Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9396 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxpayers

Question

Ma jħossx il-Ministru li r-rata ta' 1% imgħax fix-xahar li taxpayer irid iħallas fuq il-pagamenti pendenti li jkollu mad-dipartiment hija ekwivalenti għal 12% fis-sena? Ma jħossx il-Ministru li din ir-rata hija aktar ogħla mill-banek lokali? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jbiddel din ir-rata għaliex se tolqot ħażin ħafna lit-taxpayers bi dħul baxx? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Din ir-rata hi ffissata biex tkun ta` detterrent lil min idum ma jħallas dak li hu dovut. Ir-rata ta` 1% imgħax hija marbuta wkoll ma` l-imgħax li jkollu jħallas id-dipartiment lit-taxpayers jekk ir-refunds mis-sena ta` stima 1999 ma jibdewx jitħallsu fiż-żmien preskritt mill-liġi.
Leg 9 PQ #9397 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Pagi

Question

Peress li l-pagi mill-1996 'il hawn żdiedu u ceiling ta' l-income tax baqa' Lm3000 għall-persuni waħedha u Lm4000 għall-miżżewġin, peress ukoll li l-ħajja għoliet mill-1996 'il hawn, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-budget li ġej jgħolli ċ-ceiling?

Response (DALLI, JOHN)

M`aħniex nikkonsidraw li jgħola c-ceiling tal-income tax u diġa huwa aktar għoli minn ħafna pajjiżi oħra.
Leg 9 PQ #10559 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Deficit Finanzjarju

Question

B'riferenza għar-rapport li l-gvern ser inaqqas id-deficit ta' Lm20 miljun u b'hekk inaqqsu b'anqas milli ġie budgeted minnu stess, il-Ministru kif jorbot dan kollu ma' l-estimi ta' l-1998/9 li juru li d-deficit kellu jonqos b'Lm29 miljun (Minn Lm163 miljun għal Lm134 miljun)?

Response (DALLI, JOHN)

Kif suppost jaf l-Onorevoli Interpellant, is-sena 1998 ma spiċċatx b`deficit ta` Lm163 miljun kif kien proġettat imma dan tnaqqas għal Lm150 miljun. Hi ma din l-aħħar figura li qed inqabbli d-deficit ta` din is-sena.
Leg 9 PQ #10563 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Clearing House System

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10361?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ġie mħabbar fid-Diskors ta` l-aħħar Budget, il-Clearing House system bdiet titħaddem fuq bażi limitata għal pendenzi li d-Dipartiment tat-Toroq kellu sal-31 ta` Diċembru 1998. Taħt din is-sistema, ħlasijiet ta` stores u servizzi lill-Gvern qed ikunu paċuti inparti jew fl-intier ma` ħlasijiet dovuti lill-Gvern mill-istess kredituri għal VAT, Income Tax u Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali. S`issa għaddew mill-Clearance House b`Lm1,397,716.10 f`pagamenti. Barra minn hekk diversi kuntratturi għamlu arranġamenti mad-dipartimenti konċernati biex iħallsu dak li hu dovut lill-Gvern fuq perjodu miftiehem. Bħal issa għaddejjin taħdidiet ma` diversi dipartimenti oħrajn biex jinstab l-aħjar mod kif is-sistema tinfirex ma` kredituri oħrajn.
Leg 9 PQ #10565 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

ERM2 — Sħubija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10209?

Response (DALLI, JOHN)

L-arrangament tal-kambju magħruf bħala ERM2 ħa post dak ta` fis-seħħ l-Unjoni Monetarja Ewropeja fl-1 ta` Jannar 1999. Dan l-arranġament bħalissa huwa miftuh biss, b`mod volontarju, għal dawk il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja li ma` kienux f`pożizzjoni li jieħdu sehem ukoll fl-Unjoni Monetarja. S`issa fl-ERM2 qed jieħdu sehem id-Danimarka u l-Greċja. Kull pajjiż li jagħżel li jipparteċipa fl-ERM2 irid jistabilixxi rata ċentrali kontra l-ewro u jżomm din ir-rata tal-kambju f`marġni ta` mhux aktar minn 15% `l fuq jew `l isfel minn din ir-rata ċentrali. Bħala pajjiż applikant għas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja Malta bħalissa m`għandha l-ebda obligazzjoni li tieħu sehem fl-ERM2. Madankollu, minħabba li hi l-intenzjoni tal-Gvern li jqarreb b`mod gradwali il-mixja tal-lira Maltija lejn l-ewro, l-awtoritajiet monetarji qed isegwu mill-qrib l-iżviluppi li jseħħu fl-ERM2. Ta` min jgħid li, minħabba l-piż qawwi li għandu l-ewro fil-baskett tal-lira Maltija, din tal-aħħar baqgħet stabbli ħafna u għalhekk ferm `l bogħod mill-marġni ta` 15% li kien japplika li kieku Malta kienet fl-ERM2.
Leg 9 PQ #10576 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Gvernatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali preżenti mill-ħatra tiegħu sal-lum? X'kienet in-natura ta' kull safra?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-ħatra tiegħu sal-lum, il-Gvernatur preżenti tal-Bank Ċentrali siefer darba. In-natura tas-safra kienet personali.
Leg 9 PQ #10697 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10476 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi ma ngħataw ebda ħlasijiet speċjali u jew allowances oħra wara s-6 ta` Settembru 1998 għal servizzi mogħtija qabel dik id-data.
Leg 9 PQ #9392 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Formoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' formoli ta' l-income tax li għadhom ma ntbagħtux lid-dipartiment? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma ta' mpjegati, self-employed u/jew kumpanniji?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` formoli tal-Income Tax li għadhom ma ntbagħtux hu ta` 39,629 li minnhom 12,116 huma ta` impjegati, 2,461 self-employed, 5,639 ta` persuni mhux residenti f`Malta u ta` barranin, u 19,413 ta` kumpaniji.
Leg 9 PQ #10331 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Report on the Working of the general Contract Committee 1998

