Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29085 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Ministeru Secretariat Grades fuq kuntratt mal-Ministeru Lm 13,252. Diviżjoni tax-Xogħlijiet Qualification Allowance: Gradi Tekniċi Lm 3,007. Gradi Professjonali Lm 4,049. Gradi Klerikali Lm 1,702. Allowance i.r.o. Professional Staff Performance Lm 23,034. Deputising Lm 3,129. Disturbance Lm 3,897. Dangerous Structures Lm 1,440. Shift & Drainage Allowance (Drainage Section) Gradi Industrijali Lm217,586. Gradi Tekniċi Lm232,280. Shift & Danger Allowance (MSD Section) Gradi Tekniċi Lm 86,187. Shift Allowance Security Guards Lm 89,243. Danger Allowance Gradi varji Lm 20,627. Impressed Allowance Gradi Industrijali Lm159,490. Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Disturbance Allowance Senior Engineer Lm 1,368. Car Allowance Senior Engineer Lm 1,308. Shift Allowance Technical Officer Lm 176. Tradesman Lm 88. Senior Postperson Lm 20. Supervisor Lm 284. Senior Tradesman Lm 770. PCO Lm 36. ATO Lm 235. Operative Lm 539. Senior Operative Lm 176. MTD Lm 351. General Hand Lm 16,588. Health Attendant B Lm 10,855. Nuisance Allowance Technical Officer Lm 450. Tradesman Lm 225. Senior Postperson Lm 50. Senior Tradesman Lm 1,300. PCO Lm 225. ATO Lm 600. Operative Lm 450. Senior Operative Lm 375. MTD Lm 900. General Hand Lm 1,350. Health Attendant B Lm 5,892. Sundays and Public Holidays Messenger Lm 733. Technical Officer Lm 1,489. Tradesman Lm 676. Senior Postperson Lm 154. Supervisor Lm 2,438. ATO Lm 1,956. Senior Tradesman Lm 7,274. Hospital Auxiliary Lm 1,233. Operative Lm 2,404. Senior Operative Lm 1,209. MTD Lm 3,876. Labourer Lm 3,497. General Hand Lm 72,280. Health Attendant B Lm 47,203. Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent On Call Allowance Konsulenti Lm 450. Degree Allowance Principal Environment Officers Lm 572. Environment Officers Lm 792. Assistant Principal Lm 150. Nuisance Allowance Senior Postperson Lm 124. Shift Allowance General Hand Lm 3,856. Degree & Nuisance Allowances Scientific Officer Lm 637. Degree & Disturbance Allowances Mechanical Engineer Lm 378. Diploma, Degree & Clothing Allowances Environment Inspectors Lm 1,459.
Leg 9 PQ #29171 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x' se jiġri mill-ilma tax-xita li s-soltu kien jiskula fit-Triq il-Marfa fil-parti ta' ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Jugoslavi fil-Mellieħa fejn issa saret bankina ġdida? X' arranġamenti saru sabiex l-ilma ma jkissirx din il-bankina u ma jgħaddix minn fuqha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol imsemmi qiegħed isir mid-Dipartiment tat-Toroq. Għalhekk, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29072 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-bidu ta' din is-sena sa llum saru 134 spezzjoni fuq impjegati tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Id-Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni huwa nkarigat minn dan ix-xogħol u s-sezzjoni tas-"Security Officers", fi ħdan l-istess Dipartiment, qed tintuża bħala "Inspectorate".
Leg 9 PQ #29207 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bulky Refuse

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinġabar l-ammont kbir ta' bulky refuse li nġabar fl-inħawi bejn Ta' Qali, l-Imtaħleb u l-Baħrija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #29208 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Riabilitazjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-pjanijiet dwar ir-riabilitazzjoni tal-Moll fil-Floriana? X' xogħlijiet huma ppjanati li jsiru? Meta hu maħsub li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett tal-Mall inbeda billi qed issir is-sistema ta' irrigazzjoni. Wara xhur ta' diskussjoni mal-Kunsill Lokali u entitajiet oħra, l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta lestew il-pjani u qed tiġi ppreparata l-applikazzjoni għall-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Il-proġett ta' pavimentazzjoni jsir wara li jkun hemm l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Ser tinħareġ ukoll sejħa għal offerti għar-restawr tal-funtana ta' l-ajkla.
Leg 9 PQ #29130 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wires

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jitneħħew wires tat-telefon u tar-rediffusion antiki li hemm fil-Floriana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29178 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Waterfront Group

