Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir lift ġewwa flats tal-gvern ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li dan l-anzjan ma jistax joħroġ minn daru minħabba li xi xhur ilu kienu qatgħulu saqajh waħda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-ġimgħa stess l-Awtorita' tad-Djar applikat ma' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sabiex tingħata permess għall-installar tal-lift. Hekk kif dan il-permess jinħareġ l-Awtorita' tad-Djar tkun tista' tipproċedi fit-tender għall-installar tal-lift.
Tista’ il-Minsitru ġentilment tgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet li d-direttur tas-sigurta' soċjali għamel għal ħruġ ta' care orders taħt Kap.285 tal-Liġijiet ta' Malta fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minnhom ġew
opposti? X'kien l-eżitu ta' kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna b'diżabilita' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u ma qed tingħata xejn mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 15283 u tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li weġġgħu jew mietu fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u f'Għawdex separatament? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif mitlub separata għall-Malta u Għawdex. Ebda dipartiment jew entita taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommx informazzjoni dwar in-numru ta’ mwiet fuq ix-xogħol.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-inizjattivi, programmi, eċċ. li l-aġenzija Sedqa wettqet f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu l-flus allokati u minfuqa kull sena fuq din il-ħidma? Kemm u x'kienu l-benefiċjarji ta' din il-ħidma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru tgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru tgħid b'riferenza għas-sena 2004 u għall-perjodu Jannar-Awissu 2005 xahar b'xahar, kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita’? Kemm ġew allokati djar mid-dipartiment? Kemm postijiet ġew lura f'idejn id-diaprtiment matul kull xahar? X'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar? X'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru b'riferenza għas-sena 2004 u għall-perjodu Jannar-Awissu 2005 tgħid għal kull xahar, kemm saru rikonoxximenti ta' kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li n-numri ta’ rikonoxximenti murija għall-perijodu Jannar – Lulju 2004 bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7056, f’Seduta 174, riedu jaqraw kif murija fit-Tweġiba odjerna.
Tista' il-Minsitru tgħid kemm hu n-numru ta' familji li llum jirċievu ħlas għall-kera li jħallsu minħabba li għandhom kera għolja meta paragunati mad-dħul tagħhom?
Kemm-il talba saret u ġiet rifjutata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħti sussidju fuq il-kera lil 843 familja.
Ninsab infurmata wkoll li minn meta bdiet l-iskema dwar is-sussidju fuq il-kera, l-Awtorita' irċeviet 1,454 talba li minnhom ma ġewx milqugħa 147 għax ma kienux jissodisfaw il-kondizzjonijiet relattivi.
Tista' il-Ministru tara għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċevitx iċ-children's allowance ta' Lulju? Jista'jiġi informat direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Taf il-Ministru tgħidli x'kienu l-inizjattivi, programmi, eċċ. li l-aġenzija Appoġġ wettqet f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum biex tipprovdi servizzi soċjali personalizzati lit-tfal, familji u lill-komunita'? Kemm kienu l-flus allokati u minfuqa kull sena fuq din il-ħidma? Lil kemm tfal, familji u membri oħra tal-komunita' ngħataw dawn is-servizzi sena sena skond is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk Malta wrietx lill-Kummissjoni Ewropea l-ħsieb, l-intenzjoni jew ix-xewqa li Malta tospita f'pajjiżna l-European institute for gender equality li għandu jitwaqqaf fix-xhur li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talba li għamlet Malta f'dan ir-rigward?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-Tweġiba għall-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15224, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15225, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15226, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15227, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15426 f'Seduta 317.
Tista' il-Ministru tara li jsir lift f'appartament tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li f'dan l-appartament hemm persuna li tgħix f'wheelchair? Tista' il-Ministru tara x'sar mill-applikazzjoni li qed nibgħat separatament flimkien ma' ċertifikati li juru l-bżonn ta' dan il-lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ qed tikkunsidra talba għal sussidju, għal stallar ta’ stairlift taħt Skema 7, mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat wkoll li l-istallar ta’ dan l-istairlift ġie approvat, suġġett li l-applikant jossodisfa l-kriterji finanzjarji ta’ l-iskema. F’dan ir-rigward l-Awtorita’ qed tistenna li tirċievi d-dokumenti dwar l-assi ta’ l-applikant biex tkun tista’ tkompli tipproċessa t-talba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15206, tista' il-Ministru tinformana x'titolu kellha l-awtorita' biex għamlet il-konvenju u għaliex it-titolu in kwestjom ħa u qed jieħu aktar minn 20/25 sena?
Tista' il-Ministru tara li tabilħaqq dawn ir-residenti jiġu rispetti u għaldaqstant tikkordina l-ħidma sabiex eventwalment l-awtorita' tad-djar ikollha titolu biex tirrimedja dan il-bżonn tar-residenti li ilu pendenti għal aktar minn 23 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-akkwist ta' l-artijiet li tqassmu bħala plots taħt Home Ownership Schemes isir mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Biex l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tiffinalizza l-kuntratti mal-benefiċjarji tagħha jrid ikollha t-titolu legali ta' l-art wara li dan it-titolu jiġi trasferit lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Ninsab infurmata li, fil-każ ta' l-art li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant, dan it-trasferiment għadu ma sarx. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15223, tista' il-Ministru tinformani għaliex ma hemm ebda ħsieb li jsiru fire exit stairs f'dawn l-oqsma ta' bini tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-raġuni prinċipali għaliex m'hemmx ħsieb li jsiru fire exit stairs f'oqsma ta' bini tal-Gvern hi li meta tfassal dan il-bini ma kien hemm ebda pjan għall-istallar ta' dawn l-istrutturi. Ninsab infurmata li hu fiżikament diffiċli jekk mhux impossibli, li dawn isiru issa. Barra minn hekk, diversi appartamenti nxtraw mill-inkwilini u dan iqajjem ukoll kumplikazzjonijiet mill-aspett legali.
Tista' il-Ministru tgħid xi prospetti hemm li l-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi offruta fond alternattiv minħabba fil-problemi serji li għandha fis-soqfa ta' l-appartament tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.