Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proċessuri tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jgħid din is-sena kemm mill-proċessuri lokali tat-tjur huma ċertifikati li huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u kemm huma dawk li mhumiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10367.

Proċessuri tal-Majjal

Question

Jista' il-Ministru jgħid din is-sena kemm mill-proċessuri lokali tal-majjal huma ċertifikati li huma konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea u kemm huma dawk li mhumiex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 10371

Ministeru ta' l-Affarijiet Rurali u Ambjent — Tenders

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jippreżenta lista bin-numru ta' tenders u offerti li nħarġu bejn April 2003 s'issa? Jista' ukoll jelenka l-ismijiet tal-kumpanniji u ndividwi li ngħataw dawn l-offerti u jgħid xi ħlasijiet ħadu mill-ministeru u l-awtoritajiet, dipartimenti u aġenziji fi ħdanu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tirrikjedi ħafna xogħol biex tinġabar l-informazzjoni jista’ l-Onor. Interpellant jkun aktar speċifiku dwar xi każijiet speċifiċi li jista’ jkollu f’moħħu.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jelenka f'lista n-numru ta' safriet minn persuni, uffiċjali f'dipartimenti, aġenziji u awtoritajiet fi ħdan il-ministeru bejn April 2003 s'issa? Jista' jelenka l-ismijiet ta' dawk li siefru, f'liema post u l-iskop ta' dan is-safar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Flieles għas-simna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10343, jista' il-Ministru jinformani kemm mill-ispiża in kwestjoni se tkun sussidjata mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jinformani dwar liema spiża qed jirreferi għaliha.

Siġar u pjanti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar u pjanti madwar Malta u Għawdex fis-sena li għaddiet (2004)? Ta' liema għamla kienu? Kemm minn dawn is-siġar u pjanti nzertaw fid-diversi skejjel f'pajjiżna? Jista' jelenka liema kienu dawn l-iskejjel u x'siġar u pjanti tħawlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija għada qed tinġabar l-informazzjoni. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġar u pjanti

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm biex matul din is-sena finanzjarja (2005) jitħawlu siġar u pjanti fi skejjel f'pajjiżna? Kien hemm talbiet minn skejjel individwali u liema huma l-iskejjel konċernati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlametari lill-Ministru kkonċernat.

Magħtab — Scott Wilson Report

Question

Minħabba l-interess nazzjonali, jista' il-Ministru jippreżenta kopja tad-dokument sħiħ ta' l-iScott Wilson report dwar il-Magħtab lill-oppożizzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Minerals Resources Assessment Report

Question

Minħabba l-interess nazzjonali, jista' il-Ministru jippreżenta kopja tad-dokument sħiħ tal-minerals resources assessment report lill-oppożizzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Baċir Nru 1 — Public Consultations

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saru public consultations għal baċir nru. 1? Meta u fejn kienu reklamati f'kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-konsultazzjoni dwar il-proġett għar-riġenerazzjoni tal-baċir numru wieħed tnediet fis-sitta ta' Diċembru 2004 permezz ta' dikjarazzjoni għall-mezzi tax-xandir (press release). Id-dikjarazzjoni kienet tgħid biċ-ċar li d-dokument kien jista' jinkiseb mill-website ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Saru wkoll laqgħat mal-Kunsilli Lokali l-aktar milquta minn dan l-iżvilupp.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jindika l-ammont ta' flus li tħallsu f'konsulenzi mill-gvern bejn April 2003 s'issa? Jista' ukoll jelenka l-ismijiet tal-konsulenti mqabbda mill-ministeru u l-awtoritajiet, dipartimenti u aġenziji fi ħdanu u jgħid xi ħlasijiet ħadu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Dwar it-tieni parti, jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema perjodu eżatt jeħtieġ l-informazzjoni

Ħal Farruġ — Impjanti li jibbottiljaw iż-żjut

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-limiti ta' Ħal Farruġ hemmx impjant/i li jaħżnu jew jibbottiljaw xi żjut jew gassijiet? Kemm koperti u mhux koperti bil-permess. Jista' jagħti lista tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-inħawi msemmija mill-Onor. Interpellant, sa llum hemm applikazzjoni waħda quddiem l-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal impjant li jkun kapaċi jaħżen xi gassijiet.

