Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għamilt dawn iż-żjarat barra minn Malta bejn Marzu 2013 u Marzu 2016:
L-Albanija
17-18 ta’ Frar 2016: Akkumpanjajt lill-E.T. Il-President Marie Louise Coleiro Preca waqt Żjara Statali fl-Albanija fejn iltaqgħat mal-President tar-Repubblika tal-Albanija, l-E.T. Bujar Nishani.
L-Alġerija
18 ta’ Novembru 2015: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru fuq żjara fl-Alġerija fejn saru laqgħat mal-Prim Ministru tal-Alġerija u ma’ numru ta’ membri tal-Kabinett Alġerin bil-għan li l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi terġa’ tissaħħaħ f’diversi oqsma fosthom immaniġġjar tat-turiżmu, is-saħħa, ir-relazzjonijiet marittimi u l-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli.
20-21 Jannar 2016: akkumpanjajt lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, fuq Żjara Statali li serviet bħala strument biex jkomplu jissaħħu relazzjonijiet bilaterali, b’mod partikulari fil-qasam ekonomiku.
L-Awstrija
21 ta’ Jannar 2014: Akkumpanjajt lill-E.T. Il-President George Abela waqt Żjara Statali fl-Awstrija fejn saru laqgħat mal-President tar-Repubblika Federali tal-Awstrija, l-E.T. Heinz Fisher.
Il-Baħrejn
30 ta’ Ġunju 2013: Ħadt sehem fil-Laqgħa Ministerjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf, fejn kelli laqgħat bilaterali mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni tal-Golf, u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Qatar, il-Baħrejn u l-Arabja Sawdija.
26 ta’ Mejju 2014: Iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sheik Khalid Al Khalifa, kif ukoll mal-Prim Ministru, l-Altezza Reali Tiegħu l-Prinċep Khalifa Bin Salman Al Khalifa.
Il-Belġju
16 ta’ Diċembru, 2013: Waqt il-Kunsill Ewropew għall-Affarijiet Barranin ipparteċipajt fil-laqgħa Ministerjali tal-Med 7 fejn ġie deċiż li dan il-grupp jissejjaħ MedGroup.
2-3 ta’ April 2014: Ipparteċipajt f’Summit bejn l-UE u l-Afrika.
9 ta’ Ġunju, 2015 Ipparteċipajt fil-laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u Ċentrali (CELAC).
Il-Belt tal-Vatikan
24 ta’ Ġunju 2013: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja għal udjenza privata mal-Papa Franġisku. Matul din iż-żjara kien hemm ukoll diskussjonijiet mal-Kardinal Tarcisio Bertone.
20 ta’ Marzu 2014: Akkumpanjajt lill-E.T. Il-President George Abela fil-Vatikan.
29 ta' Settembru 2014: Akkumpanjajt lill-E.T. Il-President Marie-Louise Coleiro Preca fi Żjara Statali li kellha mal-Q.T. il-Papa Franġisku fl-Istat tal-Vatikan.
Iċ-Ċina
27 ta’ Lulju, 2015: Għamilt żjara fiċ-Ċina fejn kelli laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, mal-Viċi President u mad-Deputat Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fil-Kungress tal-Poplu.
Ċipru
19 ta’ Marzu 2015: Fuq stedina uffiċjali tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiprijott, għamilt żjara ġewwa Ċipru, fejn saret laqgħa bilaterali mal-Ministru għal-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, l-E.T Ioannis Kasoulides. Fl-istess laqgħa, l-E.T. Igor Lukšiæ, Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Montenegro, ingħaqad miegħi u mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru f’laqgħa trilaterali fejn iddiskutew l-proċess ta’ adeżjoni għal-UE tal-Montengro.
25-26 ta’ Frar 2016: Ħadt sehem fil-laqgħa Ministerjali tal-Med 7, fejn ġiet diskussa il-kriżi tas-Sirja u r-riperkussjonjiet fuq l-pajjiżi ġirien bħal-Lebanon u u l-Ġordan; il-Libja; tensjonjiet fil-Golf; l-immigrazzjoni u r-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi Għarab.
Commonwealth Secretariat (COMSEC)
24 ta’ Frar 2016 : Ipparteċipajt fil-Commonwealth Ministerial Action Group (CMAG) f’Malborough House.
28-30 ta’ Marzu 2016 : Attendejt kkommemorazzjoni tal-ħidma tas-Segretarju Generali preċedenti tal-Commonwealth, l-E.T Kamalesh Sharma, f’Marlborough House, u għamilt diskors f’King’s College dwar l-irwol ta’ Malta bħala Chair-in-Office tal-Commonwealth.
