Jista’ l-Ministru jgħid jekk prison warden għandux il-permess jew liċenzja li jġorr arma tan-nar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li skond ir-regolamenti tal-ħabs Kap 260.11 (2 ), fit-twettieq ta dmirijiethom ġewwa l-ħabs u meta jkunu qegħdin iwettqu dmirijiet ta skorta ma priġunieri barra minn xi ħabs, l-uffiċjali tal-ħabs ikollhom is-setgħa li jwettqu dawk il-funzjonijiet, setgħat u dmirijiet kollha li huma bil-liġi vestiti f’membru tal-Korp tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10913 u jgħid kemm-il pulizija ġie reinstated sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza, maqsumin bl-etajiet bejn 45 u 55 sena, 55 u 60 sena, 65 u 70 sena, u 'l fuq minn 70 sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-3 ta’ Diċembru 2014, kien hemm ħamsa u sebgħin (75) re-instatement fil-Korp tal-Pulizija. L-etajiet ta’ dawn kienu kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-reinstatements u l-police constabulary kienu neċċessarji sabiex il-Korp jibqa' jopera minħabba li tħalla b'400 pulizija inqas. Madanakollu t-triq 'il quddiem għall-Korp tal-Pulizija hi dik li jkomplu jiġu ngaġġati pulizija ġodda b'mod relevanti għaż-żminijiet tal-lum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10914 u jagħti s-sena li fiha kienu telqu mill-Korp tal-Pulizija kull wieħed u waħda minn dawk il-pulizija li ġew reinstated fil-Korp sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pulizija tad-Distrett – sigħat ta’ taħriġ b’armi tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10915 u jgħid kemm-il siegħa ta' taħriġ b'armi tan-nar kellu kull membru tal-pulizija tad-Distrett (Għases) kull xahar bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u l-1 ta' Settembru 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi mill-Interpellant kien hemm tlieta u għoxrin (23) uffiċċjal tal-Pulizija mid-Distrett li ingħata tlett ijiem taħriġ b'armi tan-nar. Infurmat ukoll li bejn Ottubru u Novembru 2014, 188 uffiċċjal mid-Distrett, ingħata taħrig ta’ erbgħa siegħat kull wieħed, b’armi tan-nar fost numru ta’ uffiċċali oħra. Jiena u l-Kummissarju tal-Pulizija diġa` ltqajna u ddiskutejna il-kwistjoni ta’ taħriġ u qbilna li l-membri tal-Korp tal-Pulizija jkollhom aktar taħriġ kontinwu u relevanti, kemm mil-lat prattiku kif ukoll mil-lat teoretiku.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — taxxi, tariffi jew miżati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina — Applikazzjonijiet għall-Visa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10846, jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni xorta ngħataw dawk it-52 visa (Schengen Area) meta kien hemm parir kontra li jingħataw? Jista’ jgħid liema kienu dawk l-entitajiet li kienu kontra li joħorġu l-visas f’dawn it-52 każ?
Response (ABELA, CARMELO)
L-artiklu 4 tal-Kap. 1 tar-Regolament (KE) 810/2009, jistablixxi bħala prinċipju, li l-konsulat ta’ kull pajjiż membru tas-schengen huwa l-awtorita kompetenti li teżamina u tiddeċiedi applikazzjonijiet għall-visa.
Kull konsulat huwa responsabli għal, u awtorizzat li joħroġ id-deċizzjoni finali fuq kull applikazzjoni għal visa. Is-sistema elettronika interna tal-Gvern li permezz tagħha jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għall-visa filfatt hija magħmula b’tali mod li jħalli l-konsulat jiddeċidi li joħroġ visa għalkemm jista jkun hemm rakkommandazzjoni negattiva inizjali min-naħa tal-Pulizija.
F’kull okażżjoni li l-uffiċjali tal-Ambaxxata Maltija f’Beijing jirċievu rakkomandazzjoni negattiva min-naħa tal-Pulizija għall-dawk l-applikazzjonijiet li inizjalment l-konsulat ikun irrakkomanda li tingħata visa, il-konsulat min-naħa tiegħu jerġa jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni.
Jekk jirriżulta lill-konsulat wara din it-tieni eżaminazzjoni tal-applikazzjoni, li l-applikant għall visa jkun issodisfa l-kundizzjoni għall-ħruġ ta’ visa, il-Pulizija jiġu kkuntatjati u mogħtija r-raġunijiet sabiex min-naħa tagħhom jikkonsidraw mill-ġdid ir-rakkommdazzjoni negattiva tagħhom. Dan il-proċess filfatt sar f’kull applikazzjoni li fihom inizjalment kien hemm rakkomandazzjoni negattiva min-naħa tal-Pulizija. Filfatt il-Pulizija f’kull każ aċċetta li l-konsulat Malti f’Beijing kien f’pożizzoni aħjar sabiex jeżamina l-kredibilita tal-applikant u tad-dokumenti kollha (inklużi dawk biċ-Ċiniż) li jkunu ġew ippreżentati mal-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ visa.