Question

B'riferenza għal dak li jingħad f'paġna 5 tar-Report on the Working of the General Contracts Committee during 1998, jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-klassifika tal-kuntratturi? X'qed isir biex kif jingħad fl-istess rapport ladarba ssir il-klassifika tal-kuntratturi biex tinstab il-koperazzjoni tad-dipartimenti tal-gvern u korporazzjonijiet pubbliċi biex il-miri ta' din il-klassifika jintlaħqu?

Response (DALLI, JOHN)

Sal-lum għad m`hemmx konsensus dwar il-bażi li fuqha tista` ssir il-kassifikazzjoni, jiġifieri, jekk hux fuq bażi tal-valur tal-kuntratti jew fuq kategoriji ta` kuntratturi per se`. Huwa maħsub illi biex offerent ikun jista` jingħata kuntratt (u hawn għalissa l-aktar li qed nitkellmu huwa fuq xogħol ta` kostruzzjoni, inġinerija ċivili u xogħol elettriku u mekkaniku) irid ikollu f`idejħ ċertifikat ta` reġistrazzjoni bħala approved contractor. Il-kollaborazzjoni li tissema fir-rapport indikat tirreferi għall-fatt li biex kwalunkwe` tip ta` kwalifikazzjoni taħdem bis-serjeta` trid tidħol fid-dipartimenti u fil-korporazzjonijiet sistema effiċjenti ta` reporting fuq l-esekuzjoni ta` kull kuntratt biex b`hekk kull kuntrattur ikun jista` jiġi monitored dwar il-kwalita` tax-xogħol tiegħu kif ukoll it-tkomplija fil-ħin tal-kuntratt tiegħu. Mingħajr rappurtaġġ bla dewmien min-naħa tal-klijent ma jistax ikollok proċedura ta` klassifikazzjoni tajba għax din teħtieġ li min juri ħila fix-xogħol tieġu jiġi upgraded jew bil-maqlub.
Leg 9 PQ #10427 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni kif qed jiġi kkonsidrat bniedem miżżewweġ li mhux qed jgħix mal-mara tiegħu u lanqas mhu separat legalment? Għal fini tal-manteniment u l-eżenzjoni mill-income tax, kif jara lil persuna li hija separata mhux legalment, għalkemm qed tistenna sentenza mill-qorti li iżda xorta qed jiġi mġiegħel iħallas ta'ġuvni fl-istess nifs li mhux qed jaċċetta l-istess dipartiment li huwa separat? Jara l-Ministru li jista' jkun hemm xi anomaliji f'dan is-sens?

Response (DALLI, JOHN)

Persuna miżżewġa li mhux qed tgħix mal-parti l-oħra hija ntaxxata bir-rati ta` persuna waħidha. F`każ li tagħti manteniment li jkun ġie stabbilit b`digriet minn Qorti Maltija, l-ammont kollu li din il-persuna tkun qiegħda tħallas jiġi mnaqqas mill-income tagħha qabel ma tibda tinħadem it-taxxa. B`riżultat ta` emendi riċenti, persuna separata li tkun qed tmantni xi ulied, tista` taħt ċerti kundizzjonijiet tikkwalifika biex tiġi ntaxxata bir-rati ta` persuna miżżewġa.
Leg 9 PQ #10407 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Valletta — Każin ta' l-MLP

Question

Peress li l-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt jirriklama permezz ta' menu s-servizz ta' restaurant, jirriżultalux li dan il-post hu reġistrat għall-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-risposta hi fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #10421 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

CIR — Dikjarazzjoni ta' l-Income tax/self assessment

Question

Wara li ċ-CIR irċieva d-dikjarazzjoni sempliċi ta' l-Income Tax u s-self assessment kemm kien hemm persuni li ddikjaraw li qegħdin jaqilgħu 'il fuq minn Lm10,000? Kemm minnhom jaqilgħu bejn Lm7,000 u l-Lm10,000? Kemm kien hemm kumpanniji li bagħtu r-returns tagħhom fil-ħin? X'persentaġġ jirrappreżenta dan tat-total?

