Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' rape din is-sena u kemm kellhom eta' l-persuni nvoluti? Fejn sar l-abbuż u x'raġunijiet kellhom l-abbużati jew allegatament abbużati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, il-Pulizija kellha disa` rapporti ta` stupru. L-eta` tal-vittmi kienet tvarja bejn id-disa u t-tlieta u tletin sena. Il-lokalitajiet fejn sar reat kienu: Fgura, Għawdex, Ħaż-Żabbar, San Ġiljan, Ta` Xbiex, Għajn Tuffieħa, Paceville u Kennedy Grove.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, ma kienx hemm trasferimenti ta` Pulizija fl-Uffiċċju tal-Karti ta` l-Identita` fid-Depot tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta` Jannar 2000 u l-10 ta` Settembru 2000 kien hemm 3 membri tal-Korp li ġew trasferiti fit-Taqsima ta` l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet — Ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, fir-Reġistru ta` l-Artijiet saru żewġ trasferimenti. Bħal f`kull dipartiment ieħor, trasferimenti minn u lejn id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Peress li ħdejn il-gym ta' l-Imtarfa qed jinstabu diversi siringi, x'aktarx użati mid-drogati, jista' l-Ministru jinvestiga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel ronda fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant sabiex jitrażżan kull abbuż li jista` qed isir f`dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jiżviluppa l-bini abbandunat fejn kien l-ex-BFBS fl-Imtarfa?
Jekk iva, x'inhuma l-ħsibijiet tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bini ta` l-ex-BFBS fl-Imtarfa huwa proprjeta` ta` l-Awtorita` tad-Djar. Għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid illum x'inhu n-numru totali ta' nies li qegħdin jinżammu il-ħabs:
(a) għaliex diġa' ssentenzjanti?
(b) għaliex qed jistennew biex jgħaddu ġuri?
F'kull każ kemm huma nisa?
Fuq liema akkużi prinċipali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-11 ta` Ottubru 2000, in-numru ta` persuni li kienu qed jinżammu l-ħabs kien ta` 250.
Minn dawn, 167 (160 raġel, 7 nisa) huma sentenzjati filwaqt li 83 (81 raġel, 2 nisa) qegħdin taħt arrest.
L-akkużi prinċipali jinkludu serq, pussess/traffikar jew importazzjoni ta` droga u qtil jew attenat ta` qtil.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma bdewx jaħdmu l-'ispeed cameras' fit-toroq Maltin?
Kemm intnefaq flus fuqhom?
Meta hemm il-ħsieb li jibdew jaħdmu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-apparat li rrefera għalih l-Onor. Interpellant sewa b`kollox Lm15,897. Dan l-apparat għadu ma bediex jitħaddem effetivament mill-Pulizija, minħabba li għad irid isir il-provvediment legali, sabiex ir-riżultat tiegħu ikun jista` jinġieb bħala prova quddiem il-Qorti.
Wara konsultazzjoni ma` l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku jinħareġ l-Avviż Legali mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel 9 xhur ta' din is-sena kemm gew irrapportati serqiet lill-pulizjia?
Kemm minn dawn kienu solvuti? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Serqiet
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awissu
Settembru
Irrapurtati
763
896
759
804
907
803
1,105
1,180
906
Solvuti
39
39
32
30
50
15
20
18
9
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13741, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': b'riferenza għall-avviż għall-għanijiet ta' l-Att ta' l-1996 dwar gwardjani privati u lokali (Att Nru. XIII ta' l-1996) nru 898 maħruġ fil-gazzetta tal-gvern nru.16,878 bid-data tas-26 ta' Novembru, 1999, paġna 8266, għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l-Kummissarju tal-pulizija skond l-artikoli 7 u 8 ta' l-Att ta' l-1996 dwar gwardjani privati u lokali, ma ġietx stampata kif attwalment jindika l-avviż imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti din il-lista ta' l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17800.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-linja tat Triq il-Veduta c/w Triq il-Markiż J Scicluna, Madliena inbidlet bil-konsegwenza li t-triq djaqet u anke tbaxxiet b'inkonvenjent u danni għal min diġa' bena r-residenza tiegħu f'din it-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda tibdil fil-wisgħa jew fl-allinejament ipproġettati fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
L-aħħar intervent li sar mit-Taqsima ta` l-Għoti ta` l-Allinjament u Livelli fl-imsemmija triq kien, fit-30 ta` Mejju, 2000 u dan sar b`kontinwazzjoni ta` livelli immarkati fuq il-post.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed mill-Awtorita ta' l-Ippjanar kontra dawk is-sidien li baqghu jwettqu xogħlijiet fuq sit fi Triq il-Markiż J. cicluna c/w Triq il-Veduta, Madliena (PA 929/00) minkejja li inħarġet enforement order fuq l-istess sit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara spezzjoni riċenti li saret fuq is-sit in kwistjoni, ġie kkonfermat illi tkompla xi żvilupp fil-'front' u s-'side' garden tal-bini. Dan ix-xogħol imur oltre dak li kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp, ċioe` xogħol ta` 'finishing' u tibdil żgħir fuq ġewwa u tikħil fuq il-faċċata. Dan minkejja l-Avviż biex tieqaf li kien inħareġ fit-23 ta` Ġunju, 2000 (ECF 692/00). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar issa ser tgħaddi biex tieħu dawk il-passi neċessarji skond il-proċeduri u dan billi tinforma lid-DCC dwar kif żviluppat il-kwistjoni kif ukoll billi tirreferi il-każ għal possibilita` ta` tneħħija fiżika ta` dak ix-xogħol li sar wara l-ħruġ ta` l-avviż imsemmi.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati tas-survey ta' Public Awareness dwar l-Ambjent u l-Proprjeta' li għadu kif ġie ippubblikat mill-Awtorita ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kopji tar-riżultati tal-Public Attitudes Survey jistgħu jinkisbu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar bi ħlas.