Emirati Għarab Maqgħuda
28 ta’ Mejju 2014: Iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda, l-Altezza Reali Tiegħu Sheikh Abdullah Bin Zayed Al Nahyan.
Franza
23 – 24 ta’ April 2013: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru d-Deputat Prim Ministru għal żjara uffiċjali fi Franza. Matul din iż-żjara id-delegazzjoni Maltija kellha taħdidiet mal-President tar-Repubblika Franċiża, François Hollande.
20 ta’ Frar 2015: Ipparteċipajt fil-laqgħa tal-‘Med 7’.
Il-Ġeorġja
25 ta’ April 2014: Kelli laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tal-Ġeorġja, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u mal-Ispeaker, inawgurajt ukoll Ċentru għat-Taħriġ tad-Diplomatiċi f’Tbilisi.
Il-Ġermanja
11 ta’ Marzu 2014: Akkumpanjat lill-E.T. il-President George Abela waqt żjara statali.
4 ta’ Frar 2015: Akkumpanjat lill-Prim Ministru waqt żjara uffiċċjali għal taħdidiet mal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel fil-Ġermanja.
Il-Ġordan
27 ta’ Ottubru 2014: Kelli laqgħat bilaterali mal-Prim Ministru u l-Ispeaker.
L-Iran
5-6 ta’ Marzu 2016: Għamilt żjara uffiċjali fl-Iran fejn iltqajt mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Mohammad Javad Zarif, mal-Ministru tat-Toroq u Żvilupp Urban, Abbas Ahmad Akhoundi, mal-Ministru tal-Industrija u Kummerċ, Mohammad Reza Nematzadeh, ma l-Ispeaker tal-Assembleja Konsultattiva Islamika (il-Parlament) Ali Larijani kif ukoll mal-Presdient tal-Kamra tal-Kummerċ Iranjana, Mansour Khansari fejn sħaqt il-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fuq livelli politiċi, ekonomiċi u kulturali.
L-Italja
15 ta’ Lulju 2013: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru għal taħdidiet mal-Prim Ministru Enrico Letta f’Ruma.
16 ta’ Ottubru 2014: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru fis-Summit bejn l-Ewropa u l-ASEM.
17 ta' Frar 2015: Kelli żjara f’Ruma għal laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan l-E.T. Paolo Gentiloni.
16 ta' Lulju 2015: Akkumpanjat lill-Prim Ministru meta attenda Jum Malta fl-EXPO ta' Milan.
13 ta’ Diċembru 2015: Ipparteċipajt f’konferenza f’Ruma dwar id-Djalogu Mediterranju li ttrattat it-theddid u l-isfidi reġjonali fosthom is-sigurtà fil-Mediterran, il-prevenzjoni tar-radikalizazzjoni, l-enerġija u l-istabbilità fil-Libja.
L-Iżrael
15-16 ta’ Ottubru 2013: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru fl-ewwel zjara f’Iżrael fejn fost oħrajn ġie ffirmat ftehim dwar koperazzjoni fil-qasam tas-saħħa għas snin 2013-18, u Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni tal-Manifattura f’Iżrael. Delegazzjoni kummerċjali kienet parti minn din id-delegazzjoni.
30 ta’ Ottubru 2014: Kelli laqgħat bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, mal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Knesset.
L-Iżvizzera
4 ta’ Novembru 2014: Għamilt żjara uffiċjali fl-Iżvizzera għal taħdidiet mal-President tal-Konfederazzjoni Żvizzera u Kap tad-Dipartiment Federali għall-Affarijiet Barranin, l-E.T. Didier Burkhalter. Tul iż-żjara ġie iffirmat Memorandum ta’ Qbil bejn il-Ministeri għall-Affarijiet Barranin rispettivi.
Il-Kosovo
1-3 ta’ Frar 2016: Kont mistieden nindirizza l-Konferenza tal-Germia Hil dwar is-Sigurtà fix-Xlokk tal-Ewropa. Fil-Kosovo iltqajt mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, l-E.T. Hashim Thaci, mal-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea, Bekim Collaku, mal-President tar-Repubblika, l-E.T. Atifete Jahjaga, mal-Prim Ministru, l-E.T. Isa Mustafa, kif ukoll mal-Kap tal-Missjoni EULEX, Gabriele Meucci. Matul din iż-żjara ffirmajt ftehim ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ Ministeri għall-Affarijiet Barranin mal-Ministru Thaci.
