Sptar Mater Dei – pazjenti li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Psikjatrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar Mater Dei fid-Dipartiment tal-Psikjatrija, sena b’sena, bejn l-2010 u l-2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2010 u s-sena 2015 kien hemm medja ta’ 307 pazjent fis-sena li għamlu użu mid-Dipartiment tal-Psikjatrija, fl-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jiġu protetti aktar il-ħaddiema tal-isptarijiet u Ċentri tas-Saħħa minn aggressuri li ħafna drabi jkunu familjarji ta’ pazjent jew pazjenti infushom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa huwa konxju mill-ħtieġa ta' protezzjoni adekwata għall-ħaddiema tas-Saħħa. Tant u hekk li ġew installati security cameras fid-diversi ċentri tas-saħħa. Filwaqt li fl-Isptar Mater Dei teżisti Standard Operating Procedure dwar l-inċidenti ta’ imġieba aggressiva.
Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid – kariga ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru:
a) jgħid x’inhi l-pożizzjoni li fiha nħatar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fi ħdan iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid;
b) jikkonferma li din il-ħatra saret bħala
position of trust
;
c) jgħid jekk inħatrux persuni oħra f’din il-pożizzjoni fiċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħrajn;
d) jgħid x’inhi l-paga u l-iskala li fiha nħatar l-individwu; u
e) jekk iva, f’liema ċentri? Jekk le, għalfejn f’Raħal Ġdid biss?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija gie ngaggata fis-27 ta' Awwissu 2014 bhala Manager Health Centre.
Huwa responsabbli mit-tmexxija u l-gestjoni tac-Centru tas-Sahha, jikkoordina l-management u jiehu hsieb li r-rosters ikunu mfassla skond l-htiega tal-bzonnijiet tac-Centru tas-sahha, jiehu hsieb il-leave u kwistjonijiet ohra relatati mal-impjegati li jaqghu taht ir-responsabbilta’ tieghu, jizgura li fic-Centru tas-Sahha ikun hemm is-sigurta’ necessarja kemm ghall-haddiema u kif ukoll ghall-pazjenti, izomm kuntatt dirett mal-haddiema u l-pazjenti biex is-servizz mic-Centri tas-Sahha dejjem jitjieb.
Tobba – follow up fuq pazjenti li ħadu trattament għall-kura tas-sider
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba (GPs) li qed jagħmlu follow-up fuq pazjenti li ħadu t-trattament għal kura tas-sider kif imħabbar fit-3 ta’ Diċembru 2015 (PR152735)? Kemm hemm pazjenti li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa hemm 14 –il tabib tal-familja li ghamlu t-tahrig sabiex jissiehbu f'din l-iskema.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa — użu ta' karozza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23396 u jwieġeb ukoll il-mistoqsija parlamentari 22746 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu 2008 u Jannar 2012 is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Mario Galea kien juza l-vettura VW Passat bin-numru tar-registrazzjoni GAK845. Din il-karozza kienet tinkera ghall-prezz ta €36.58 kuljum minghand John’s Garage, ghall-spiza totali ta’ Euro50,431. In-nefqa totali tal-fuel kienet ta Euro 12,979.12c
L-Onor Segretarju Parlamentari Joseph Cassar, li kien f’din il-kariga bejn Marzu 2008 u Frar 2010 ghamel uzu minn diversi vetturi. Dawn il-vetturi huma:
Bejn Mejju 2008 u Lulju 2008, kienet tintuza il-vettura VW Passat bin-numru tar-registrazzjoni HBE368 li kienet tinkera minghand Joe’s Garage ghall-valur ta €39 kuljum, ghall-spiza totali ta’ Euro3,510. In-nefqa totali tal-fuel kienet ta Euro 793.78
Minn Awwisu 2008 sa Frar 2010, is-Segretarju Parlamentari Joseph Cassar ghamel uzu mill-vettura Alfa Romeo 159 Saloon li inxtrat minghand UCIM Co Ltd ghall-valur ta Euro 26,380.74. Il-pagament totali ghal din il-karozza sar f’Dicembru 2008. In-nefqa totali tal-fuel minn meta inxtrat f’Awwissu 2008 sa Frar 2010 kienet ta Euro 7,398.78c
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk waqt li kien qiegħed isir xi xogħol għat-telgħa magħrufa bħala Ta’ Alla u Ommu jistax jiġi nstallat dawl pubbliku aħjar milli hemm?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex dan is-suġġeriment jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.
