B'riferenza għal Triq 29 ta' Mejju 1552 f'Ħal Kirkop, jista' il-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm li r-rimanenti parti ta' din it-triq tiġi mogħtija wiċċ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser issir spezzjoni fuq il-post sabiex isir rapport fuq l-istat tat-triq.
Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu jibni mill-ġdid Triq il-Qasam Sperimentali f'Ħal Farruġ, Luqa minħabba li ġratilha ħafna ħsara sakemm kien hemm devjazzjoni tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet li kienu għaddejjin fi Triq Ħal Qormi, Ħal-Luqa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser issir spezzjoni fuq il-post sabiex isir rapport fuq l-istat tat-triq.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 17725, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' jinsabu dawn il-public service garages u kemm hawn vannijiet bojod reġistrati f'kull lokalita'?.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax isir xogħol urġenti fuq Wied il-Busbies fil-Landrijiet, limiti tar-Rabat, fejn dan l-aħħar it-triq sfrundat fuq bir li hu fond u ma jistax isir aċċess għal xi residenzi u anke għall-ristorant fil-viċinanza? Trakkijiet, anke dawk li jneħħu d-drenaġġ, qed jirrifjutaw li jgħaddu minn fuq planka tal-ħadid li tpoġġiet temporanjament fuq din il-parti li sfrundat.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' tarmac f'dawn it-toroq fiż-Żebbiegħ, limiti ta' l-Imġarr, Malta: Triq l-Imqades, Triq is-Saqwi u Triq Skorba?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta' xogħlijiet ta' bini ta' numru ta' toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-program tax-xogħlijiet ta' l-ADT.
Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata tat-toroq li huma pproġettati li se jsiru fil-Madliena matul din is-sena finanzjarja? It-tenders rilevanti ħarġu? Jekk le, meta mistennija joħorġu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jordna/jintervjeni sabiex isir bus stop adebilit fi Triq San Pietru, f'Ħal Kirkop?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-10 ta' Marzu, 2006 id-Direttorat dwar it-Trasport Pubbliku kellu laqgħa mall-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop fejn saru diversi talbiet f'dan ir-rigward.
Għaldaqstant, fil-futur immedjat l-Awtorita' ser twettaq din ir-rikjesta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17531 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17251, jgħid x'passi se jittieħdu biex il-wied li jinżel bix-xita ma jibqax joħloq għargħar u problemi għal ċerti nħawi fil-Gżira?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapporti li saru mill-esperti dwar il-problemi li nħolqu fuq it-tarmac il-ġdid tal-bypass tal-Ħemsija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentarti numru 17922.
Jista’ il-Ministru jindika n-numru ta' vetturi li hawn reġistrati u li għandhom iktar minn 25 sena u iktar minn 30 sena? X'persentaġġ jikkostitwixxi tal-vetturi kollha reġistrati f'Malta u Għawdex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fit-tweġiba li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tidher tabella bin-numru ta’ vetturi skond it-tip li qabżu l-25 sena u t-30 sena minn meta ġew reġistrati hawn Malta.
Dawn jagħtu persentaġġ ta’ 7.44% għal dawk li għandhom aktar minn 25 sena u 3.73% għal dawk li għandhom aktar minn 30 sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17332, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ADT għandha s-servizz tal-Melita Cable fl-uffiċini tagħha, fejn qiegħed it-television u min approva s-servizz?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għanda servizz tal-Melita Cable fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv. Dan kien ġie approvat miċ-Chairman preċedenti u jintuża minn uffiċjali varji għal bosta raġunijiet bħal aħbarijiet, intervisti etc.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jaħdmu sigħat ta' xogħol mingħajr overtime l-inspectors tal-karozzi tal-linja impjegati ma' l-ATP normalment? Jista' jgħid kemm hi l-paga gross kull xahar/perijodu ta' erba' ġimgħat ta' dawn l-inspectors u kemm hi r-rata ta' ħlas għal kull siegħa overtime li jaħdmu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-inspectors huma impjegati direttament mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u mhux mill-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Malta.
Għaldaqstant, l-Awtorita' mhux f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq is-Salib, Marsa hijiex privata jew pubblika? Jekk hi privata, jista' jgħid il-gvern qattx ta wiċċ lil din it-triq? Jista' jgħid jekk il-fatt li din tinfed ma' l-iżvilupp ta' triq oħra jirrendihiex privata? X'inhi r-raġuni li ma ġietx espropriata? X'passi se jittieħdu, stante illi r-residenti huma sprovisti minn servizzi, bħal tal-ħobż, gas, pitrolju minħabba terz li qiegħed jallega li hi privata u qed jistitwixxi proċedura kriminali kontra talin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li Triq is-Salib hija pjuttost twila, riferenza għall-pożizzjoni partikolari tista’ tiffaċilita' l-proċess ta’ riċerka li jrid isir sabiex tingħata risposta korretta.