Il-Kuwajt
21 ta’ Jannar 2015: Kelli laqgħat bilaterali mal-Emir tal-Istat tal-Kuwajt, mal-Prim Ministru, mal-Ewwel Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, u mal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ. Inawgurajt wkoll il-Konsolat Malti fil-Belt tal-Kuwajt.
Il-Latvja
22 ta’ Mejju 2015: Ipparteċipajt fis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant (Eastern Partnership).
Il-Libja
23 ta’ Ġunju 2013: Akkumpanjat lill-Prim Ministru f’laqgħa mal-E.T. Ali Zeidan, il-Prim Ministru tal-Libja.
Il-Liechtenstein
3 ta’ Novembru 2014: Għamilt żjara uffiċċjali f’Liechtenstein għal taħdidiet mal-E.T. Aurelia Frick, Ministru għall-Affarijiet Barranin, Edukazzjoni u Kultura. Din kienet l-ewwel żjara ta’ din ix-xorta bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Litwanja
6-7 ta’ Settembru 2013: Ipparteċipajt fil-Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE. F’din il-laqgħa ġew diskussi t-tħejjijiet għad-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sigurtà u d-Difiża, is-Sħubija għal-Lvant (Eastern Partnership) u s-Sirja. Il-Ministri kellhom ukoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry.
Il-Lussemburgu
20 ta’ April 2015: Ħadt sehem f’laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin bi tħejjija għas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant (Eastern Partnership).
5-6 ta’ Novembru 2015: Ipparteċipajt fit-tnax-il-laqgħa Ministerjali bejn l-Ewropa u l-Asja, magħrufa bħala l-‘ASEM’ li saret fil-Lussemburgu. Kelli wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali, fosthom mal-Mongolja, il-Każakistan, il-Vjetnam, iċ-Ċina u Singapore. Id-diskussjoni ma’ dawn il-pajjiżi kienet ta’ natura bilaterali u dwar l-iżviluppi reġjonali u internazzjonali.
Il-Marokk
6 ta’ Ottubru 2015: Ipparteċipa fil-laqgħa Ministerjali tal-‘5+5’.
Il-Mawritanja
16 ta’ April 2013: Ipparteċipajt fl-Għaxar Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi membri tal-5+5 li ġiet organizzata mill-Mawritanja.
Il-Moldova
1 ta’ Settembru 2014: Kelli laqgħa bilaterali mad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, fejn ġie ffirmat Memorandum ta’ Qbil dwar il-Gvern Diġitali.
L-Olanda
5 ta’ Frar 2016: Ħadt sehem fil-laqgħa informali tal-Gymnich, fejn ġiet diskussa l-istrateġija globali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-politika barranija u s-sigurtà, kif ukoll l-Iran.
L-Oman
29 – 30 ta’ Mejju 2014: Għamilt żjara uffiċjali fl-Oman fejn iltqajt mas-Segretarju Ġenerali fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Oman, mad-Deputat Prim Ministru tal-Oman, il-Minsitru tad-Diwan tal-Qorti Rjali tal-Oman, il-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja tal-Oman u s-Sotto-Segretarju tal-Ministeru tal-Patrimonju Storiku u l-Kultura.
L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann
17 ta' Frar 2015: Waqt iż-żjara tiegħi f’Ruma kelli laqgħa mal-Gran Kanċillier tal-Ordni l-E.T. Albrecht Freiherr von Boeselager dwar il-preparamenti għaż-Żjara Statali mill-Gran Mastru f'April 2015.
OSCE
5-6 ta’ Dicembru 2013: Attendejt il-laqgħa annwali Ministerjali tal-Organizzazjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) f’ Kiev, l-Ukrajna. Waqt din il-laqgħa ġew addottati numru ta’ Deċiżjonijiet tal-OSCE. Kelli wkoll taħdidiet mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Moldova u Monaco dwar l-irwol ta’ Malta fit-tmexxija tal-Forum għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa. Malta mexxiet dan il-Forum permezz tar- Rappreżentant Permanenti fi Vjenna bejn Jannar u April tal-2014.
Il-Palestina
17 ta’ Ottubru 2013: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru fl-ewwel żjara fil-Palestina minn Prim Ministru Malti, fejn ipparteċipajt f’laqgħat bilaterali u ltqajt ukoll ma’ rappreżentanti tas-soċjeta civili. Waqt din iż-żjara, l-Prim Ministru ħabbar li Malta kienet ser tagħti s-somma ta’ €101,800 għal ghajnuna umanitarja u boroż ta’ studji. Delegazzjoni kummerċjali ifformat parti minn din id-delegazzjoni.
