Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Għawdex, maqsumin raħal raħal li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gżira, l-Imsida, San Gwann u Ta' Xbiex li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rġeistrati bħala pensjonanti ġewwa Birżebbuġia, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, Ħal Safi u ż-Żurrieq li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99 Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żebbuġ (Malta), is-Siġġiewi, Attard, Ħad-Dingli u l-Qrendi li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun u tal-Pieta li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi u l-Madliena li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonantii ġewwa l-Għargħur, l-Iklin, il-Mosta u n-Naxxar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gudja, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Imdina, il-Mellieħa, il-Manikata, l-Imġarr, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Impjiegi — Ħaddiema fulltime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq bażi fulltime li huma reġistrati bħala fuq kuntratt definit? F'liema oqsma jinstabu? Meta persuna titqiegħed fuq kuntratt definit u dan jiġi awtomatikament imġedded sena wara l-oħra, mingħajr ma jsir kuntratt ġdid jew xi forma ta' ittra, il-kuntratt oriġinali jista' qatt isir wieħed indefinit meta jgħaddi ċertu żmien? Japprezza l-Ministru li hawn min ilu ħamsa u anke għaxar snin fuq kuntratt definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li preżentement il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija tiegħu. Iżda, meta fil-futur qarib il-Korporazzjoni taqleb għal sistema ġdida ta' komputeriżżazzjoni, l-informazzjoni mitluba tkun tista' tinġabar ukoll. Rigward il-punti l-oħra li qajjem l-Onor. Membru, rrid ngħid li fil-preżent kuntratt definit jista' jiġġedded minn sena għall-oħra permezz ta' klawsola fil-kuntratt oriġinali miftiehem bejn l-impjegat u min iħaddem. Sakemm il-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu skond il-liġi, m'hemm xejn xi jżomm li jkun hemm kuntratti definiti li jtawwlu għal bosta snin. 16.3.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi kumpanniji/organizzazzjonijiet li jħaddmu nies part-time li ma jaqgħux taħt l-ebda wages order u b'hekk ikunu huma li jistabilixxu kemm ġranet ta' btala, sick leave, eċċ. jingħata lill-ħaddiem? Huwa possibbli li din il-ħaġa tiġi rranġata b'mod li kull min hu part-time ikollu benefiċċji bħal dawn stabiliti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ħaddiema "part-time" huma ntitolati għal porzjon "pro rata" għal "leave" skond il-kundizzjonijiet magħrufa ta' l-impieg ta' l-impjegati "whole-time". Ditti ta' "Cleaning Services, Security Services" u "Broadcasting Stations" ma jaqgħux taħt "Wages Councils" u għalhekk m'humiex koperti b'benefiċċji oħrajn minbarra paga minima, u "leave" b'vaganza. Ma jfissirx li kull min hu mpjegat ma' dawn id-ditti ma jgawdix kundizzjonijiet tajba. Kundizzjonijiet miftehma taħt "Collective Agreement" ma' ditti ta' dawn it-tip huma tajbin. Qiegħed inżomm konsultazzjjonijiet, permezz ta' l-uffiċjali tiegħi, ma' l-imseħbin kollha, sabiex fejn hu possibbli jitjiebu r-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema u min iħaddem, speċjalment fejn jidħlu il-kundizzjonijiet tax-xogħol. 16.3.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix politika nazzjonali biex sidien ta' fabbriki, kumpanniji, eċċ, iħarsu b'mod pożittiv lejn l-impjegati tagħhom li jkollhom problemi ta' droga u alkoħol? Peress li huwa kemm fl-interess tas-sid kif ukoll tal-ħaddiem li jabbuża li jsir il-fejqan meħtieġ u li dan il-ħaddiem ma jingħatax xogħol perikoluż, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li bl-għajnuna ta' kulħadd issir xi ħaġa fuq dawn il-linji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naqbel perfettament li dan l-aspett partikolari tal-ġlieda kontra l-abbuż mill-alkoħol u d-droga jistħoqqlu ħafna aktar attenzjoni. Fil-fatt, jien infurmat li minn riċerka li kienet wettqet l-Aġenzija Sedqa fost għadd ta' kumpaniji f'setturi ndustrijali differenti ftit ta' snin ilu, jidher li din il-problema għadha mhux qed tingħata l-importanza meħtieġa. Nittama li meta l-qafas ko-ordinattiv nazzjonali dwar l-abbuż mill-akoħol u d-droga jiġi ċċarat, din il-problema tiġi ndirizzata. Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 4277. 16.3.99

