Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jassigurana li l-ħaddiema Għawdxin li l-water services corporation bagħtet mal-kunsill f'Għawdex ma jitilfux id-dritt li jirritornaw għax-xogħol li kellhom mal-korporazzjoni kemm-il darba ma jidrawx ix-xogħol mogħti lilhom bla konsultazzjoni ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Malta drydocks — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15705 u jgħid b'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15588, fejn waslet l-investigazzjoni dwar l-għoti ta' direct orders lil lukanda partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni mistennija tibda dan ix-xahar.

Private staff fil-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm miegħu? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benfiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minnhom huma mid-distrett elettorali tiegħu u jagħti lista ta' l-ismijiet , indirizzi u identity cards tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kordin grain terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Kordin grain terminal minn Jannar 2005 sal-lum? Kemm tħallsu flus għal dan l-overtime? Jista' jgħid kull persuna li ħadmet overtime tul dan il-perijodu kemm tħallset tiegħu? Jista' jgħid ix-xogħol f'dan l-overtime x'kien jinkludi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kordin grain terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li xi kultant jiddaħħal/jiddaħħlu xi ħaddiem/a minn barra l-Kordin grain terminal biex jagħmlu xogħol bil-gaffa? Kif jintgħażlu dawn in-nies? Jista' jgħid meta kienu l-każi, jekk dan hu fl-affermattiv, tul is-sena 2005 u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każini — Meters tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li f'każ ta' każini jkun hemm possibbilta' li jitwaħħlu żewġ meters ta' l-elettriku, wieħed għal bar (b'rata kummerċjali) u ieħor għal bqija tal-każin (b'rata ordinarja) minħabba li x-xogħol volontarju li jsir fil-każini ma jistax jitqies bħala wieħed kummerċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Reverse osmosis plants — energy output

Question

Jista’ il-Ministru jikkwantifika l-ammont ta' l-energy output li jmur għat-tħaddim tar-reverse osmosis plants? Xi kemm huwa bħala proporzjon jew persentaġġ tat-total energy output f'kull waħda mill-aħħar ħames snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15851 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Main official sponsor taċ-CHOGM

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15953 u jikkonferma li l-kumpannija nazzjonali Air Malta kienet se tkun il-main official sponsor taċ-CHOGM? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: 1) x'inhi r-raġuni li din il-kumpannija ma baqgħetx ikkonsidrata bħala main official sponsor? 2) Xi spejjeż laħqet għamlet il-kumpannija f'dan ir-rigward? Jista' jgħid ukoll jekk il-kumpannija ġiet aċċettata bħala official sponsor biss, x'kienu l-ispejjeż involuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Air Malta qatt ma kienet ser tkun il-main official sponsor taċ-CHOGM u b'hekk qatt ma għamlet spejjeż f'dan ir-rigward. L-Air Malta, bħal numru ta' organiżżazzjonijiet oħra, laħqet ftehim maċ-CHOGM biex tkun appuntata bħala sponsor ta' dan l-avveniment. Il-ftehim bħal kull ftehim ta' dan it-tip, kien jinkludi numru ta' benefiċċji lill-Air Malta u liċ-CHOGM fosthom:- L-Air Malta tiġi nominata bħala l-linja ta' l-ajru uffiċċjali taċ-CHOGM u li tuża dan it-titlu għal-finijiet promozzjonali u pubbliċitarji fuq ir-rotot u l-pajjiżi kollha li topera minnhom. L-Air Malta jkollha possibilita' li tippromovi s-servizzi tagħha fost id-delegati taċ-CHOGM billi tibgħatilhom tagħrif ta' natura kummerċjali u istituzzjonali. L-Air Malta jkollha l-possibilita li tippromovi l-isem tagħha fil-postijiet fejn isiru l-laqgħat taċ-CHOGM. L-Air Malta tidher fuq il-pubblikazzjonijiet u websites taċ-CHOGM bħala l-linja ta' l-ajru uffiċċjali. Id-dettalji tal-ftehim huma ta' natura kummerċjali u b'hekk ma nqisx li dan il-ftehim għandu jiġi żvelat lill-pubbliku.

Dipartiment tad-drenaġġ/WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ u/jew il-water services ħadux il-passi biex tissolva l-problema ta' ilma/drenaġġ li dieħel f'fond tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318, 15482, 15608, 15718 u 15947 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.