Jafx il-Ministru li l-ambjent u l-bini in ġenerali taċ-ċittadella ta' Sant Iermu, il-Belt jinsabu fi stat dilapidat ħafna? Jafx il-Ministru li hemm numru ta' squatters jokkupaw dan il-bini storiku u anki saħansitra jrabbi l-annimali hemm? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex jirrimedja dan l-istat prekarju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Huwa għajb għalina l-Maltin bħala Nazzjon, li niftaħru ħafna bis-siti storiċi li għandna u bil-wirt kulturali li ħallewna ta’ qabilna, mbagħad naraw fortizza hekk importanti bħal ma hija dik ta’ Sant’Iermu li ma tiġix użata kif suppost.
Bħ
alma ma jaf l-Onor. Interpellant Sant’Iermu huwa maqsum f’ż
ewġ
partijiet – dik li tissejjaħ
Upper St. Elmo
u dik li tissejjaħ
Lower St. Elmo.
Il-parti ta’ fuq għ
andha uż
u bħ
ala l-Akkademja tal-Pulizija u allura hemm organizzazzjoni li qiegħ
da tieħ
u ħ
sieb il-manutensjoni tagħ
ha filwat li dik ta’ isfel (
Lower St. Elmo)
ma hemm l-ebda uż
u speċ
ifiku tagħ
ha ħ
lief dik li hu magħ
ruf li tintuż
a biex jinbnew karrijiet tal-karnival. Barra minn hekk nafu, ukoll kif aċ
ċ
enna l-istess Onor. Inerpellant, li hemm numru ta’
squatters
li qed jokkupaw dan il-bini.
Diġ
a kellna diskussjonijiet ma’ Ministeri oħ
ra u Dipartimenti tal-Gvern biex naraw x’azzjoni immeddjata tista’ tittieħ
ed kif ukoll biex naraw x’uż
u jista’ jsir mill-post.
Nispera li xi forma ta’ azzjoni tkun tista’ tittieħ
ed fil-futur qarib.
Wieħ
ed japprezza l-intervent ta’ l-Onor. Interpellant favur li tittieħ
ed azzjoni u nispera li meta tittieħ
ed dinl-azzjoni ikun hemm konsensus minn kulħ
add u jingħ
ata l-appoġ
ġ
meħ
tieġ
biex dawn l-affarijiet ma jibqgħ
ux isiru.
Wara l-persistenza ta' atti vandali li qed isiru fuq is-siti storiċi tagħna u anki fuq il-mużewijiet tagħna, x'miżuri ta' sigurta' ulterjuri ħa l-Ministru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Heritage Malta hija mpenjata li ttejjeb b’mod professjonali u strateġiku is-sigurta` fis-siti u mużewijiet li hija responsabbli għalihom.
Numru ta’ miżuri ġew introdotti fuq is-siti arkejoloġici u l-mużewijiet. Dawn il-miżuri jinkludu t-tisħieħ ta’ boundary walls u fences kif ukoll l-introduzzjoni ta’ gwardjani. Meta kien hemm bżonn, Heritage Malta utilizzat is-servizzi tal-pulizija u l-armata biex jissorveljaw xi siti.
Ġiet installata substation u generator ħdejn it-tempji tal-Imnajdra u Haġar Qim biex ikunu jistgħu jiddawwlu dawn is-siti. Heritage Malta introduciet sistema ta’ gwardjani gwardjani f’siti oħrajn bħal ta’ Skorba, Borġ in-Nadur, Għajn Tuffieħa, Tas-Silġ u Ta’ Ħaġrat filwaqt li l-mużewijiet qegħdin jagħmlu użu minn servizzi ta’ sigurta` provduti minn kumpaniji privati.
Wara l-atti vandali li saru dan l-aħħar fuq l-arkivji tal-War Museums Association, Heritage Malta offriet l-għajnuna tagħha u bdew diskussjonijiet bejn iż-żewġ entitajiet biex jinstab mezz kif tista’ tissaħħaħ is-sistema ta’ sigurta` fil-Mużew tal-Gwerra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna, kemm finanzjarja kif ukoll ta' xorta oħra, ġiet mogħtija sabiex ġie organizzat il-kunċert ta' Elton John fuq il-Fosos tal-Furjana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1122 fis-seduta Parlamentari numru 24.