Biċċerija — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown taċ-ċifra ta' flus li ntnefqu sabiex ġiet upgraded il-biċċerija tal-Marsa matul l-2004? Jista' jinformana bl-istess dettal għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba għadha qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, u d-Diviżjonijiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, kera tnejn u erbgħin (42) karozza fuq bażi regolari, filwaqt li sbatax (17) oħra inkrew għal perjodi qosra ta’ żmien. L-ispiża totali matul is-sena 2004 fuq dawn il-kirjiet ta’ karozzi kienet ta’ Lm 80,082, li minnhom Lm16,738.72 kienet l-ispiża għall-fuel, u Lm63,343.62 tħalsu għall-kiri tal-karozzi. Jien infurmat ukoll li matul is-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta' Settembru 2004, in-numru ta' vetturi mikrija mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kien ta' sitta u ħamsin (56). L-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet kienet ta' Lm108,879 u l-ispiża totali tal-fuel kienet ta' Lm22,352. Matul is-sena/jew parti minnha 2004 in-numru ta kiri ta karozzi mill-kumpanija Wasteserv Malta Limited kienu tnejn. L-ispiża ta’ dawn il-karozzi kienet tammonta għal Lm 3,426.55 u l-ammont ta’ fuel kien Lm 1,344.35.

Ċentru tal-Micropropagazzjoni — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown taċ-ċifra ta' flus li ntnefqu sabiex ġie upgraded iċ-ċentru tal-Micropropagazzjoni matul l-2004? Jista' jinformana bl-istess dettal għas-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għall-informazzjoni ta’ l-Onor. Interpellant fis-sena 2000, dak li darba kien iċ-Ċentru tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti inbidillu l-iskop tiegħu u sar Ċentru tal-Bioteknoloġija tal-Pjanti. Barra mill-propagazzjoni ta’ pjanti f’dan iċ-Ċentru qed isir xogħol ieħor utli fuq il-viroloġija u l-batterjoloġija tal-pjanti. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2000 – 2004 separatament.

Tniġġis ta' l-arja — Testijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saru l-aħħar testijiet ta' tniġġis ta' l-arja fid-diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin? Jista' ipoġġi dan ir-rapport fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tmexxi programm ta’ moniteraġġ regolari, magħruf bħala “diffusion tube network”. Dan il-programm huwa mifrux ma’ 40 lokalità f’Malta u 5 f’Għawdex. Dan il-programm ilu għaddej mill-bidu ta’ l-2001 u l-aħħar testijiet qed isiru għall-perjodu Jannar/Frar 2005. Ir-riżultati kollha ser ikunu fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala parti minn “upgrade” tal-website li s-sezzjoni ta’ l-IT qed tieħu ħsieb.

Ċentru tal-Micropropagazzjoni — Safar

Question

Jista' il-Ministru jagħtina breakdown tas-safar li sar mill-uffiċjali taċ-ċentru tal-Micropropagazzjoni matul is-sena 2004? Min kienu l-uffiċjali u x'kienu s-suġġetti tal-konferenzi, laqgħat u seminars li attendew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MEPA — Tibdil/Tiswija ta' Gallariji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta l-MEPA se jerġa' ikollha l-iskema għal tibdil jew tiswija tal-gallariji fil-Belt Valletta u l-Kottonera? Hemm xi ħsieb li din l-iskema tkun introdotta għall-irħula ta' Għawdex ukoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa m'inhix f'pożizzjoni li nwieġeb għal meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se jerġa' ikollha l-iskema għal tibdil jew tiswijiet tal-galleriji fil-Belt Valletta u l-Kottonera. Barra minnhekk, is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant dwar li l-iskema tkun introdotta għall-irħula ta' Għawdex ġie nnotat.

Impjant ta' Sant'Antnin — EIA

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10528 u cioe' jgħid kif saret l-għażla tal-kumpannija biex isir l-EIA dwar l-impjant ta' l-iskart f'Sant'Antnin? Jista' jgħid kemm intefgħu offerti? Kemm kienu jammontaw? X'konsiderazzjonijiet ittieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-għażla tal-kumpanija biex isir l-Environment Impact Assessment (EIA) dwar l-impjant ta’ l-iskart f’Sant Antnin saret permezz ta’ sejħa għall-offerti b’Avviż numru WSM/011/2003 tal-kumpanija Wasteserv Malta Ltd fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tas-7 t’Ottubru 2003, liema sejħa għalqet fit-30 t’Ottubru 2003. Għal din is-sejħa ntefgħu żewġ offerti minn l-SLR Environmental u l-Adi Associates. L-offerta tal-kumpanija Adi Associates kienet ta’ Lm 43,693.80. Il-kumpanija SLR Environmental tefgħet żewġ offerti alternattivi, l-ewwel waħda għas-somma ta’ Lm 86,620, u t-tieni waħda għas-somma ta’ Lm 52,180. Minħabba li l-irħas offerta ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet kollha tat-tender, l-SLR Environmental ġew ikkommissjonati biex jagħmlu dan ix-xogħol skond ir-rati stabbiliti fl-offerta. Il-konsiderazzjonijiet li ttieħdu huma dawk stipulati fis-sejħa għall-offerti.