Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19408 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri: 18686, 18687, 18688 fis-seduta 373 tas-27 ta` Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19527 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phones — Antenna

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-effetti mediċi kawżati mill-antenna tat-trasmissjoni tal-mobile phone network li ġie kummissjonat mid-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva
Leg 9 PQ #19528 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Garaxx ta' l-Ambulanzi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet u x'passi ttieħdu ħalli l-overtime li sploda fil-garaxx ta' l-ambulanzi, jiġi kkontrollat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda splużjoni fl-ammont ta' l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi. Hija ħaġa normali li fix-xhur tas-sajf l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi jiżdied imħabba diversi fatturi: 1) Żieda fil-bżonnijiet tad-dipartimenti u ta' sections oħra. 2) Żieda fix-xogħol imħabba fit-turisti. 3) Numru ta' ħaddiema jieħdu il-leave tagħhom. Id-dipartiment jagħmel kull sforz biex jiżgura li l-overtime maħdum ikun ġustifikat. Kull kas ta' sick leave jiġi investigat kuljum.
Leg 9 PQ #19529 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19529 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Awissu, 2000 min huma l-impjegati, l-ID Card u l-grad tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa li f'xi xahar qalgħu aktar minn Lm100 overtime? F'kull każ kemm kien il-valur f'termini ta' flus ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19531 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Malta Islamic Welfare Fund — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Malta Islamic Welfare Fund biex jibnu ċimiterju f'Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fejn għandha x'taqsam id-Diviżjoni tas-Saħħa infurmat li l-applikazzjoni dwar sit għal bżonn tal-komunita` Islamika bħala Ċimiterju, ġiet ikkunsidrata mill-"General Services Board", fejn ġie deċiż li ma hemm l-ebda oġġezzjoni għal din l-applikazzjoni fir-rigward ta` Saħħa Pubblika.
Leg 9 PQ #19532 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm separatament daħlu pazjenti fl-Isptar Zammit Clapp fl-1999 u fl-2000 (sal-31 ta' Awissu 2000)? Kemm minnhom daħlu direttament mill-komunita' jew istituzzjonijiet oħra fl-istess żmien? Fl-istess żewġ perjodi kemm ġew rifjutati pazjenti, li kienu fl-Isptar San Luqa, milli jmorru fl-Isptar Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fl-Isptar Zammit Clapp- fl-1999 daħlu 1030 fl-2000 (sal-31 t'Awissu ) daħlu 666
Leg 9 PQ #19534 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu mal-gvern illum? X'inhu l-grad tagħhom, kemm minnhom huma nisa u kemm hemm irġiel? Kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern bħalissa? X'inhu l-grad tagħhom, kemm minnhom huma nisa u kemm hemm irġiel? Kemm hemm tobba barranin jaħdmu mal-gvern bħalissa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' tobba jaħdmu mal-Gvern illum huma ħames mija u sitta u tmenin (586).
Leg 9 PQ #19535 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar St. James — MRI scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru MRI scans fl-Isptar St. James sena, sena fl-1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18847 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Customer care

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex rapport li sar dwar nuqqas fl-10 jew fil-11 ta' Mejju 2000 minn persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-customer care ta' l-Isptar San Luqa lill-impjegata, li isimha wkoll qiegħed jintbagħat separtament, ma kien hemm l-ebda risposta dwaru lil persuna li għamlet ir-rapport? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kull darba li reġa' sar kuntatt bit-telephone mal-customer care l-impjegata msemmija qatt ma tat sodisfazzjon u saħansitra aġġixxiet b'mod arroganti u rresponsabbli? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar l-imsemmija rapporti li saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-Sinjura msemmija mill-Onor. Interpellant għamlet l-ilment tagħha bit-telefon fis-6 ta' Mejju 2000. Hi allegat li r-raġel tagħħa li kien pazjent fis-sala M8 ġie traskurat u din kienet ir-raġuni għall-mewt tiegħu. Minn investigazzjonijiet li saru min-naħa ta' l-isptar, din l-allegazzjoni ma kenitx ġiet issostanzjata. Ma jirriżultax li kien hemm xi arronganza min-naħa ta' l-impjegata. Anzi, l-impjegata li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kemm il-darba ppruvat iċċempel lill-persuna msemmija fuq in-numru tat-telefon li tata l-istess persuna iżda qatt ħadd ma wieġeb it-telefon. Riċentement il-persuna msemmija ċemplet lill-Customer Care fejn ġie spjegat lilha x'kien sar mill-ilment taghħa iżda minkejja dan is-sinjura konċernata ma kenitx sodisfatta. F'din is-sitwazzjoni l-impjegata tat parir biex is-sinjura tagħmel l-ilment tagħha bil-miktub ħalli jkunu jistgħu jsiru aktar investigazzjonijiet jekk tinħass il-ħtieġa. Minkejja dan il-persuna msemmija ddeċidiet li tieħu azzjonijiet oħra u ma reġgħetx ikkontattjat id-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #19354 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

St. Vincent de Paule — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fir-residenza għall-anzjani St. Vincent de Paule, Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19348 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Mount Carmel Hospital — Problemi Mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jużaw l-Isptar Mount Carmel għax għandhom problemi mentali? Kemm huma l-pazjenti fl-isptar u kemm huma dawk li jkollhom l-viżiti jew out-patients? Kemm kien in-numru ta' dawk il-pazjenti, sena b'sena, mill-1990 s'issa? Kemm kien in-numru ta' pazjenti li għamlu użu minn dan l-isptar xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sentejn jiġifieri mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #19366 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Qormi — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir fil-prattika min-naħa tad-dipartiment responsabbli biex jiġu kkontrollati u bit-tama li jiġu meqruda l-ġrieden li hemm fl-area ta' Ta' Farsina u fi Triq il-Ħelsien f'Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa jgħamlu trattamenti regolari madwar Malta kollha. Ħal-Qormi kien ġie l-aħħar ittrattat bil-velenu għal kontra l-ġrieden f'Jannar. Għaldaqstant l-areas indikati ġew spezjonati minn uffiċjali tar-'Rodent Control' u saru t-trattamenti neċessarji għal kontra il-ġrieden, f'28 ta` Marzu, 8 ta` April, 21 ta` Mejju, 24 ta` Lulju u 26 ta` Settembru. Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Leg 9 PQ #19463 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 18995?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għal mistoqsija nu. 18995 ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19473 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 17001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 17001 ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18686 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18109?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' Konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-Ministeru tas-Saħħa huwa 4. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Isem Speċjalita' Salarju u Kundizzjonijiet Dr. Jan Janula Oftalmija (a) Kuntratt ta' sena; (b) Salarju: Lm7534 fis-sena, bla taxxa; (c) Expatriate Allowance: Lm1200, bla taxxa; (d) Passaġġ minn Malta għal pajjiżu u lura, għalih u għall-familja darba fis-sena. 2. Dr. Alicja Grochowska Patoloġija (a) Kuntratt ta' sena; (b) Salarju: Lm7534 fis-sena, bla taxxa; (c) Expatriate Allowance: Lm1200, bla taxxa; (d) Passaġġ minn Malta għal pajjiżha u lura, għalija u għall-familja darba fis-sena. 3. Dr. Alexander Manche' Kirurġija (a) Kuntratt ta' seba' snin b'seħħ mill-1 ta' April tal-Qalb 1998; (b) Salarju: Lm35000 fis-sena, bla taxxa. Dan jiġi rivedut fis-sena 2001. 4. Dr. Johanna Van't Verlaat Neuro-Kirurġija (a) Kuntratt ta' ħames snin b'seħħ mill-1 ta' Marzu 2000; (b) Salarju: Lm45000, fis-sena taxxabbli