B'referenza għall-mistoqsija numru 732, jista' l-Ministru jgħid il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tagħmilx parti mis-segretarjat privat? Jekk le, jista' jgħid xi rwol għandha din il-persuna fi ħdan il-Ministeru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed taqdi d-dmirijietha ta' Assistent Segretarju Privat tiegħi. Isimha ma kienx inkluż fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 732 minħabba li l-kariga tagħha għadha m'hijiex konfermata mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-Ministeru tiegħek biex għaqdiet sportivi jkunu jistgħu jikkumbattu t-teħid tad-droga fl-isport? Liema sport qed jiġi mgħejjun u kif?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jalloka fondi biex jgħin lil assoċjazzjonijiet li jkunu jridu jagħmlu testijiet ta' l-anti-doping barra 'l-pajjiż.
Matul is-sena li għaddiet saru talbiet għal għajnuna finanzjarja mill-Malta Amateur Bodybuilders Association, mill-Malta Football Association u mill-Kummissjoni Regatta.
L-għajnuna finanzjarja mill-Ministeru lil dawn l-għaqdiet matul l-2002 kienet ta' Lm 500, Lm4,000 u Lm 400 rispettivament.
Ċentru għall-Kreattivita' — Bord tad-diretturi - membri
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi taċ-Ċentru għall-Kreattivita'? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l--membri tal-Bord tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita' huma kif ġej :
Is-Sur Michael Fenech Chairperson
Id-Dott. Petra Bianchi Membru
Is-Sn. Ann Monsarrat Membru
Id-Dott. Joseph Chetcuti Membru
Is-Sn. Isabelle Gatt Membru
Is-Sur Trevor Zahra Membru
Is-Sur Carmel Bonello Membru
Is-Sur Charles Xuereb Segretarju tal-Bord
M'għandhomx l-ebda onorarja jew benefiċċji.
Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi — Bord tat-tmexxija - membri
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tat-tmexxija taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi huwa kif kompost kif ġej :
Dr. Peter Fenech Chairman
Maj. Alfred Cassar Reynaud Viċi Chairman
Is-Sur Eugenio Privitelli Membru / Segretarju
Dr. Konrad Thake Membru
Dr. Joseph Farrugia Membru
Il-ħlas tal-membri tal-Bord huwa kif ġej :
Chairman Lm 4,500 fis-sena
Segretarju tal-Bord Lm 3,000 fis-sena
Membru Lm 1, 200 fis-sena
Infurmat ukoll li ċ-Chairman għandu mħallas l-ispejjeż tas-servizz ta' telefon ċellulari.
Ċentru Malti għar-Restawr — Bord tad-diretturi - membri
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord tad-diretturi tal-Malta Centre for Restoration Board of Governors? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-membri fuq il-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru Malti għar-Restawr huwa kif jidher hawn taħt :
Dr. Joseph A. Cannataci Chairman
Profs. Alex Torpiano BE & A,MSc,PhD,Dic (EUR Ing C. Eng. Perit) Gvernatur
Kav. Charles Sciberras O.S.J. Dip. Trib.Eccl.Melit.,DEA,MIM Gvernatur
Perit Norbert Gatt Gvernatur
Is-Sur Joseph Schiro' Membru
Is-Sur Louis Borg Membru
Id-Dott. Martina Caruana Membru
Ninsab infurmat ukoll li l-onorarja tal-membri tal-Bord tad-Diretturi għadhom ma ġewx iffissati minħabba l-fatt li l-klassifikazzjoni ta' l-aġenzija mhix mitmuma.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tad-diretturi tal-Heritage Malta? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Bord tad-diretturi tal-Heritage Malta huwa kompost kif ġej :
Dr. Mario Tabone Chairman
Is-Sn. Simone Mizzi Viċi Chairman
Rev. Mons. Gwann Azzopardi Membru
Is-Sur Ray Bondin Membru
Is-Sur Mario Farrugia Membru
Is-Sur Joseph Schiro' Membru
Is-Sn. Katya Stroud Membru
Is-Sur Godwin Vella Membru
Is-Sur Leslie Vella Membru
Il-ħlas tal-membri tal-Bord huwa kif ġej :
Chairman Lm 7,200 fis-sena
Viċi Chairman Lm 2,800 fis-sena
Membri Lm 1,000 fis-sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha l-pittura li kien hemm taħt il-Mina ta' Sta. Liena f'Bormla? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' titpoġġa fil-post oriġinali tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-pittura li qiegħed jirreferi għaliha ġiet meħuda l-Mużew Marittimu meta kien qed isir xogħol ta' restawr mill-Cottonera Rehabilition Project fil-post imsemmi. Ta' min isemmi li l-kwadru kien suġġett għal xi atti vandali meta kien espost fil-min ta' Sana Liena. Din għadha qed tinżamm fil-post imsemmi.
