodda tal-Allowance Miżjuda għal Carers, persuna miżżewġa tista’ tapplika sabiex tieħu ħsieb lil ġenituri tagħha jew tal-konjuġi jekk ikunu qegħdin jgħixu fl-istess indirizz.
Din l-allowance mhix means tested u min ikun qed jieħu ħsieb il-pazjent ma jridx ikun qed jaħdem.
Il-pazjent jiġi sottomess għall-Bord Multi Dixxiplinarju li jara l-każ skont il-Barthel Index jew il-Mini-Mental State Examination. Ir-riżultat ta’ dipendenza tal-Barthel Index irid ikun fil-kategorija ta’ bejn 0 – 8 u r-riżultat ta’ dipendenza tal-Mini-Mental State Examination irid ikun fil-kategorija ta’ bejn 0 – 9.
Il-pazjent jista’ japplika sabiex joqgħod f’dar residenzjali, iżda l-allowance miżjuda għal carers tieqaf hekk kif jibda jgħix f’dar residenzjali.
Jekk l-anzjan ikun għadu jgħix fil-komunità, però mhux f’dar residenzjali, jibqa’ eliġibbli għall-għotja ta’ €300 fis-sena.
Psychology and Family Therapy Services — professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-Psychology and Family Therapy Services? Jista’ jgħid kemm hemm professjonisti joffru dawn is-servizzi u kemm kien hemm familji li bbenefikaw minn dawn is-servizzi mis-sena 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:
· Fis-
Psychology Team
bħalissa hemm 5 impjegati jaħdmu full-time, 11 jaħdmu part-time jew siegħat mnaqqsa u waħda li qiegħda fuq unpaid leave. In-numru ta’ persuni u familji li ħadem magħhom Is-
Psychology Team
, huwa kif ġej:
2014:
278 persuna,
2015:
287 persuna u 38 familja,
2016
(sa Ġunju): 179 persuna u 17-il familja.
· Fil-Family Therapy Services bħalissa hemm 3 impjegati full-time, 3 part-time jew b’sieghat imnaqqsa u waħda fuq unpaid leave. In-numru ta’ persuni u familji li ħadmu magħhom il-ħaddiema tal-Family Therapy Services, huwa kif ġej:
2014:
93 persuna,
2015:
132 persuna u 23 familja,
2016
(sa Ġunju): 101 persuna u 6 familji.
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità – Servizz ta’ Outreach
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Outreach mogħti mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità? Jista’ jgħid x’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz u kemm hemm klijenti li bħalissa qed jirċievu dan is-servizz u jekk hemmx xi waiting list?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizz ta’ Outreach jikkonsisti f’assessjar minn tim professjonali bħal infermiera, social worker u terapisti.
Mill-assessjar joħroġ jekk l-klijent għandux bżonn li jiġi assistit minn carers. L-għan tas-servizz huwa li l-klijent jerġa’ jikseb l-indipendenza tiegħu.
Minn naħa l-oħra qed naraw ukoll li t-talba għall-għajnuna ta’
Respite
ġewwa d-dar tal-klijent żdiedet drastikament minn sena għal sena, fil-fatt ser jibda servizz ġdid li tħabbar fil-baġit ta’
Respite
fid-dar.
Bħalissa ma hemmx waiting list għas-servizz ta’
Outreach.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fis-sena 2016, kienu 50 klijent li għamlu użu mis-servizz ta’
Outreach.
Jista’ l-Ministru jindika f’liema Ċentri LEAP qed jingħata servizz fil-komunità mill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba jingħata dan is-servizz matul ix-xahar u f’liema ħin u ġurnata jingħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif miġbura fit-tabella t’hawn taħt:
ĊENTRU LEAP - REĠJUN
Ġurnata li fiha jingħata is-servizz fil-komunità mill-Awtorità tad-Djar
ĦIN
Ċentru LEAP Qawra
Kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Cottonera
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Kirkop
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Msida
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ċentru LEAP Qormi
Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa
8:00 – 12:00
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – White Papers
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-White Papers kollha maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, tispeċifika x’dokumenti qiegħda titlob. Il-Ministeru tiegħi ħareġ numru ta’ dokumenti u strateġiji li kienu ukoll miftuħa għal konsultazzjoni pubblika, f’din il-leġislatura li pero’ ma kienux strettament White Papers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2008 fejn l-Awtorità tad-Djar kienet tagħti għotja sa massimu ta’ 30% tal-pagamenti annwali tas-self għall-perjodu tal-ewwel 10 snin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kienu 36 persuna li bbenefikaw mill-Iskema tal-2008 maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar li kienet toffri għotja fuq il-pagamenti tas-self lill-applikanti.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm hemm pensjonanti tal-Gvern li għandhom Pensjoni tas-Servizz li qed igawdu mill-€200 fis-sena kif tħabbret fil-Budget Speech 2017 paġna 20 tal-Ministru għall-Finanzi;
b) kemm-il sena jrid ikollu pensjonant li rtira ta` 61 sena li kien fuq skala 7 tal-pagi fis-sena 2000 biex jieħu dak kollu li kien ikkomuta mill-Pensjoni; u
c) biex wieħed jibda jgawdi minn parti ta' dawn il-€200 iridu jgħaddu diversi xhur għax ma jinħadmux malajr mill-ħaddiema tas-Servizz Soċjali u dawn il-flus jirċevuhom biss dawk li għandhom 'il fuq minn 72 sena?
Għalhekk meta se jibdew jingħataw minn Jannar bħala kumpens tal-għoli tal-ħajja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
In-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ servizz li bbenefikaw mill-miżura tal-€200 matul is-sena 2016 kien ta’ 4,550.
L-uniku tnaqqis li jsir mill-ammont ikkommutat mill-pensjoni ta’ servizz meta tkun qiegħda tiġi riveduta l-Pensjoni tal-Irtirar hu ta’ ħamsin fil-mija biss meta il-pensjonant jilħaq l-età ta’ 72 sena.
Kull sena dawk il-każijiet li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura tal-€200 normalment jibdew jinħadmu għal ħabta ta’ Marzu wara li jkun tlesta x-xogħol fuq il-kumpens tal-għoli tal-ħajja lil pensjonanti kollha. Minn April ’il quddiem jibdew ħerġin il-pagamenti lil kull min ikollu dritt għal din iż-żieda. Din il-miżura jista’ jibbenefika minnha kull pensjonant li jirċievi pensjoni ta’ servizz u mhux dawk biss li jkunu laħqu l-età ta’ 72 sena
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar, f’Awwissu tas-sena 2016 għamlet tentattiv sabiex issib post alternattiv lill-persuna kkonċernata, iżda baqgħat qatt ma resqet għall-kuntratt. Għalhekk l-allokazzjoni ġiet irtirata peress li ma wrietx interess.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għadha bla bonus?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ tal-persuna msemmija ġie maħdum u s-Sinjura ġiet infurmata permezz ta’ ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dritt ta’ bolol li ħallset?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija titħallas l-Għotja għall-Anzjani ta’ €300. Filfatt tħallset mal-ewwel pagament li sar fl-4 ta’ Frar 2017.
Ta’ min ifakkar li l-għotja ta’ €250 li qed issir referenza għaliha mill-Onor. Interpellant b’mod separat, hija applikabbli għal dawk il-persuni li jkunu ħallsu aktar minn 5 snin bolol u ma jikkwalifikawx għal pensjoni kontributorja u li għandhom bejn it-62 sena u l-75 sena.