Din il-ġimgħa r-rapport tas-survey se jkun wkoll fuq il-web-site ta` l-Awtorita`.
Billi waqt il-festival tal-birra li sar din is-sena ġewwa l-ġnien tal-Gżira kien hemm ħafna pulizija fuq xogħol u billi ta' kuljum madwar il-ġnien kien hemm ħafna karozzi pparkjati bl-addoċċ u kontra l-liġi, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw parking tickets mill-pulizija ġewwa Ta' Xbiex kuljum bejn it-28 ta' Lulju u s-6 ta' Awissu, 2000 biż-żewġ ġranet imsemmija nklużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għall-attivita` li qiegħed isemmi l-Onorevoli Interpellant, kien hemm idettaljati xogħol tliet pulizija kull ġurnata biex iżommu l-bon ordni. Infurmat ukoll illi kien hemm numru ta` Gwardjani Lokali sabiex jikkontrollaw t-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, wara li sar environmental impact assessment fuq proġett fil-Magħtab bi spejjeż ta' eluf ta' liri, l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita ta' l-Ippjanar ilha aktar minn sena wieqfa fl-istess dipartiment u ma ġietx ipproċessata?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jipprovdi aktar dettalji sabiex jiġi identifikat il-każ u tingħata risposta xierqa għall-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-pulizija? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta` Jannar u l-10 ta` Settembru 2000, kien hemm 136 membru tal-Korp li tbiddlilom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista l-Ministu jgħid matul din is-sena s'issa kemm inqabdu kaċċaturi li kienu qed jikkaċċaw f'postijiet protetti mill-liġi?
F'liema postijiet?
Kemm-il senter ġie kkonfiskat mill-pulizija?
Kemm minn dawk li nqabdu tressqu l-Qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija qabdet 66 persuna għall-kaċċa f`postijiet fejn il-kaċċa hija projbita u elevat 64 senter. Ninsab infurmat ukoll li 53 persuna diġa` dehru quddiem il-Qorti, filwaqt li t-13 l-oħra għad iridu jiġu appuntati għas-smiegħ.
Il-postijiet fejn dawn il-persuni ġew maqbuda, kienu:
Ċimiterju Addolorata
Filfla
Mtaħleb
Ta` Qali
Armier
Għadira
Pembroke
Tal-Ħawli
Baħar iċ-Ċagħaq
Ġnejna
Rabat
Tas-Silġ
Baħrija
Ħal Far
Safi
Wied Incita
Biżbiżija
Ħal Farruġ
Salini
Xgħajra
Buskett
Ibraġġ
Siġġiewi
Żabbar
Ċirkewwa
Marsascala
San Pawl il-Baħar
Dingli
Madliena
Ta` Ċenċ
Jista l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm-il persuna twaqqfet mill-pulizija talli vettura privata / trakk / karozza tal-linja eċċ kellhom ħruġ qawwi ta' duħħan velenuż mill-exhaust?
Kemm ittellgħu l-Qorti?
Meta vettura tinstab f'dan l-istat ħażin titħalla tkompli tiġi użata jew iridu isiru testijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ħarġet 159 ċitazzjoni lill-sewwieqa li kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha kien qed jarmi duħħan. Dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti jew għandhom il-każ appuntat quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll, illi barra li jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti, is-sewwieq jiġi mwissi sabiex jikkonforma mal-liġi. Ninsab infurmat ukoll li ma jsirux testijiet tal-vetturi mill-Pulizija.
Jista' jgħid din is-sena kemm saru żweġijiet?
Kemm kienu bejn Maltin?
Kemm kienu bejn Malti u barranija?
Kemm kienu bejn Maltija u barrani?
Kemm kienu bejn tnejn barranin?
Jista' jgħid kemm f'kull kaz kien hemm żweġijiet ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet li saru matul din is-sena hu kif ġej : -
Mill-1 ta` Jannar sal-15 ta` Settembru, 2000
Żwiġijiet
Malta
Għawdex
Bejn Maltin
1,209 (42)
64 (xejn)
Bejn Malti u barranija
87 (71)
19 (4)
Bejn Maltija u barrani
121 (89)
21 (6)
Bejn tnejn barranin
154 (140)
24 (12)
TOTAL
1,571 (342)
128 (22)
Il-figuri fil-parentisi juru n-numru ta` żwiġijiet ċivili, liema żwiġijiet huma inklużi fit-totali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-ċnus ta' bini mikri għal kummerċ u li kien tal-Knisja, issa amministrat mill-gvern, il-kerrejja m'humiex jitħallew jifduhom? M'għandux il-gvern jikkonsidra li jagħti dan iċ-ċans? Jekk iva, meta huwa ppjanat li jsir possibbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskemi li ħarġu sa issa dwar proprjeta` li kienet tal-Knisja, kemm għal fidi ta` ċens, kif ukoll għal xiri ta` postijiet mikrija, kienu japplikaw għal residenzi biss.
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant ġie nnotat u ser ikun ikkunsidrat flimkien ma` oħrajn li diġa` saru.