Għaddejjin diskussjonijiet dwar fejn għandha tinżamm din il-pittura biex tkun imħarsa u protetta bl-aħjar mod possibli skond il-kriterji xjentifiċi mitluba f'każijiet bħal dawn.
Jista' il-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Bord ta' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali? Kollha jirċievu ħlas? Jekk iva, kemm hu l-ħlas li jirċievu? Jieħdu xi allowances oħra? Jekk iva, x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali huwa ffurmat minn dawn il-persuni :
Is-Sur Maurice Gruppetta Chairman Eżekuttiv
Is-Sur Joe Cassar Segretarju
Is-Sur Franco Azzopardi Membru
Is-Sur Peter Bonello Membru
Is-Sur Robert Ebejer Membru
Il-ħlas li jirċievu dawn il-membri huwa kif ġej :
Chairman Lm 9,000 fis-sena
Segretarju Lm 3,000 fis-sena
Membru Lm 1,000 fis-sena
Iċ-Chairman huwa wkoll intitolat għal persentaġġ ta' l-operational surplus li tista' tagħmel il-Pixxina matul is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mpjegati mal-Pixxina Nazzjonali? Meta daħal kull wieħed minnhom? Hemm impjegati tal-gvern li huma seconded mal-pixxina? Jekk iva, min huma u x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija Numru 1072.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq fuel fil-Pixxina Nazzjonali fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm tħallsu s-issa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li n-nefqa fuq fuel għall-Pixxina Nazzjonali fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien kif ġej :
Jannar Lm 7,812
Frar Lm 11,636
Marzu Lm 7,254
April Lm 6,409
Mejju Lm 2,366
Ġunju Xejn
Total Lm 35,477
Minn din is-somma s'issa tħallsu Lm 27,432.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet mill-Pixxina Nazzjonlai fl-ewwel sitt shur ta' din is-sena? X'kienu l-oġġetti prinċipali li nsterqu? Jista' jgħid ukoll minn fejn sar dan is-serq, jekk hux mid-deck/dressing rooms? Kien hemm serqiet minn xi uffiċini? Kien hemm każi fejn iddaħħlu l-Pulizija? Jista' jgħid ukol x'passi ttieħdu sabiex, kemm jista' jkun, dawn l-affarijiet jiġu evitati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher hawn taħt :
1. Fil-25 ta' Frar kien irrapurtat sgass f'wieħed mill-uffiċini. Ma kien instab xejn
nieqes u l-persuna konċernata qatgħetha li ma tagħmilx rapport lill-pulizija.
2. Basket u telefon ċellulari kienu rrapurtati nieqsa minn fuq id-deck fit-2 ta'
Mejju u l-każ kien rappurtat lill-pulizija li ħadet il-każ f'idejha.3. Rapport ta' basket żgħir nieqes minn fuq id-deck kien rappurtat fis-26 ta' Ġunju.
Skond ir-rapport, il-basket kien fih telefon ċellulari u arloġġ ta' l-idejn.
Il-basket instab ftit wara iżda t-telefon ċellulari baqa' nieqes. Sar rapport
lill-pulizija li qed tinvestiga l-każ.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumitat tal-garanziji? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċċji oħra u jekk fl-affermattiv, jgħid x'inhuma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumitat ta' garanzija huwa kif kostitwit kif ġej :
E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici
Dr. Anthony Pace
Dr. Mario Tabone
Dr Anthony Cannataci
Is-Sn.. Rosette Fenech
Is-Sur Godwin Cassar
Is-Sur Andrew Calleja
Rev. Mons. Vincenz Borg
Mark. Nicholas De Piro
Is-Sur Martin Scicluna
Is-Sur Joseph F.X. Zahra
Is-Sur Joseph Attard Tabone
M'hemmx onorarja u benefiċċji għall-fatt li tkun membru fil-Kumitat ta' Garanzija.
