Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31253 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – konferenzi barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni sal-lum, kemm-il konferenza barra minn Malta attendew impjegati jew membri tagħha? X'kien is-suġġett ta' kull konferenza, fejn saret il-konferenza u min attenda min-naħa tal-Awtorità Maltija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni sal-lum attendew għall- 4 konferenzi / laqgħat barra minn Malta. Dawn kienu: 1. L-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE dwar Sustanzi ta’ Oriġini Umana, Laqgħa tal-esperti 2. Konferenza Annwali tal-ESHRE 3. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE 4. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE
Leg 12 PQ #31255 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter — ħlas

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30965 jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas b'kollox id-Dipartiment tas-Saħħa biex bejn l-2011 u l-2016 madwar 190 pazjent ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal Malta? Lil min sar dan il-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żmien imsemmi minnu kien fis-seħħ ftehim bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Forzi Armati ta’ Malta biex is-servizz jingħata skont il-ħtieġa tal-pazjenti.
Leg 12 PQ #31257 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – nies li attendew l-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm minn dawn kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena, ta’ kemm persuni attendew l-Emerġenza fl-isptar ta’ Mater Dei bejn l-2013 u l-2015 kienet 121,465 fosthom 17,078 fis-sena ta’ nazzjonalita’ barranija.
Leg 12 PQ #30308 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li mietu bil-marda tal-kanċer fl-2016? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm kienet l-età tal-persuni li mietu? X'kienu t-tipi differenti ta' kanċer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.ċ Interpellant illi minn Jannar sa Settembru tal-2016 kien hemm total ta’ 710 pazjenti li mietu bil-kanċer, fosthom kien hemm 403 li kienu rġiel. Kien hemm pazjent 1 li kien taħt il-15 il-sena u kien hemm 51 pazjenti li kellhom 85 sena jew aktar. L-iktar mwiet li seħħew minħabba il-marda tal-kanċer kienu dawk li kellhom bejn l-65 u l-74 sena. Matul ix-xhur imsemmija, l-kanċer fil-pulmun kien l-iktar komuni fl-irġiel filwaqt li l-kanċer tas-sider kien komuni fin-nisa.
Leg 12 PQ #30309 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta’ xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv fl-2016? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? X’kienet l-età tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv fl-2016 kien 388. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji: Kategorija A : Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’ ‘withdrawal state’ minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol jkun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2, F10.3, F10.1 u F10.9) Kategorija B : Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda l-persuna ma kinetx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0) Kategorija C : Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70) Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika l-eta’ u s-sess tal-persuni maqsumin skont il-kategorija, Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-ispta. Kategorija A Kategorija B Kategorija C Età Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total <15 5 4 9 15-24 25 33 58 25-34 1 6 7 10 39 49 1 1 35-44 6 16 22 8 38 46 5 5 45-54 2 13 15 12 29 41 4 4 55-64 6 10 16 12 31 43 4 9 13 65-74 3 14 17 2 16 18 11 11 75-84 1 7 8 1 1 >85 1 1 1 1 Mhux speċifikat 2 2 Total 18 59 77 75 200 275 5 31 36
Leg 12 PQ #30310 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ STDs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ sexually transmitted diseases (STD) fl-aħħar 10 snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mil-2007 sal-2016 ġew irrappurtati 2,578 każ ta’ mard trasmess sesswalment.
Leg 12 PQ #30311 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mietu bl-AIDS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies kaġun tal-AIDS fl-aħħar 10 snin? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista’ jagħti l-etajiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 12-il persuna li mietet bl-AIDS bejn l-2007 u l-2016, minn dawn 9 kienu rġiel u 3 kienu nisa. Il-firxa tal-età ta' mwiet mill-AIDS kien bejn it-30 u d-69 sena.
Leg 12 PQ #30312 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – persuni feruti minn armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies l-Isptar Mater Dei bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija jsofru minn feriti kkaġunati minn arma tan-nar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li ddaħħlu l-Isptar San Luqa u l-Isptar Mater Dei bejn l-2006 u l-2016 jsofru minn feriti kkaġunati minn armi tan-nar jammontaw għal 77.
Leg 12 PQ #30313 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni bi drug addiction — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-persuni li kienu qed isofru minn drug addiction fl-2016, u x'età kellhom l-ommijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi twieldu 14 il-tarbija lill-ommijiet li kienu qed isofru minn drug addiction fl-2016. It-tabella t’ hawn taħt tindika l’età li kellhom dawn l-ommijiet. Età tal-omm Numru ta' trabi 20-24 4 25-29 2 30-34 3 35-39 4 40-44 1
Leg 12 PQ #31068 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Pazjenti li ħadu trattament permezz tal-mediċina Doxorubicin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ħadu trattament permezz tal-mediċina Doxorubicin f’Malta u f’Għawdex fl-2016? Jista’ jikkonferma li fil-fatt din mhijiex mediċina ġdida fil-formolarju u ilha fil-formolarju tal-mediċini fis-sezzjoni tal-mediċini li jintużaw fl-isptar biss? Jista’ jikkonferma wkoll li fil-fatt sad-9 ta’ Frar 2017, ġimgħa wara li l-Ministru ħabbar li l-Doxorubicin se tkun waħda mill-mediċini l-ġodda tal-kanċer (meta nkitbet din il-mistoqsija) kien għadu ma nbidel xejn mill-formolarju fir-rigward ta’ din il-mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena fl-Isptar Mater Dei se tibda issir il-proċedura ġdida magħrufa bħala TACE (transarterial chemoembolization) għal-kanċer tal-fwied. Din il-proċedura avvanzata se twassal sabiex tumuri fil-fwied ikunu trattati b'mod aktar effettiv u b'ħafna anqas side-effects. Sabiex tkun tista' ssir din il-proċedura ġdida se jiddaħħal forma ġdida ta' Doxorubicin fuq il-formolarju tal-gvern. Huwa stmat illi madwar 70 pazjent ġdid fis-sena se jibbenefika minn din il-mediċina u proċedura ġdida mingħajr ħlas.
Leg 12 PQ #31069 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