Jista' il-Ministru, għar-rigward ta' Triq Dun Giacomo Tortella fl-Imqabba, jgħid: a) meta din it-triq se tingħata wiċċ issa li l-bini fl-istess triq tela' kollu? b) meta se tiġi ffurmata s-service road li tgħaqqad Triq Dun Giacomo Tortella ma Vjal il-Konvoj ta' Sta. Marija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17294 u storja li dehret fuq il-ġurnal "l-orizzont" dwar xi rapport li jagħti raġunijiet differenti għaliex it-triq ċediet, jista' issa l-Ministru jgħid liema hija l-verżjoni t-tajba, dik li ngħatat fir-risposta parlamentari jew dik li dehret fuq il-ġurnal "l-orizzont"? Huwa minnu li hemm xi rapporti li baqgħu mistura minnu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minħabba li l-ġurnal l-Orizzont kemm il-darba ħareġ stejjer fuq din it-Triq ma nafx għal liema risposta qiegħed jirrferi l-Onorevoli Interpellant.
Ir-rapporti tal-investigazzjonijiet tal-infrastruttura ta' taħt it-Triq ġew mgħoddija lill-Ministeru fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet.
Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi talab formalment lic-Chairman tal-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex jithejja rapport dettaljat fuq dawn il-ħsarat. Rapport preliminari minn nies tekniċi tal-Awtorita' dwar it-Trasport diġa ntbagħat lill-Ministeru. Hija l-fehma tal-Ministeru u s-Segretarju Permanenti li l-kwistjoni jeħtiġilha aktar investigazzjonijiet u saret il-komunikazzjoni f'dan is-sens lill-Awtorita' dwar it-Trasport. Meta l-mistoqsijiet kollha ta' l-Ministeru jkunu mwieġba, ma jkollniex problema li dawn ir-rapporti jitqegħdu fuq il-mejda tla-Kamra.
Peress li spiss ikollna risposti li xogħol fuq toroq isir skond lista ta' prioritajiet, jista' il-Ministru jgħid meta se titlesta din il-lista, u allura titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra għas-sodisfazzjon tar-residenti tat-toroq in kwestjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan l-eżerċizzju hu mistenni jitlesta sa xahar ieħor. Wara li jitlesta' l-eżerċizzju jkun jista' jingħata indikazzjoni tal-prijoritajiet għas-sena li ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' Segretarju Permanenti, Direttur Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat il-call for applications fid-dekasteru tiegħi kienu kif jidher hawn taħt :-
L-Awtorita’ dwar it-Trasport kien hemm żewġ call for applications.
1. Direttur għall-Licensing & Testing Directorate
2. Direttur għan-Network Infrastructure Directorate
Fiż-żewġ każijiet l-appointment ingħata lill-persuna li ġiet l-ewwel.
Fil-Ministeru/Dipartiment kien hemm żewġ call for applications.
1. Assistent Direttur fl-EU Directorate fejn l-appointment ingħata lill-persuna li ġiet klassifikata l-ewwel.
2. Assistent Direttur fl-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti. Dan il-post għadu ma nteliex iżda mistenni li jintela’ mill-persuna li ġiet klassifikata l-ewwel.
Matul l-istess perjodu kien hemm żewġ sejħiet għall-kariga ta’ Diretturi. Waħda fl-EU Directorate u l-oħra għal Director Support Services & Financial Management. Dawn l-applikazzjonijiet u l-appointments rispettivi isiru mis-Senior Appointments Advisory Committee.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16056 u jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih:
Is-segretarju permanenti; id-direttur ġenerali; id-diretturi; l-assistent personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu?
Kemm nefaq għal petrol kull wieħed minnhom xahar b'xahar bejn Jannar 2004 sa Novembru 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-allowance tal-petrol li huma ntitolati għalih l-uffiċjali msemmija huwa skond kif stipulat fil-guidelines maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Il-kariga ta' Direttur Ġenerali ma teżistix fil-Ministeru. L-assistent personali tiegħi juża l-karozza tiegħu u ta' dan jingħata allowance skond il-guidelines għall-ingaġġar ta' staff fis-segretarjati privati.
F'każ tan-nefqa tal-petrol minn April 2004, wara li twaqqaf il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq sa Novembru 2005; tas-segretarju permanenti, tad-diretturi u tas-segretarja tiegħi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li fid-dekasteru tiegħu nħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti, kif jiġri s-soltu, u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuini u min ħa din id-deċiżjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li kien hemm żewġ calls for application għal Director Projects & Co-ordination Unit lejn l-aħħar tal-2004 u fis-sajf tal-2005. F'dawn iż-żewġ okkażjonijiet ħadd ma ġie appuntat. Dawn il-calls joħorġu mill-Uffċċċju tal-Prim Ministru. Id-deċiżjoni ttieħdet mis-Senior Appointments Advisory Committee.