Leg 9 PQ #18687 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18110?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' Konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru tas-Saħħa huma 3. SERVIZZI FARMAĊEWTIĊI TAL-GVERN Fis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ma hemmx Konsulenti iżda jagħmlu użu mid-ditta MSD Consulting Ltd, prinċipalment għal xogħol li għandu x'jaqsam mas-sistema kompjuterizzata tal-mediċini. Dawn jitħallsu għal xogħol speċifiku b'rata partikolari kull siegħa skond ix-xogħol mitlub mis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha l-avukati 'Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates' bħala konsulenti tagħha. Huma jitħallsu Lm402.50 fix-xahar. DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA Id-Diviżjoni tas-Saħħa ngaġġat b'kuntratt lid-ditta Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates li qed tagħmel xogħol ta' konsulenza fl-Uffiċċju tad-Direttur Generali fuq emendi f'diversi liġijiet li jikkonċernaw id-Diviżjoni tas-Saħħa. Ir-rati ta' dan il-kuntratt huma kif jidher hawn taħt: Senior Partners Lm20.00 fis-siegħa Avukati Lm12.00 fis-siegħa Xogħol ta' Riċerka Lm 6.00 fis-siegħa
Leg 9 PQ #18688 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18111?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz ta' konsulenza lill-Ministeru, dipartimenti u entatijiet oħra bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-31 ta' Mejju 2000 huwa kif ġej:- DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA Konsulenti Lokali/Barranin Tip ta' xogħ ol Kundizzjonijiet Ammont Dr. Anthony Vassallo Lokali Drafting of legislation Contract for period 14.05.99 Lm3844.00 Dr. Jan Janula Barrani Oftalmija Kuntratt ta' sena -Salarju: Lm7534 fis-sena, bla taxxa; -Expatriate Allowance: Lm1200, bla taxxa; -Passaġġminn Malta għal pajjiżu u lura; għalih u għall-familja darba fis-sena Dr. Alicja Grochowska Barrani Patoloġija Kuntratt fis-sena -Salarju Lm7534 fis-sena, bla taxxa -Expatriate Allowance: Lm1200, bla taxxa -Passaġġminn Malta għal pajjiżu u lura, għalih u għall-familja darba fis-sena Dr. Alexander Manche' Barrani Kirurġija tal-Qalb Kuntratt ta' seba' snin b'seħħ mill-1 t'April 1998 -Salarju: Lm35000 fis-sena, bla taxxa. Dan jiġi rivedut fis-sena 2001 Dr. Johanna Van't Verlaat Barrani Neuro-Kirurġija Kuntratt ta' ħames snin b'seħħ mill-1 ta' Marzu 2000 -Salarju Lm45000, fis-sena taxxabbli FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI Konsulenti Lokali/Barranin Tip ta' xogħ ol Kundizzjonijiet Ammont Muscat Azzopardi, Spiteri & Associates Lokali General Legal Consultancy On a monthly retainer basis Lm350 + VAT per month Nobel Mantrich Limited Lokali ISO Certification Interim Payments Lm2492 + VAT E C Harris Barranin Contract Drafting Services Fees plus Disbursements Lm44, 500 Lm2,700 + GBP 650 Jackie Camilleri Lokali Financial Services Per hour basis Lm943.86 Marrku Karuala OY Barranin Fire risk analysis and design development Contract basis GBP 7,297.84 Austen Associates Limited Barranin Researching chiller information, installation system and nurse call and responding on the subject of summer design temperatures Fees plus Disbursements GBP 9,521.00 GBP 3,166.79 First Consulting Group Ltd Barranin Review of Health Planning Fee plus Disbursements GBP 18,400 Lm2,822.25 KUMMISSJONI NAZZJONALI SAĦĦA MENTALI Fil-1998 il-Kummissjoni ingaġġat 'il Dr. Brigitte Gafa' LL.D. Adv. Trib, Eccl. Melit. Advocate, mill-Uffiċċju Legali tad-Dipartiment tas-Saħħa, biex taħdem fuq l-aspetti legali fil-re-drafting tal-liġi tas-Saħħa Mentali. Is-somma li ġiet imħallsa ta' dan is-servizz hi ta' Lm300. SPTAR ZAMMIT CLAPP L-isptar qiegħed bħalissa juża s-servizzi ta' Inġinier għas-superviżjoni ta' xogħol speċifiku ta' manetunzjoni. Ir-renumerazzjoni hija ta' 5 fil-mija tal-valur tal-kuntratt. L-isptar għandu konsulenti Legali li jitħallsu skond ix-xogħol li jagħmlu. L-isptar kien uża wkoll il-konsulenza ta' Nutritionist li ġie tterminat f'Novembru 1999. Dan kien jitħallas Lm130 kull tlitt (3) xhur. Din il-persuna impjegata mal-Gvern. Dawn il-konsulenti huma kollha lokali w m'hemmx konsulenti barranin.
Leg 9 PQ #18710 Sitting 372 2000-09-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Kampjuni ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex li ttestjaw il-kampjun ta' l-ilma mad-Dipartiment tas-Sanita'? X'irriżulta u x'passi ttieħdu jew ġew rikkmandati fejn kien il-każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu ta' żmien, k if ukoll x'tip ta' kampjuni ta' ilma qiegħed jirreferi, billi uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jieħdu diversi kampjuni ta' ilma.
Leg 9 PQ #18671 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — PROs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Jista' jgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirrefri l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda numru 11538.