Response (DALLI, JOHN)

Id-dipartiment għadu mhux f`pożizzjoni li jagħti d-dettalji msemmija fl-ewwel parti tal-interpellanza. Sat-30 ta` Settembru daħlu 7,897 prospett tal-kumpaniji li jirrappreżenta madwar 42 fil-mija tal-kumpaniji reġistrati mad-dipartiment. Tajjeb li jingħad li mill-prospetti li ma daħlux hemm eluf minnhom li huma ta` kumpaniji li qegħdin fi stadju jew ġew diġa` likwidati; mhux qed jiffunzjonaw; ġew abbandunati; huma nvoluti fil-qasam marittimu (Shipping Companies); u diversi każijiet oħra, li ftit li xejn jirrendu taxxa.
Leg 9 PQ #10476 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowanes oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' l-Ministru f'kull każ jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9726 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji tal-gvern, jew kumpanniji fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju illi għandhom arretrati tat-taxxa x'jgħaddu lid-dipartiment? Liema huma, kemm għandhom jagħtu u x'inhi t-tip ta' taxxa li ma tħallsitx?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` kumpaniji b`sehem maġġoritarju tal-Gvern li għandhom xi arretrati ta` taxxa huma tnax (12). L-ammonti dovuti huma dawn: Settlement Tax: Lm489,752 li minnhom hemm taxxa ta` Lm87,866 li għadha kontestata Company Tax (bilanċ ta` taxxa li kellha titħallas mas- sottomissjoni tal- formola tat-taxxa sat-30 ta` Ġunju 1998): Lm60,336 Dettalji dwar il-kumpaniji involuti ma jistgħux jingħataw minħabba s-segretezza imposta fl-Income Tax Management Act.
Leg 9 PQ #10303 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10359 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

CIR — Ekonomija Sewda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Commissioner of Inland Revenue għandux stimi ta' kemm hija kbira l-ekonomija sewda (moħbija) bħala persentaġġ tar-recorded GDP?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li sa fejn hu magħruf id-Dipartiment qatt m`għamel xi studju dettaljat biex ikun stabbilit il-persentaġġ indikat fl-interpellanza.
Leg 9 PQ #10361 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Clearing House System

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-clearing house system dwar taxxi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10362 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff tal-Ministeru li huma ntitolati għall-allowances u benefiċċji oħra? Kemm huma dawn l-allowances f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jista` jinkiseb mill-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Seduta 124.
Leg 9 PQ #9723 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm itellgħu persuni l-qorti din is-sena talli kissru il-Liġi tal-VAT? X'kienet l-offiża li allegatament ikkommettew?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar 1999 u Settembru 1999 ġew imsejħa l-Qorti 444 persuna taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud għax naqsu li jibgħatu d-denunzja tat-taxxa. Nixtieq ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att ta` l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, persuna li tinqabad ma toħroġx irċevuta jew li toħroġ irċevuta li ma tkunx korretta jewli tkun tqarraq f`rigward materjal tista` tagħżel li tħallas multa ta` kompromess minnflok li titressaq il-Qorti. Il-ħlas tal-multa għandu jsir fi żmien sebat ijiem minn meta dik il-persuna tingħata l-għażla permezz ta` ittra mid-Dipartiment. Matul il-perjodu msemmi kien hemm 400 persuna li ġew avżati b`ittra bħal din mid-Dipartiment. Minnhom 231 għażlu li jħallsu l-multa, fil-waqt li 125 oħra iż-żmien li fih jistgħu jħallsu. Il-bqija d-Dipartiment qed jieħu l-passi meħtieġa biex il-persuni kkonċernati jitressqu l-Qorti.
Leg 9 PQ #10199 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema items jibbenefikaw b'refund ta' VAT koppja li tkun għadha kif iżżewġet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jkun għadhom kif iżżewġu u li jikkwalifikaw taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, Avviż Legali 51 tal-1999, jistgħu jibbenifikaw fi ħlas lura ta` mhux aktar minn seba` mija u ħamsin lira taxxa li tkun tħallset fuq l-oġġetti jew servizzi msemmija hawn taħt: Hairdresser, beautician, libsa tat-tieġ tal-għarusa u tal-bridesmaids, kiri ta` ħwejjeġ tal-għarus, tax-xiehda u tal-bestman, karozza ta` l-għarusa u karozzi oħrajn, fjuri, ritratti tat-tieġ, video tat-tieġ\audio recordings tat-tieġ, kant\kor fil-knisja, pjanu\kant fis-sala tat-tieġ, kiri tas-sala tat-tieġ, ikel u xorb waqt ir-riċeviment, souvenirs tat-tieġ u spejjeż oħra.