Legislature:
Category:
Reset
Active:

Learning Support Assistants — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' Learning Support Assistants (LSA) li hemm din is-sena skolastika fl-iskejjel? Jista jgħid dawn humiex shared jew full? Kif jikkompara dan in-numru ma' ħames snin ilu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Learning Support Assistants (LSA) li hemm din is-sena skolastika (2016/17) huwa ta’ 2273. Dawn huma maqsumin kif ġej: Numru ta’ LSAs li qegħdin ma’ studenti FT 1-1: 887 Numru ta’ LSAs li qegħdin ma’ studenti Shared jew Shared Same Class: 952 Numru ta’ LSAs li mhux qegħdin direttament allokati ma’ student partikolari: 258* Numru ta’ LSAs li qegħdin fuq xi tip ta’ leave (Maternity, Parental, etc): 174 Total: 2,273 *Dawn jinkludu: · LSAs li qegħdin iservu f’Nurture Groups u Learning Support Zones: 69 · LSAs li qegħdin fil-kulleġġi bħala relievers: 54 · LSAs li qegħdin assenjati ma’ gruppi fl-ALP, Gzira 16+ u Education Hub: 32 · LSAs li qegħdin assenjati ma’ gruppi fil-Learning Supp Centres u Resource Centres: 103 Infurmat li ħames snin ilu (2013) kien hemm 1,688 LSA, li minnhom 147 kienu fuq xi tip ta’ leave.

MCAST u Università ta’ Malta – korsijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' x'korsijiet ġodda qed jiġu offruti fl-MCAST u l-Università ta’ Malta f'din is-sena skolastika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għas-sena akkademika 2016-17 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi: Dok. A - korsijiet ġodda offruti mill-Università ta’ Malta Dok. B - korsijiet ġodda offruti mill-MCAST

Jobsplus – dokumenti tal-identità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċini tal-Jobsplus ma jaċċettawx dokumenti tal-identità bħall-Passaport u l-Liċenzja tas-Sewqan sabiex jinġabru dokumenti uffiċjali, minkejja li dawn huma maħruġa minn awtoritajiet pubbliċi u huma rikonoxxuti internazzjonalment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li bħala prassi kull persuna li trid tirċievi xi servizz tal-Jobsplus, trid turi ċertifikat ta’ identifikazjoni li jindika wkoll ir-residenza f’pajjiżna. Fil-każ ta’ individwi Maltin, dawn iridu juru l-karta tal-identità, filwaqt li fil-każ ta’ individwi barranin, iridu jippreżentaw il-karta ta’ residenza maħruġa minn Identity Malta, jew fin-nuqqas tagħha l-passaport maħruġ minn pajjiżhom, flimkien ma’ dokument li juri r-residenza attwali tagħhom.

Clubs tal-football f’Malta u f’Għawdex — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-għajnuna/assistenza/finanzjament li ngħata kull club tal-football f’Malta u f’Għawdex fis-sena 2016? Għal kull każ, jista’ jgħid: a) x’kienet l-għajnuna/assistenza/finanzjament; u b) meta ngħatat l-għajnuna/assistenza/finanzjament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-clubs assistiti finanzjarjament fis-sena 2016 huma: San Ġwann FC Nursery - €2,100 – Sports Tourism Scheme Ħamrun Spartans FC - €1,200 – Sports Tourism Scheme Ħamrun Spartans FC - €5,000 – Facility Investment Scheme L-ammonti rispettivi dovuti għall-iskema tat-turiżmu sportiv ġew preżentati lill-clubs rispettivi waqt waħda mill-preżentazzjonijiet li jsiru matul is-sena, filwaqt li l-ammont relatat mal-Facility Investment Scheme se jkun qed jiġi preżentat fil-preżentazzjoni li se ssir fis-16 ta’ Frar, 2017.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — uffiċjali, persons of trusts u konsulenti li siefru fuq impenji ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30357 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ uffiċjali, persons of trusts u konsulenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li siefru fuq impenji ta' xogħol, maqsuma bl-ammont ta’ ġranet li damu barra minn Malta, bil-kariga li huma jokkupaw, il-pajjiż fejn sar dan l-ivvjaġġar u jindika l-laqgħat li attendew għalihom, minn Marzu 2013 sa Diċembru 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lista bl-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari 30357 tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 480.

