Jista' il-Ministru jgħid kemm-il difna saret ta' persuni mhux ta' nazzjonalita' Maltija fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li 'records' tad-dfin ta' persuni mhux ta' nazzjonalita' Maltija fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata jinżammu flimkien mar-records ta' dawk Maltin. Għaldaqstant l-informazzjoni rikjesta ma tistax tingħata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qegħdin jingħataw flus f'sussidju għal djar ta' l-anzjani tal-privat dar dar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta' flus li ħallas id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena huwa kif ġej:
Care Malta Ltd.
Lm195,750.22 (Jannar-Settembru 2004)
Casa Serena
Lm 80,535.00 (Jannar-Awissu 2004)
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal ħteġijiet marbuta ma' inkontinenza mill-1 ta' Lulju, 2004 sal-lum u minn liema lokalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk qiegħed jirreferi għal ħrieqi biss it-talbiet pendenti għal ħtiġijiet marbuta' ma inkontinenza hemm:
Lokalita'
Kwantita'
Attard
1
Floriana
1
Isla
1
Għargħur
1
Qrendi
1
Sliema
1
Żurrieq
1
Dawn it-talbiet da]lu matul ix-xahar ta' Settembru u Ottubru.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fir-residenza San Vinċenz de Paule li talbu li ssirilhom maintenance tas-sala u x'kienet ir-risposta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni fis-swali ssir b'mod regolari kull fejn u meta jkun hemm bżonn u ssir skond il-kundizzjoni ta' l-istess swali. Tingħata priorita lil dawk is-swali li jkunu l-aktar fi bżonn ta' xogħol simili.
Tingħata wkoll kunsiderazzjoni jekk f'xi sala partikolari jkunx hemm ippjanat xi xogħol ieħor fil-futur qrib.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu nies fl-istpar San Luqa u l-isptarijiet governattivi u privati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Jista' jindika liema kien l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nies li mietu fl-Isptar San Luqa u l-isptarijiet governattivi u privati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, u l-ewwel tmien xhur ta' 2004 f'residenti ta' Malta u ghawdex hija kif ġej:
Numru ta' Mwiet Matul is-Snin:
Sptar
2000
2001
2002
2003
2004 (Jan - Aug)
St. Luke's
1450
1493
1602
1647
1086
Gozo General
191
182
153
198
134
Boffa
117
116
121
120
89
Zammit Clapp
68
72
70
85
43
Mount Carmel
21
21
16
24
13
St. James (+ Capua)
29
30
36
35
19
St. Philips
11
2
4
4
1
Mwiet fl-Isptarijiet
1887
1916
2002
2113
1385
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati mwiet fl-isptar Karen Grech ta' tfal taħt is-16-il sena fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' tfal taħt is-16 il sena li mietu fl-Isptar San Luqa fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u l-ewwel tmien xhur ta' 2004 f'residenti ta' Malta u Għawdex hija kif ġej:
Sena
Numru ta' Tfal (0-15 yrs) li mietu San Luqa
2000
35
2001
22
2002
32
2003
27
2004 (Jan-Aug)
23
Total
139
Dipartiment tas-Saħħa — Persuni li mietu bil-kanċer
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni bil-marda tal-kanċer mill-1 ta' Lulju, 2004 sal-lum u kemm kellhom eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm 123 persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul Lulju u Awwissu tas-sena 2004, f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif ġej:
Etajiet
Numru ta' Mwiet
0-14
0
15-24
0
25-34
1
35-44
2
45-54
11
55-64
24
65-74
40
75-84
37
85+
8
Total
123
Jista' il-Ministru jgħid għaliex mhumiex jingħataw hearing aids mill-isptar lit-tfal neqsin mis-smiegħ, bil-konsegwenza li hemm tfal li ilhom madwar sena mingħajr hearing aid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-hearing aids issa qegħdin l-isptar San Luqa u diġa' bdew jingħataw lill-pazjenti konċernati.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-ħlas tas-sahra lill-ħaddiema tal-General Service, Health Assistants u Assistant Care Workers mhux isir skond il-grad tagħhom fir-residenza San Vinċenz de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-allegazzjoni tal-Onor. Interpellant hija skorretta għax il-ħaddiema li jagħmlu l-overtime fil-post tax-xogħol fejn jaħdmu, jitħallsu skond il-grad tagħhom.
Dipartiment tas-saħħa — Dħul ta' drenaġġ f'residenza privata
Question
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlu l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minħabba l-ilment tagħhom li hemm drenaġġ dieħel fil-bir tar-residenza tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-ilment kien ġie rrapurtat fl-uffiċċju tas-Saħħa Pubblika fit-13 t'Awissu 2004.
Wara li kienu saru l-investigazzjonijiet neċessarji, nstab li kien hemm sadd fid-drenaġġ tal-Gvern f'Point Street Senglea. Dan is-sadd kien tneħħa fil-pront. Il-bir komuni kien tbattal sat-23 t'Awissu u l-problema kienet waqfet kif ikkonfermaw l-inkwilini.
Mill-investigazzjoni li saret riċenti, jidher li l-infiltrazzjoni reġgħet feġġet bil-mod fil-bir. Dwar dan l-inkwilini kellmu lil perit tagħhom imma ma kienux irraportaw lis-Sanita'.
Għaldaqstant, uffiċjali ta' dan id-Dipartiment reġgħu bdew l-investigazzjonijiet billi l-Ġimgħa, l-ewwel ta' Ottubru 2004 reġa' gie spezzjonat id-drenaġġ tal-Gvern għal xi sadd, u nstab li ma kienx hemm sadd. Fl-4 t'Ottubru, 2004 ġie ttestjat bil-kulur id-drenaġġ komuni ta' l-inkwilini, biex ġie eliminat xi ħsara mid-drenaġġ tagħhom għal ġol-bir.
Testijiet bil-kulur saru fuq id-drenaġġ tal-Gvern nhar is-6 t'Ottubru 2004, iżda rriżultaw fin-negattiv, jiġifieri l-kulur ma ħariġx fil-bir ta' l-inkwilini. Ittieħed ukoll kampjun ta' l-ilma tal-bir għall-analiżi.
Fit-18 ta' Ottubru se jsiru testijiet aktar intiżi fuq is-sistema komuni tad-drenaġġ ta' xi ġirien fil-qrib, wara li testijiet preliminari indikaw li jista jkun hemm xi ħsara f'din is-sistema.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji llum? Kemm hawn applikazzjonijiet pendenti? Il-gvern beħsiebu jilliberalizza dan is-settur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hawn 214 spiżeriji liċenzjati f'Malta u Għawdex, li 8 minnhom huma spiżeriji veterinarji.
Jeżistu sa' llum 337 l-applikazzjoni għal spiżeriji ġodda.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija ninforma li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet sabiex jinħarġu r-regolamenti għall-liċenzjar ta' l-ispiżeriji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7637, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew mitmuma kuntratti ta' impjiegi fl-istess dipartiment f'dawn l-aħħar sitt xhur u każ b'każ x'kienet ir-raġuni li waslet għal dan?
Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li kien hemm Senior Registrar (1) wieħed ta' nazzjonalita' barranija li ma laħaqx il-livell ta' performance mistennija minnu u li għalhekk ma kellux il-kuntatt ta' mpjieg mġedded meta skada.