Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ swieq/monti (open markets) li huma permessi li joperaw f’Malta u f’kull każ jgħid:
· fejn huma permessi li jopera;
· x’inhuma l-ġranet u l-ħinijiet li fihom hu permess li joperaw; u
· kemm hemm operaturi li joperaw fih?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ konsulenzi li ngħataw mill-Korporazzjoni Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks b’rabta mal-proġett tal-Corporate Village u jindika dawk il-konsulenzi li ngħataw b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma x'sar mill-proġett ta' Corporate Village u jipprovdi rendikont kronoloġiku taf kif kien tmexxa l-pjan tal-Gvern fuq dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ix-xogħol preparatorju fuq il-Corporate Village beda fit-2008, meta Alan Camilleri, dak iż-żmien Chairman tal-Malta Industrial Parks, qabbad lid-Deloitte u lill- Architectural Projects Ltd sabiex jibdew iħejju financial projections u kunċett ta’ żvilupp għal Corporate Village.
Matul is-sena 2010, ġiet ippublikata ‘expression of interest’ għal iżvilupp tal-Corporate Village, li għaliha kien hemm disa sottomissjonijiet. Kien f’Mejju tas-sena 2012 li ntbagħat ‘request for proposal’ (RFP) lill-kull waħda minn dawn is-sottomissjonijiet.
Għalkemm din l-RFP damet iktar minn tlett xhur miftuħa, kien hemm biss sottomissjoni waħda, li eventwalment ġie deċiż li ma kienitx konformi mat-termini speċifikati fl-RFP.
Minħabba n-nuqqas ta’ nteress li rriżulta, saħansitra biex jiġi żviluppat dan il-Corporate Village, ma sarx iktar xogħol fuq dan il-proġett. Ta’ min jgħid, li din il-kampanja, bejn konsulenzi varji u kampanja promozzjonali, swiet mhux inqas minn €425,000.
Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ promozzjoni saret fuq il-Corporate Village? Partikolarment jista’ jindika x’promozzjoni saret barra minn Malta u min kien responsabbli minn din il-promozzjoni? Permezz ta’ din il-promozzjoni x’riżultati kienu akkwistati f’terminu ta’ applikazzjonijiet ta’ kumpaniji biex jibdew joperaw mill-Corporate Village u f’terminu ta’ investiment attirat lejn pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fis-sena 2010 sar il-‘launch’ tal-kampanja promozzjonali marbuta mal-Corporate Village, li kienet tinkludi numru ta’ ‘events’ promozzjonali ġewwa Milan u Londra.
Minbarra numru ta’ publikazzjonijiet, ‘tokens’, preżentazzjonijiet u saħansitra website dedikata għal dan il-proġett, saret ukoll promozzjoni permezz tar-rappreżentanza tal-korporazzjoni f’diversi pajjiżi, li kienu jinkludu l-Ingilterra, Germanja, Libja, l-UAE u l-Istati Uniti.
Din il-promozzjoni kienet primarjament iffukata sabiex tħajjar operaturi jidħlu għall-iżvilupp tal-Corporate Village iktar milli biex tattira investiment barrani. Għalkemm intefqu mhux inqas minn €84,000 għal din il-kampanja promozzjonali, l-għan tagħha baqa ma ntlaħaqx, għaliex la ġew attirati operaturi li konkretament kienu nteressati jiżviluppaw dan il-proġett, wisq inqas biex jibdew joperaw mill-Corporate Village.
Regolamentazzjoni li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet?
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jirrevedi r-regolamentazzjoni li tirregola l-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern diġa għamel konsultazzjoni wiesgħa f'dan ir-rigward u fix-xhur li ġejjin huma intenzzjonati li jiġu ntrodotti emendi li jirrevedu ir-regolamentazzjoni tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet.
Operaturi li għandhom Trade License fil-qasam tar-retail
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi li għandhom Trade License f’Malta, li huma liċenzjati li joperaw fil-qasam tar-retail u jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità li joperaw fiha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ skemi li implimenta dan il-Gvern mill-2013 ‘il hawn bil-għan li jsaħħaħ il-qasam tar-retail f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni Malta Enterprise tamministra erbgħa skemi ta’ assistenza bil-għan li jsaħħu l-qasam tar-retail f’pajjiżna hum dawn :
Micro Invest.
Din l-iskema ġiet riveduta sabiex toffri firxa akbar ta’ għajnuna
Micro Guarantee Scheme
. Din l-iskema ġiet riveduta wara proċess ta’ konsultazzjoni ma banek lokali li joffru self.
Aid for the Development of Workshops and Associate Retail Outlets at the Ta’ Qali and Ta’ Dbieġi Crafts Village
.
Din l-iskema giet imnehdija fis-sena 2015
Business Advisory Scheme
. Din l-iskema hija kontinwazzjoni ta’ skema li il-Korporazzjoni nehdiet fis-sena 2011.
Ix-Xewkija – Żona Industrijali – Child Care Centre — saħħa tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu indagax dwar studji li setgħu saru jew jekk sarux studji biex jiġi assigurat li s-saħħa tat-tfal li qed jattendu ċ-Child Care Centre fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija hija mħarsa u dan peress li mad-dawra tal-istess Child Care Centre hemm numru ta’ garages li kontinwament jużaw l-ispray? Jista’ jikkonferma li f’dawn il-ġranet huwa żar dan iċ-Child Care Centre peress li bħala Żona Industrijali taqa' taħt ir-responsabilità tal-Malta Enterprise jew tal-Ministeru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li c-childcare centre ta’ Għawdex qed jopera bil-permessi kollha meħtieġa, u li saru l-istudji neċessarji sabiex inħarġu dawn il-permessi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur miżjud gross ras għal ras fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet hekk kif ġej:
a) ta’ intermedjazzjoni finanzjarja;
b) ta’ proprjetà immobbli;
ċ) ta’ kiri;
d) ta’ negozju;
e) ta’ kummerċ bl-ingrossa;
f) ta’ kummerċ bl-imnut;
g) ta’ biedja;
h) ta’ sajd;
i) ta’ manifattura;
j) ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel;
k) professjonali, xjentifiċi u tekniċi;
l) ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u sapport;
m) amministrazzjoni pubblika;
n) ta’ ħidma soċjali;
o) ta’ arti, divertiment u rikreazzjoni;
p) ta’ tiswija ta' vetturi, muturi, oġġetti personali u tad-dar; u
q) ta’ kostruzzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25473 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament rigward pagamenti pendenti mill-MIMCOL?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MIMCOL tinstab diġa nfurmata rigward il-każ ta’ l-individwu msemmi, hu qegħdin għaddejin diskuzjonijiet mal-partijiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb jiżviluppa jew joħroġ b'sejħa għar-riġenerazzjoni tal-binja li tinsab mal-baħar fil-Marfa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentement, il-Privatisation Unit m’għandhiex proġetti li jinvolvu l-binja li tinsab mal-baħar il-Marfa li kienet għal xi żmien okkupata mill-għaqda tal-MUSEUM.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu kontra negozjanti barranin li jbiegħu diversi oġġetti bħal għodda, borom u kull tip ta’ prodott ieħor li ħafna drabi negozjanti li għandhom il-permessi neċessarji biex ibiegħu dawn il-prodotti jkollhom ħafna aktar spejjeż biex jimportaw dawn il-prodotti milli sempliċiment jidħlu pajjiżna bil-vann tagħhom u jibdew jbiegħu dawn il-prodotti fuq l-idejn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar hu responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji relattivi kif hu kontemplat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 - Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ. L-infurzar tal-liġi hija responsabilita` li taqa` taħt il-Korp tal-Pulizija.