Nuqqas ta’ Għalliema

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30356, jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu għalliema neqsin f’kull suġġett?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dak iż-żmien kien hemm għalliem wieħed nieqes għal kull suġġett imsemmi. Madankollu, minn dak iż-żmien ġew mimlija l-vakanzi fl-Ethics, Art, German u French. Id-Direttorat għadu qed jaħdem biex jimla l-vakanza li għandu fil-European Studies.

FTS — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienet ir-residenza ordinarja tal-persuni li kienu impjegati mal-FTS fl-1 ta’ Marzu 2013 ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba qed tingħata lill-Onorevoli interpellant separatament.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada – ħlas lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jonqoshiex titħallas flus mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) konnessjoni mat-tender li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-kumpanija msemmija ma jonqosha titħallas xejn mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) dwar it-tender imsemmi.

FTS – dewmien fil-performance ta’ supply u tqegħid ta’ madum minn kuntrattur

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30026, jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) ma ġietx mitluba tikkwantifika d-danni minħabba dewmien fil-performance ta’ supply u tqegħid ta’ madum mill-kuntrattur marbut mat-tender li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Erġajt ġejt infurmat li t-tmexxija tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS), fi żmien tax-xogħol relatat mat-tender indikat, kienet responsabbli biex tikkwantifika d-danni minħabba dewmien fil-performance ta’ supply u tqegħid ta’ madum mill-kuntrattur marbut mat-tender imsemmi.

Forzi Armati ta’ Malta – persuni li applikaw għar-reklutaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30632 fejn fit-tweġiba tagħha ngħadd li għall-aħħar sejħa għar-reklutaġġ għal suldati mal-Forzi Armati ta' Malta applikaw 498 kandidat, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-498 għaddew mill-ewwel parti tal-e¿ami (Physical Efficiency test )?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 366 kandidat għaddew mill-Physical Efficiency Test.

Lingwa Ġermaniża — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej: Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema SubienBniet Statali621649127035 + 3 HODs* tal-Knisja903743164621 Indipendenti1171262433 *35 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Lingwa Spanjola — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej: Skejjel SekondarjiStudentiTotal ta' StudentiGħalliema SubienBniet Statali712808152036 + 3 HODs* tal-Knisja2901714615 Indipendenti141842257 *36 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Lingwa Portugiża — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Portugiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Portugiża tul din is-sena skolastika fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti u m’hemm l-ebda għalliema reġistrati li jistgħu jgħallmu din il-lingwa.

Għawdex – Aġenzija Żgħażagħ — servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi offruti minn Aġenzija Żgħażagħ fil-gżira ta' Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ ħaddiem maż-żgħażagħ beda fil-Kulleġġ Sir Michelangelo Refalo (6th Form) f’Għawdex f’Ottubru 2016. Il-Kulleġġ joffri lill-istudenti tas-Sekondarja u l-Middle School numru ta’ klabbs għaż-żgħażagħ matul il-brejk ta’ nofsinhar. Il-ħaddiem maż-żgħażagħ jagħti sehemu fil-Kunsill tal-Middle School li mal-klabbs tal-iskola jorganizza attivitajiet għall-istudenti. Il-ħaddiem maż-żgħażagħ tal-Aġenzija isservi wkoll bħala punt ta’ informazzjoni dwar il-proġetti u inizjattivi tal-Aġenzija. L-għan tas-servizz tal-ħaddiem taż-żgħażagħ fl-iskejjel huwa li f’ambjent edukattiv joffri liż-żgħażagħ opportunitajiet ta’ tagħlim informali u non-formali li jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Fil-Kulleġġ tas-Sixth Form, il-ħaddiem maż-żgħażagħ joffri s-servizz fil-Youth Hub darbtejn fil-ġimgħa. Il-Youth Hub joffri ambjent informali fejn il-ħaddiem maż-żgħażagħ jiżviluppa proġetti u inizjattivi maż-żgħażagħ li jgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

Divergent Thinkers — parteċipanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti fl-aħħar edizzjoni tal-proġett Divergent Thinkers?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ parteċipanti fl-aħħar edizzjoni tal-proġett Divergent Thinkers kien ta’ 10.

