Sptar Mater Dei – Medical Assessment Unit – fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li m’hemm l-ebda problema mal-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD) dwar fondi Ewropej allokati għall-proġett tal-Medical Assessment Unit minħabba t-tibdil li sar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn il-PPCD, FMS, Dipartiment tal-Kuntratti u d-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-għala mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-ARMS Metering u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mas-Segretarjat tas-Saħħa u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Airport u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mad-Dipartiment tal-Artijiet u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
Jista’ l-Ministru jagħti l-organigramma tal-istruttura tal-Engineering Resources ltd?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura maniġerjali tikkonsisti minn General Manager, Manager HR u Relazzjonijiet Industrijali, kif ukoll Policy and Industrial Relations Manager.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-injection Follitropin alfa 75iu tingħatax fuq talba ta’ konsulent jew le, mis-sistema tal-kartuna s-safra? Jekk iva, hemm il-ħsieb li tibqa’ tingħata jekk le? Jekk le, għaliex twaqqfet jekk kienet tingħata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-injezzjoni Follitropin Alfa 75iu mhux imniżżla fil-formularju tal-Gvern u għalhekk ma tingħatax mis-sistema tal-kartuna s-safra.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ biex tiġi rranġata problema tal-ilma li jżomm quddiem zebra crossing fi triq Telgħet Raħal Ġdid Paola u li qed jkun ta' inkonvenjent għar-residenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn Ottubru u Novembru 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-average bed occupancy tas-soddod fl-Isptar Mater Dei li jintużaw għal in-patients hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
2014OttubruNovembru
% Average Bed Occupancy85%85%
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014 konsulent b’konsulent u jagħti l-isem tal-konsulent rispettiv?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher f’xi kurudur, fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei li mhux ward, bejn Ottubru u Novembru 2014? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’Ottubru tal-2014 kien hemm 123-il pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 376-il pazjent. F’ Novembru tal-2014 kien hemm 124-il pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 637-il pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbgħat għall-kura barra minn Malta bejn Ottubru u Novembru 2014? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Bejn Ottubru u Novembru intbghatu 138 pazjent ghal-kura barra min Malta. Ma tinzamx informazjoni rigward kemm sewa kull kaz.
L-Isptarijiet fejn intbghatu huwa kif jidher fit-tabella.
Name of Hospital
Oct
Nov
Total
Addenbrooke's Hospital Cambridge
1
0
1
Birmingham Children's Hospital
1
0
1
Great Ormond Street Hospital
11
11
22
Guy's Hospital
1
4
5
Hammersmith Hospital
0
2
2
Heart Hospital
2
1
3
ISMETT
0
1
1
John Radcliffe
1
1
2
King's College Hospital
1
3
4
Manchester Royal Infirmary
0
1
1
Moorfields Eye Hospital
9
6
15
National Hospital
4
8
12
Nuffield Orthopaedic Centre Oxford
10
1
11
Policlinico di Monza
1
3
4
Queen Victoria Hospital Sussex
0
1
1
Royal Brompton
1
1
2
Royal Free Hospital
1
3
4
Royal London Hospital
1
1
2
Royal Marsden Hospital
10
5
15
Royal National Orthopaedic Hospital
2
2
4
Royal National Throat, Nose and Ear
0
1
1
Royal Surrey Country Hospital
1
0
1
San Raffaele Milan
1
2
3
Southampton General Hospital
1
0
1
St Bartholomew's Hospital
0
1
1
St Mark's Hospital
3
0
3
St Thomas Hospital
1
0
1
Sussex Eye Hospital
1
0
3
University College London Hospital
9
5
14
Total
138
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — azzjonijiet industrijali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm 39-il azzjoni industrijali fil-prezent. Dawn jinkudu azzjonijiet li ilhom mil-2011 u inhargu mill- MUMN, UHM, u MAM.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija jew instituzzjoni ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-istituzzjoni hija l- “Leeds Teaching Hospitals NHS Trust”.