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il-Gvern li l-Cottonera Waterfront Group sabiex dan il-consortium jingħata aktar nollijiet taħt Sant Anġlu milli hu approvat fil-Parlament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #29136 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex Triq Dun Ġorġ Fenech f' Ħal Qormi saret miżbla u min hu responsabbli mill-art li qed tintuża għal dan bil-għan li jgħalaqha ħalli ma tkunx aktar ta' tentazzjoni għal min qiegħed jħammeġ u jikkawża diżastru sħiħ f' din l-area? Jista' l-Ministru jara wkoll li l-iskart goff li hemm jitneħħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jinvestiga dan il-każ, biex imbagħad tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #29159 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Mobile Toilets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f' bini ta' mobile toilets għall-Barrakka ta' Fuq li sar matul dawn l-aħħar tlett snin kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma ntefqu l-ebda ammont ta' flus minn dan il-Ministeru. Il-mobile toilets fil-Barrakka ta' Fuq saru mill-iStock Exchange waqt li kienu qed jibnu t-toilets ġodda f'dan il-ġnien. Dan sar minnhom bi ftehim mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #29161 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Triq Il-Kurunell Mas — Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jara li l-munzelli ta' trab, ħamrija, ħaxix ħażin u skart li hemm miġbura u ilhom xhur sħaħ hekk miġbura fi Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Traxein jitneħħew mill-aktar fis minħabba l-inkonvenjent enormi li qed joħolqu lir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #28812 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Ta' Qali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-kwantita ta' ilma li hu maħżun fil-ġibjuni tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm madwar 250,000 litru ta' ilma maħżun fil-ġibjuni tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali, liema ħażna tvarja skond l-użu u l-mili permezz tal-bowser.
Leg 9 PQ #28814 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Margherita — Mosta - Bandli

Question

Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment konċernati jwettqu xogħlijiet ta' manutenzjoni fil-bandli li hem fl-inħawi ta' Santa Margherita l-Mosta sabiex ma jkunx hemm perikolu għat-tfal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #28815 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Margherita — Mosta

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment konċernat jagħmel il-manutenzjoni li jeħtieġu l-bankini u toroq ta' Santa Margherita l-Mosta qabel tibda x-xitwa? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #28816 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mosta — Santa Margherita - Playing Field

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li fl-inħawi ta' Santa Margherita l-Mosta, ir-residenti jkollhom playing field akbar sabiex huma u t-tfal tagħhom jkollhom post fejn jirrikkrejaw ruħhom aħjar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #28979 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Bordijiet u Kummisjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28512, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Taħt id-29 Bejn 30 u Aktar minn sena 45 sena 46 sena Environment Monitoring Board / 5 3 Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt u Floriana 1 5 8 Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera 1 6 8 Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina / 3 7 Bord għall-Bennejja / 2 4 Bord tal-Warrant tal-Periti / 2 5 Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi / 4 2 Bord ta' l-Inġinerija / 1 6 B.I.C.C. 1 6 11
Leg 9 PQ #29006 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jitnaddaf Wied il-Għasel kollu li jgħaddi għal Burmarrad u ssir bħal xatba ħalli ma jkunux jistgħu jidħlu fih, biex ma tkomplix l-ħsara hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-wied huwa wieħed minn dawk il-widien li jridu jiġu studjati aħjar qabel ma jsir xogħol ta' riabilitazzjoni.
Leg 9 PQ #28849 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u li jaħdem fil-Park Nazzjonali f'Ta Qali, għadu jidher fir-rassenji minkejja li hu arrestat u akkużat b'diversi reati serji barra pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għalkemm l-impjegat imsemmi għadu jidher fuq ir-rassenja, huwa qed jiġi mmarkat bħala "Detained by Police".
Leg 9 PQ #28850 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ilma ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga, u jirrimedja dwar ilma ta' drenaġġ li qed joħroġ minn blokk ta' bini fi Triq l-Istral f' Wied il-Għajn, u li qiegħed iċarċar u jinżel fil-btieħi u l-bjar tar-residenti fi Triq Sant' Anna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika liema blokk ta' bini qiegħed jirreferi għalih u jekk l-isem tat-triq huwiex Triq l-Istral jew Triq l-Iskal.
Leg 9 PQ #28867 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Dwieli Road — Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li t-triq Għajn Dwieli Road, Paola jibda jiġi kennies regolari peress li din it-triq hija triq arterjal u taqa' taħt il-Gvern Ċentrali? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ġranet li l-kennies jrid jmur jiknes din it-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ġranet meta l-kennies imur jiknes Għajn Dwieli Road, Paola huma l-Erbgħa u s-Sibt. Iżda minħabba li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u pavimentar ġdid, ir-riżultat tal-knis ma jistax ikun tal-livell mixtieq.