National Cancer Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblika n-National Cancer Plan il-ġdid? Il-Ministru huwa konxju li l-ewwel National Cancer Plan skada fl-2015 u li issa l-pjan il-ġdid jinsab sentejn tard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ġdid Nazzjonali kontra l-Kanċer se jkun imniedi ghall-konsultazzjoni fl-ewwel ġranet ta' Marzu.
Leg 12 PQ #31070 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – tobba u speċjalisti li ntalbu jidħlu għax-xogħol fil-weekends

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li tobba u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei ntalbu jidħlu għax-xogħol fil-weekends biex jagħmlu discharge ta’ pazjenti li jkunu għall-kura u li ġew offruti rata ta’ €20 kull pazjent li jiġi discharged? Huwa minnu li ħafna rrifjutaw għax ħassewhom insultati b’din l-offerta perikoluża u li tmur kontra l-etika medika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandha l-informazzjoni żbaljata u li f'ebda ħin ma kien hemm tobba li qed jitħallsu skont kemm jagħmlu discharges ta' pazjenti.
Leg 12 PQ #31071 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Annual Surgical Operations 2016 — rapport

Question

B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ tal-operazzjonijiet li saru f’Malta fl-2016 jiġifieri l-Annual Surgical Operations 2016? Jista’ jindika ċar f’liema sptar tal-gvern jew sptar privat saru dawn l-operazzjonijiet? Jista’ jindika wkoll kemm saru operazzjonijiet f’kull kategorija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’ hawn taħt: Entita’ Numru ta’ Operazzjonijiet fl-2016 Sptar Sir Paul Boffa 2,824 Sptar Generali t’Ghawdex 3,996 Sptar Mater Dei (operazzjonijiet- Nhar ta’ Hadd u fi Sptarijiet Privati inkluzi) 55,511 Centru tal-Onkologija Sir Anthony Mamo 103 Centru tas-Sahha tal-Mosta 1,519 Total 63,953
Leg 12 PQ #31072 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Stqarrija Nru 170310 - interventi