30 ta’ Ottubru 2014: Kelli laqgħat bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, mad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għall-Ekonomija, mal-Prim Ministru, u l-President Mahmoud Abbas.
Il-Portugall
22 ta’ Mejju 2014: Ipparteċipajt fil-laqgħa Ministerjali tal-‘5+5’ fejn ġiet diskussa, fost l-oħrajn, is-sitwazzjoni fil-Libja.
Il-Qatar
24 ta’ Mejju 2015: Ipparteċipajt fl-24 Laqgħa tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Golf Għarbi.
2 ta’ Ġunju 2014: Iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Altezza Reali Tiegħu Khalid Bin Mohamed Al Attiyah.
Ir-Rumanija
15-16 ta’ Marzu 2016: Fuq stedina uffiċjali tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Rumanija, għamilt żjara ġewwa r-Rumanija fejn iltqajt mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Lazãr Comãnescu, mas-Segretarju ta’ l-Istat għall-Affarijiet Ewropej, Christian Marius Badescu, kif ukoll mal-President tal-Kamra tad-Deputati Parlamentari, Valeriu Zgonea.
Is-Serbja
4 ta’ Diċembru 2015: Attendejt il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Fil-marġini tal-laqgħa, kelli laqgħat bilaterali mal-Ministri tal-Albanija, tal-Ażerbajġan, tat-Turkija, tal-Awstrija u tal-Montenegro.
Is-Slovakja
23 ta’ Jannar 2014: Akkumpanjajt l-E.T. George Abela waqt Żjara Statali fejn iltaqa’ mal-President President tas-Slovakja, l-E.T. Ivan Gašparoviè.
Slovenja
23-24 ta’ Frar 2015: Akkumpanjat lill-E.T. il-President Marie-Louise Coleiro Preca waqt Żjara statali, li matulha kien iffirmat Ftehim ta’ Koperazjoni bejn l-Akkademja Mediterranea għall-Istudji Diplomatiċi fi ħdan l-Università ta' Malta (MEDAC) u l-Akkademja Diplomatika fis-Slovenja.
Spanja
18 ta’ Ġunju 2013: Għamilt żjara uffiċċjali f'Madrid għal-diskussjonijiet fuq stedina tal-E.T. Jose Margallo, Ministru għall-Affarijiet Barranin Spanjol.
16 ta’ April, 2014: Ipparteċipajt fil-laqgħa Ministerjali tal-Med 7, li saret ġewwa Alicante, fejn ġew diskussi proġetti għall-iżvilupp tal-pajjiżi tan-naħa t’isfel; l-immigrazzjoni rregolari; l-Ukranja u l-Libja.
13 ta’ April 2015: Ipparteċipajt fil-laqgħa bejn il-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewropej u dawk tal-Viċinat tan-Nofsinhar, fejn ġie diskuss il-futur tal-Politika mal-Viċinat Ewropew. Kelli wkoll laqgħat bilaterali mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Palestina, it-Tuneżija u l-Eġittu.
26 ta’ Novembru 2015: Ipparteċipajt fil-laqgħa Ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran.
It-Tuneżija
8 ta’ Settembru 2014: Attendejt għall-Konferenza "Invest Tunisia - Start-up Democracy".
12 ta’ Mejju 2015: Kelli laqgħat bilaterali mal-President, mal-Prim Ministru, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-President tal-Parlament.
Ukrajna
4 ta’Settembru 2013: Akkumpanjajt lill-Prim Ministru waqt żjara fl-Ukrajna fejn ġie ffirmat Ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni tal-Evażjoni Fiskali mit-Taxxi tad-Dħul.
UNGA
Mit-23 sas-27 ta' Settembru 2013: Akkumpanjajt lill- Onor. Prim Ministru waqt iż-żjara annwali f’New York għall-ftuħ tat-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Matul l-Assemblea Ġenerali kelli diversi laqgħat bilaterali ma’ Ministri tal-Affarijiet Barranin.
Mis-16 sas-26 ta’ Settembru 2014: Akkumpanjajt lill-Onor. Prim Ministru waqt iż-żjara annwali f’New York għall-ftuħ tad-69 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Waqt l-Assemblea Ġenerali kelli laqgħat bilaterali ma’ Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ diversi pajjiżi.