Kien hemm diversi raġunijiet għalfejn il-Konsulat ħass li kellu joħroġ visa għalkemm inizjalment il-Pulizija kienu irrakkomandaw li ma tinħariġx, fosthom:
- Applikanti li kienu vvjaġaw fil-passat lejn Malta u kienu ġew mistiedna minn kumpaniji internazzjonli f’Malta,
- Applikant li kellu propjeta f’Malta u kien qed japplika għall-permess ta’ residenza taħt l-Iskema ta’ ‘
Global Residence Programme
’,
- Applikanti li kienu ser i¿uru qraba tagħhom ta’ nazzjonalita Ċiniza u li kienu residenti f’Malta.
- Turisti li kellhom stedina mingħand diplomatiku Ċiniż f’Malta.
Korp tal-Pulizija – sezzjoni tal-kavallerija — membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija fis-sezzjoni tal-Kavallerija tal-Korp tal-Pulizija u kemm-il żiemel hemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa fis-sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija hemm ħamsa u għoxrin uffiċċjal tal-Pulizija u tmintax il-żiemel.
Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina — Applikazzjonijiet għall-Visa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10846, jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet ta' kull persuna Ċiniża li ngħatat Schengen Visa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tiġi pubblikata minħabba d-Data Protection Act, pero jekk l-Onor. Interpellant jixtieq din l-informazzjoni nista ngħaddijielu in persona.
Ċittadini tal-Korea ta’ Fuq – applikazzjoni għal Visa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-Visa (Schengen Area) saru minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija, minn ċittadini tal-Korea ta’ Fuq? Kemm minnhom ġew approvati? F’liema jew tramite liema ambaxxata saru dawn l-applikazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 kien hemm 55 applikazzjoni għall-Visa (Schengen Area) minn ċittadini tal-Korea ta’ fuq. Minnhom 53 ġew approvati. Dawn saru f’Beijing.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija ma ħadux passi kontra sid tal-vetturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li huma pparkjati u abbandunati n-naħa t'isfel ta' Triq Palma, Raħal Ġdid għal xhur kbar, tant li għandhom it-tyres kollha mal-art u liċenzja li ilha ma titħallas bosta snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija se tieħu l-passi skont kif provdut mil-liġi, u jekk il-karozzi ma jitneħħewx sat-tnax ta' Diċembru, 2014 mis-sidien, dawn jitneħħew mil-Pulizija l-jum ta' wara'.
Id-Dwana — Enforcement Unit - ingaġġ ta' Enforcement officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-Enforcement Unit tad-Dwana, meta l-aħħar li daħħlu Enforcement Officers ġodda u jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu l-applikazjonijiet għall-Enforcement Officers ġodda għas-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għala għadhom ma ħarġux it-time promotions tal-2013 tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-Time Promotions tal-2013 qed jinħadmu bħalissa f'eżerċizzju konġunt tal-promozzjonijiet tal-2013 u l-2014. Dawn waslu fil-fażi aħħarija tagħhom u għandhom jiġu ppublikati fil-gimgħat li ġejjin.
European Network and Information Security Agency — drill
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Gvern Malti ma ħax sehem fl-ewwel parti tal-ikbar drill li l-European Network and Information Security Agency qatt għamlet bil-għan li jkunu miġġielda cyber security threats, f’April 2014 imsejjaħ Cyber Europe 2014? Jaf li hekk irrapporta l-EurActiv fl-20 ta’ Ottubru 2014? Iffissirx dan li l-Gvern mhux interessat jieħu sehem f’tests li jiggarantixxu r-readiness u s-sigurtà tal-iktar istituzzjonijiet kritiċi tagħna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Korp tal-Pulizija — Regolamenti dwar reinstatements
Question
Jista’ l-Ministru jqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli jew regolamenti viġenti għal reinstatements fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid b’liema mod u fejn inbiddlu minn dawk viġenti qabel Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9979 u jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb? F’liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess domanda li qed jagħmel riferenza għaliha twieġeb din id-domanda parlamentari li qed jagħmel issa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu kontra d-detention service officer li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ftit jiem ilu ġie ffotografat jisraq van mimli injam?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-edba serq ta’ injam jew affarijiet oħra mid-DS. L-injam li jidher fuq il-vann huwa mixtri personalment minn sid il-vann u li tagħhom għandu l-irċevuti. Flokk baqa sejjer id-dar bihom, waqaf fiċ-Ċentru ta’ Ħal Safi għax kien xogħol hemmhekk.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi d-driver tal-Kap tas-Servizzi ta' Detenzjoni qed ikollu mijiet kbar ta' ewro approvati f'overtime kull xahar, meta bħala driver suppost jirċievi biss l-allowance bħala driver kif stipulat fil-PSMC?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.