Aġenzija Żgħażagħ – kunsilli lokali taż-żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali taż-żgħażagħ li bbenefikaw minn skema ta' għajnuna li toffri Aġenzija Żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2016 il-kunsilli lokali taż-żgħażagħ li bbenefikaw minn fondi kienu dawk ta’ Ħal Safi, l-Msida, Santa Venera, Marsaskala u Ħaż-Żebbuġ.

Detached Youth Work — lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed issir id- Detached Youth Work?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-Servizz tad-Detached Youth Work qed isir fil-lokalitajiet li se nsemmi: Il-Belt Valletta Xlokk : Birżebbuġa u ż-Żejtun Cottonera: il-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara u l-Fgura.

Aġenzija Żgħażagħ – Proġett Taħżiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett TAĦŻIŻ organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Taħżiż huwa wieħed mill-youth empowerment programmes tal-Aġenzija Żgħażagħ li din is-sena se jkun qed jidħol fil-ħames edizzjoni tiegħu. Bħala proġett huwa mtella’ b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università, u f’edizzjonijiet preċedenti ġieli anke ġie organizzat bi sħab mal-Fondazzjoni AWL. Taħżi jistieden żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jħobbu jiktbu u jixtiequ jtejbu l-ħiliet tagħhom, inkella dawk li joqgħodu lura minħabba li jibżgħu li jagħmlu żbalji bażiċi biex jieħdu sehem għal dan il-proġett li jservi l-aktar għal taħriġ fis-sengħa tal-kitba. Iż-żgħażagħ jintgħażlu wara li tkun ħarġet sejħa pubblika biex dawk interessati jissottomettu cv, ittra ta’ motivazzjoni kif ukoll xi xogħol qasir miktub riċentement. Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tkun b’xejn għalkemm fil-bidu jintalab depożitu żgħir li wara li jkun intemm il-proġett b’suċċess jingħata lura. Il-proġett Taħżiż ikun imqassam tul seminars residenzjali u workshops oħrajn tal-inqas tmien darbiet tul il-perjodu ta’ bejn wieħed u ieħor sena. Jintemm b’pubblikazzjoni tax-xogħlijiet prodotti kif ukoll tqassim ta’ ċertifikati. Xi workshops ikunu wkoll miftuħin għal żgħażagħ li mhux neċessarjament ikunu qed isegwu Taħżiż. Għal kull edizzjoni japplikaw tal-inqas għaxar (10) żagħżugħ u żagħżugħa li ħafna minnhom jirnexxilhom itemmu l-programm b’suċċess u jaraw ix-xogħlijiet tagħhom pubblikati. Iż-żgħażagħ li jieħdu sehem f’dan il-proġett jakkwistaw ħiliet oħrajn apparti tal-kitba inkluż kif jaqraw fil-pubbliku, kitba kollaborattiva u xogħol fi grupp, u hemm minnhom li eventwalment jingħaqdu mal-għaqda tal-Malti ħalli b’hekk jitkompla u jiġġedded dan il-proġett minn sena għall-oħra.

Aġenzija Żgħażagħ – Proġett tas-Sależjani – Skema A4U

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett tas-Sależjani Isla mill-iskema A4U tal-Aġenzija Żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li permezz tal-fondi A4U ġie mwettaq il-proġett Youth Online fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tas-Sależjani fl-Isla. Il-Proġett Youth Online, kien jikkonsisti billi bil-fondi mogħtija minn Aġenzija Żgħażagħ, sar tisħiħ tas-servizz u l-faċilitajiet offruti mill-għaqda, bl-għan li jingħata servizz aħjar liż-żgħażagħ. Għaldaqstant, permezz ta’ dawn il-fondi, kien possibbli li fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tas-Sależjani fl-Isla, inbidlu l-kompjuters li ma kinux għadhom jaqdu l-ħtiġijiet tas-servizz u ġew installati oħrajn ġodda. Inxtara wkoll apparat ieħor fosthom monitors, keyboards u erba’ mini-PCs. Fis-sala prinċipali ġew installati ukoll żewġ laptops u wifi range extender sabiex ikun hemm l-internet għall-użu tal-membri żgħażagħ.

Nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar nisa daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kien kif muri fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena. Nisa jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni Żieda sena fuq sena Ġunju 2013 74,493 Ġunju 2014 79,446 4,953 Ġunju 2015 83,314 3,868 Ġunju 2016 88,157 4,843