Question

B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lista tinkludix ukoll interventi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-operazzjonijiet kollha huma meqjusa li jkunu interventi. Għalhekk l-64,000 każ imsemmi fl-istqarrija u li saru fl-2016 huma fil-fatt 64,000 intervent. Fil-fatt dan huwa l-akbar numru ta' interventi mingħajr ħlas li qatt sar f'pajjżna f'sena waħda.
Leg 12 PQ #31073 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Stqarrija Nru 170310 - Operazzjonijiet li saru fil-privat

Question

B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid kemm operazzjonijiet saru fil-privat, f’liema sptarijiet jew clinics privati saru u jindika b’mod ċar liema tip ta’ interventi saru fil-privat u kemm-il intervent sar f’kull kategorija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 kien hemm total ta’ 448 operazzjonijiet li saru fi sptarijiet privati. Dawn l-operazzjonijet saru fl-isptar St James u l-isptar St Thomas. L-operazzjonijiet li saru kienu fil-qasam tal-kirurġija ġenerali, fl-ortopedija, ENT u fil-kirurġija vaskulari.
Leg 12 PQ #31143 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħadet X-ray u kellhom jibagħtu għaliha f’Novembru għall-operazzjoni però għadha bla risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Leg 12 PQ #31220 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li attendew il-GU Clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew il-G.U. Clinic fl-aħħar sitt snin, kull sena, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika n-numru ta’ persuni li attendew l-GU Clinic għall-ittestjar. Sena Numru ta' attendenza 2010 1,871 2011 1,902 2012 1,965 2013 2,134 2014 1,746 2015 3,970 2016 5,420 Total tas-snin kollha 19,008
Leg 12 PQ #31247 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Fondazzjoni Richmond – servizzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern u kemm hija l-allokazzjoni għal kull wieħed u waħda minn dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern jinkludu akkommodazzjoni provduta għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi tlett hostels li jinsabu f’Ħal Qormi, Ħ’Attard u Raħal Ġdid. Dar il-Merill f’Ħal Qormi, Villa Rubery ġewwa Ħ’Attard u l-Hostel f’Raħal Ġdid joffru servizz ta’ akkomodazzjoni għal 34 pazjent. Dawn il-pazjenti jingħatalhom ukoll servizz ta’ kura għal 24 siegħa kuljum. Jingħatalhom is-sapport meħtieġ minn Carers speċjalizzati fil-qasam tas-Saħħa Mentali. Dan igħin biex il-pazjenti jkunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità.
Leg 12 PQ #31295 Sitting 486 2017-02-21 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għas-Saħħa

liġi dwar stili ta' ħajja — avviżi legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jippubblika l-avviżi legali relatati mal-liġi dwar stili ta' ħajja sana, liema liġi ġiet imressqa mill-Oppożizzjoni fid-9 ta' Ġunju 2014 u approvata mill-Parlament f'Jannar 2016 peress li l-qafas tal-istess avviżi legali kienu diġà indikati fl-abbozz oriġinali li kien tressaq f'Ġunju 2014 mill-Oppożizzjoni u maqbula fil-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjonijiet ta' Abbozzi ta' Liġijiet mill-Gvern u Oppożizzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat imsemmi minnu ġie mwaqqaf f’Awwissu tal-2016 u s'issa diġà iltaqa’ 7 darbiet fejn ġew diskussi diversi proposti ta’ inizjattivi . Fost il-mistednin li ndirizzaw dan kumitat interministerjali kien hemm l-istess Onor. Robert Cutajar.
Leg 12 PQ #29714 Sitting 485 2017-02-20 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti - remunerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.