Pensjonijiet

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li tinbidel il-liġi tas-sigurta' soċjali biex tagħti assigurazzjoni lil nisa pensjonanti u li m'humiex qed jiġu mantnuti diċentement minn żwieġhom pensjonanti li meta jitolbu li l-pensjoni għandha tinqasam bejn it-tnejn, dawn tingħata lilhom bi dritt? Jekk fl-affermattiv, meta se jiġri dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt l-Iskema Mhux Kontributorja, fil-każ ta' Pensjoni ta' l-Eta', il-liġi tipprovdi li koppja miżżewġa titħallas b'rata individwali lil kull wieħed mill-konjugi. B'hekk, pensjonanta mara qed titħallas rata ta' pensjoni f'isimha personali mingħajr il-ħtieġa li r-rata ta' pensjoni tinqasam. Dan jista' jsir għaliex taħt l-Iskema Mhux Kontributorja ma hemm l-ebda fattur ta' assikurazzjoni f'każ ta' xi kontinġenza marbut mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet. Taħt l-Iskema Kontributorja li hi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, il-persuna assigurata taħt l-Iskema hi dik il-persuna li tkun qed tħallas il-kontribuzzjoni. Dan ifisser li l-persuna assigurata hi koperta għal diversi kontinġenzi, bħalma hu mard, qagħad, korriment, invalidita' u rtirar. B'hekk l-assikurazzjoni fil-prinċipju qed tkopri l-persuna assigurata u mhux lil martu. B'danakollu, f'każ tar-romol, għalkemm dawn mhumiex assigurati f'isimhom, il-liġi tipprovdi li jekk żewġhom kien assigurat, dawn jidħlu bid-dritt għal pensjoni tar-Romol. Fiċ-ċirkostanzi li qed nispjega, filwaqt li nifhem l-ispirtu li hemm fis-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant, jidher ċar li jkun jinħtieġ studju dwar x'effett jista' jkollu fuq il prinċipju ta' assikurazzjoni f'każ li tiġi fis-seħħ emenda kif mitluba. Effettivament, f'ħafna pajjiżi li għandhom skemi kontributorji bħal tagħna qed isir studju dwar l-effett li ċaqlieq fil-prinċipji bażiċi ta' assikurazzjoni, minn wieħed ta' dritt personali għal dritt li jintiret minn dipendenti, jista' jkollu. Dan qed isir fid-dawl ta' l-emanċipazzjoni tal-mara b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tagħha fid-dinja tax-xogħol. 16.3.99

SVPR — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija d-daily allowance globali allokata għall-overtime għall-ħaddiema kollha ta' San Vinċenz de Paule/Ħas-Serħ? Kemm hi fil-preżent u kemm kienet qabel il-5 ta' Settembru, 1998? Kemm kienu jitħallew kokijiet bl-overtime fil-kċina ta' Ħas-Serħ qabel il-5 ta' Settembru 1998, u kemm qed jitħallew issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-allowances globali ta' l-overtime allokata għall-ħaddiema kollha tar-Residenza San Vinċenz de Paule għall-1999 hija l-istess kif kienet fl-1998 iġifieri ta' madwar Lm400,000 fis-sena. Fil-kċina, jiddaħħlu koki għall-overtime skond il-bżonn tal-ġurnata, ħafna drabi sabiex jissostitwixxi min ikun bil-leave jew sick. 16.3.99

Djar — Bormla - Triq l-Oratorju

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection f'numru 78, Triq l-Oratorju, Bormla peress li din id-dar tinsab abbandunata, li minbarra li qed tkun ta' periklu għan-nies ta' l-akwati hemm ukoll ilmenti dwar ġrieden li jistgħu qed jiġu minn din id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat mhux f'idejn id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 16.3.99

Assistenza soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm neqsin u għal liema żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħtat fid-domanda numru W20. 16.3.99

Assistena soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid ta' liema perjodu? Jista' l-Ministru jinforma lil persuna konċernata x'pensjoni se jkollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħtat fid-domanda numru W21. 16.3.99

Impjiegi — Persuni gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni tas-sess feminili llum li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu? Kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni gradwati f'kull kategorija ta' xogħol f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx statistika relatata ma' persuni li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu. 16.3.99