Jista' il-Ministru jagħti lista tal-faċilitajiet sportivi li huma pubbliċi fil-lokalita' ta' Marsascala? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern biex jara li din il-lokalita' ikollha faċilitajiet sportivi pubbliċi li tant huma meħtieġa għar-rikreazzjoni u l-użu tar-residenti ta' l-istess lokalita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li ġewwa Marsascala jeżistu pixxina (dik li darba kienet il-pixxina nazzjonali), club house mal-pitch tal-waterpolo li hemm fil-baħar u klabb tal-boċċi mgħammra bi club house. Teżisti wkoll shooting range biswit ir-Razzett tal-Ħbiberija. Infurmat ukoll li fl-iskola primarja tal-lokal hemm pitch tal-football.
Ir-responsabbilta' ta' l-iżvilupp ta' faċilitajiet sportivi mhux tal-Ministru responsabbli mill-isports biss. Kunsilli Lokali f'ħafna lokalitajiet qegħdin jinvestu direttament jew bi sħab f'faċilitajiet sportivi.
Il-kunċett ta' kumplessi reġjonali qiegħed ikun attwat għax mhux possibbli u lanqas ekonomikament vijabbli li jkun hemm ċerti faċilitajiet f'kull raħal jew belt.
Meta jkun hemm proposti serji ġejjin minn għaqdiet jew kunsilli lokali, l-Kunsill Malti għall-Isport jidħol għal parti mill-ispiża ta' żvilupp jew titjib.
Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi qed jieħu l-kunsill Malti għall-isport fil-kontest ta' sports for all u fejn qed isiru dawn l-istess inizjattivi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li s-sena li għaddiet saru numru konsiderevoli ta' laqgħat mal-Kunsilli Lokali li wrew interess fl-iskema ta' Sport għal Kulħadd. Fost dawn, seba' w għoxrin kunsill (27) lokali mlew il-kwestjonarju li ntbagħat wara l-laqgħat. Dan in-numru jirrapreżenta aktar minn ħamsa u sebgħin (75) fil-mija ta' dawk li ntbagħtilhom il-kwestjonarju. Dawn il-lokaltijiet kienu : Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Dingli, Fgura, Għargħur, Gudja, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Kirkop, Marsa, Marsaxlokk, Mġarr, Mosta, Mtarfa, Pembroke, Pieta', San Ġwann, Santa Luċija, Tarxien, Ta' Xbiex, Valletta, Żabbar, Żejtun, Żurrieq.
Dawn il-laqgħat kienu riżultat ta' inizjattiva li ħa l-Kunsill Malti għall-Isport meta ħatar uffiċjal fit-taqsima ta' Sport Development. Din it-taqsima ħolqot programm permess ta' tlettax (13) il-Sport Leader, li għandhom kwalifiki għolja f'diversi dixxiplini, biex jagħtu appoġġ sħiħ lill-Kunsill Lokali biex jimtela' l-vojt ta' nuqqas ta' sport fil-lokalitajiet.
Kull Sport Leader ingħata responsabbilta' a' żewġ jew tlett kunsilli lokali bl-inkarigu li jħejju programm sħiħ ta' attivitajiet sportivi f'kull lokal. Fost id-dixxiplini sportivi li se jkunu organizzati hemm l-aerobics, fitness, ċikliżmu, għawm, mixjiet fil-kampanja, basketball, handball, volleyball, u netball. Se jkunu organizzati wkoll taħdidiet fuq temi sportivi bħal nutrition, sport injuries eċċ.
Fost l-attivitajiet li diġa kienu programmati mall-Kunsilli Lokali u li diġa saru, kien hemm il-Beach Volley Tournament li sar fil-Ġnejna nhar il-Ħadd, 7 ta' Ġunju mal-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr. Festa Sportiva nhar is-Sibt, 15 ta' Ġunju flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt. Hemm ukoll programmat Beach Sports Festival għall-1 ta' Settembru organizzat flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġia.
Attivitajiet oħra għal matul ix-xhur tal-ħarifa u x-xitwa huma programmati ma' Kunsilli Lokali oħra.
Ingħata bidu, wkoll, għal programm pilota ma' l-Universita' ta' Malta għal Sport għal Kulħadd fuq il-post tax-xogħol.