Sptarijiet ta’ Għawdex u San Luqa – proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni marbut mal-Isptar t’Għawdex u dak ta’ San Luqa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika xi tfisser il-kelma kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li nirrimarka li s-servizz tas-saħħa ser jibqa’ b’xejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti bil-Hepatitis C li ngħataw il-mediċina b’xejn? Kemm kien il-valur ta’ din il-mediċina? Il-ħlas għal din il-mediċina ħareġ mill-Malta Community Chest Fund jew mill-Ministeru għas-Saħħa, jiġifieri mit-taxxi tal-poplu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina tal-Hepatitis C waslet fl-2015 u l-ewwel trattament beda fl-4 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Twaqqaf kumitat kliniku magħmul minn esperti biex jevalwaw liema pazjenti jistaw jibbenefikaw minn dan it-trattament.
Sptarijiet u Ċentri tas-Saħħa – lingwi li jidhru fuq mediċni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-Isptarijiet u Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw mediċini li l-informazzjoni fuqhom (information leaflet) mhux dejjem qed tkun bl-Ingliż jew bil-Malti kif titlob il-Liġi ta’ Malta? Veru li kien hemm mediċini li l-informazzjoni kienet bil-Grieg u bil-Ġappuniż?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa qed jintużaw mediċini li l-informazzjoni fuqhom (information leaflet) dejjem qed tkun bl-Ingliż jew bil-Malti kif titlob il-Liġi ta’ Malta.
Sptar Monte Carmeli – servizz tas-saħħa mentali — privatizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jipprivatizza parti jew is-servizz kollu tas-saħħa mentali f’pajjiżna, speċjalment dawk is-servizzi li qed jingħataw mill-Isptar Monte Carmeli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi kollha tas-saħħa li jipprovdi l-gvern se jibqghu b’xejn ghall-pazjenti Maltin u Ghawdxin.
Qasam tas-saħħa mentali – ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lil pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fil-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħsieb tal-Gvern li jħallas GPs għas-servizz li jagħtu fil-komunità lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali hux se tiġi estiża għall-ispeċjalisti psikjatriċi, psikologi, infermiera u professjonisti mediċi oħra bi speċjalizzazzjoni fil-kura psikjatrika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-gvern bi hsiebu jsahhah is-servizz fil-komunita’ ghall-pazjenti bi problema ta’ mard mentali. Ghal dan il-ghan, il-gvern qieghed jiddiskuti mal-istake holders varji, kif l-ahjar jinvolvi il- professjonisti medici f’dan il-pjan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli, sena b’sena, mis-sena 2010 sas-sena 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2010 u s-sena 2015 kien hemm medja ta’ 1,347 – il pazjent fis-sena rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew iċċertifikati mejta fuq il-post (mhux l-isptar) kaġun ta’ fgar (choking) sena b’sena sa mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet, in-numru ta’ mwiet kaġun ta’ fgar (choking) li kien aċċidentali u li mietu fuq il-post (mhux l-isptar) matul is-snin 2006-2014 f’residenti ta’ Malta u Għawdex huwa total ta’ 12.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proċeduri li ntużaw fl-għoti tat-tender tal-catering fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-proċeduri użati kenux konformi mar-regolamenti stabiliti għall-għoti ta' tenders li jinsabu fid-dokument tat-tendering tal-catering? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kontroll kien hemm f''dak li jikonċerna l-ħlas li sar skont din l-istess tender, u kemm kien il-ħlas li sar matul l-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 21009, 22610 u 22611, jista’ l-Ministru jikkonferma li persuni fuq l-għajnuna soċjali (ir-relief) qed jintalbu jħallsu €800 għall-fixed braces?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 19269, 21459 u 22609, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-total ta’ 13,000 persuna li huma reġistrati bħala outpatients mas-Servizz tas-Saħħa Mentali għamlu suwiċidju fis-sena 2015?