Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar ta' l-Anzjani — Overtime

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern li fl-aħħar disa' xhur qalgħu f'xi xahar bejn Lm100 u Lm200 f'overtime, jew iktar minn Lm200 f'overtime? X'kien il-grad tagħhom u f'kull każ separat kemm kien l-overtime għall-aħħar disa' xhue?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba huma kif ġej hawn taħt: Grad Nru. fil-Grad Overtime Nru. fil-Grad Overtime Ammont Mħallas Lm100-Lm200 Lm200 u aktar Lm Care Workers 9 1 3,203.80 Ass. Care Workers 4 Nil 1,837.68 Hosp. Auxiliary 1 Nil 104.56 Nursing Aides 3 1 826.46 Enrolled Nurse 1 Nil 101.82 Cook Nil 1 1,637.37

Saħħa — Pharmacy Technician

Question

Jista' il-Ministru jgħid ħarġitx sejħa għall-ingaġġ ta' pharmacy technician mid-dipartiment tas-saħħa jew mill-FMS fl-aħħar sena u nofs? Jekk fl-affermattiv, meta saret din is-sejħa? Kemm applikaw? Kemm intgħażlu, x'inhu l-isem u l-ID card ta' kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul l-aħħar sena u nofs kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Pharmacy Technician fid-Diviżjoni tas-Saħħa fid-19 ta' Marzu 2004. Kienu applikaw sitta u ntgħażlu erbgħa. Ir-riżultat ta' l-intervista kien ġie ippubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kien twaħħal fin-Notice Board fl-uffiċċju ta' l-istess kummissjoni kif ukoll fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Mill-FMS ma ħarġet l-ebda sejħa għall-ingaġġ ta' Pharmacy Technician fl-aħħar sena u nofs. Qiegħed inpoġġi kopja tar-riżultat fuq il-Mejda tal-Kamra.

Anzjani — Klassifikazzjoni

Question

Peress li f'Avviż Legali 259 ta' Mejju li għadda hemm stipulati r-rati l-ġodda ta' tnaqqis mill-pensjoni ta' dawk l-anzjani rikoverati fi sptarijiet tal-gvern jew djar ta' l-anzjani, u peress li dawk l-anzjani li tpoġġew f'kategorija 2 ta' livell ta' trattament, jista' il-Ministru jivverifika/jeskludi jekk hux minnu li dawk l-anzjani rikoverati f'San Vincenz de Paule mhumiex se jiġu klassifikati f'din il-kategorija awtomatikament u irrispettivament mil-livel ta' kura li jkunu qegħdin jingħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li r-residenti ta' San Vinċenz de Paul huma kollha kklassifikati bħala kategorija tat-tieni (2) livel.

Bormla — Qasam tad-djar ta' Verdala - ġrieden

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir tindifa kif ukoll attakk bis-serjeta' fuq il-problema kbira ta' ġrieden li hemm fil-housing estate ta' Verdala f'Bormla? Jista' jgħid x'se jsir sabiex inkunu nistgħu inserrħu ras ir-residenti li huma terrorizzati bi ġrieden kbar ġejjin minn kullimkien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda ilment ma wasal fl-uffiċċju tas-Saħħa tar-Reġjun indikat, dwar akkumuli ta' ħmieġ jew ġrieden fil-housing estate ta' Verdala f'Bormla matul din is-sena. Minn spezjoni li saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fil-lok indikat ma nstab l-ebda akkumulu ta' skart li jista' jġib il-ġrieden. Minkejja dan, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control ta' l-istess Dipartiment għamlu t-trattament neċessarji għal kontra l-ġrieden.

Sptar Monte Carmeli — Ward 2 - pazjenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li r-residenti ta' Ward 2 fl-isptar Monte Carmeli jingħataw jieklu fl-4.30 p.m. u fil-5.00 p.m. ikunu diġa' inpoġġija fis-sodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fis-swali msemmija hemm numru ta' pazjenti li huma bedridden u minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jinżlu mis-sodda. Il-pazjenti l-oħra jibdew jiġu mogħtija l-ikel għal ħabta ta' l-4.30pm u żgur li ma jkunx possibbli li jkunu lesti għas-sodda sal-5.00pm. Dan l-aktar meta jitqies ukoll li dawn il-pazjenti jiddependu għal kollox fuq in-nurses biex jieklu.

Persuni b'diżabilita' — Ċentri ta' matul il-jum

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7977 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu day centres għall-persuni b'diżabilita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-preżent għandna 9 ċentri ta' taħriġ fejn persuni b'diżabilita' jattendu kuljum. Għalissa m'hemmx il-ħsieb li jinfetħu Day Centres għal persuni b'diżabilita'.

Ċentri tas-saħħa — Persuni li ħadu d-drogi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-casualty jew ġo ċentri tas-saħħa minħabba tehid eċċessiv ta' droga, pilloli jew alkoħol din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni li jidħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza tal-Isptar San Luqa u li jkunu konfermati li huma każijiet ta teħid eċċessiv ta' pilloli/droga jiġu ammessi għal kura fis-swali ta' l-isptar. Matul l-2004 sa l-20 ta' Ottubru daħlu 102 irġiel u 118 nisa.L-etajiet ivarjaw minn 15 sa 70 sena. Matul is-sena 2004, il-persuni li daħlu fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza għal teħid eċċessiv t'alcoħol u li ħtiġilhom kura fis-swali ta' l-Isptar San Luqa kienu 18 ħames (5) nisa u tlettax (13) -il raġel u dan sal-20 t'Ottubru 2004. L-etajiet varjaw minn 17 sa 84 sena. L-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżammx.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Bejgħ ta' Oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u x'inhi l-proċedura biex wieħed jakkwista qabar fl-istess ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li huwa il-ħsieb tad-Dipartiment li hekk kif titlesta l-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata li hemm ippjanata, l-oqbra jiġu allokati skond il-lista ta' l-applikanti (Waiting List). Il-proċedura biex wieħed jakkwista qabar f'Ċimiterju tal-Gvern hija li japplika fuq applikazzjoni li tista tinġabar mill-'Burials Administration Unit' li tinsab fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata. Tali applikazzjoni tiġi reġistrata u titpoġġa ġo 'waiting list' skond iċ-Ċimiterju ndikat.

Djar ta' l-anzjani — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani u x'inhu l-grad tagħhom? Kemm hemm persuni li huma bil-kuntratt, x'inhu xogħolhom u kemm jitħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SVPR — Infiq mill-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq ir-residenza San Vincenz de Paule, sena b'sena fis-snin 1986, 1991, 1996, 2001, 2002 u 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-gvern fuq ir-residenza San Vinċenz de Paule, sena b'sena fis-snin mitluba hi kif ġej: SENA Lm 2003 8,134,875 2002 7,956,032 2001 7,698,223 1996 5,772,874 1991 4,424,000 (Budget totali għad-Diparment tal-Kura ta' l-Anzjani) 1986 Fis-sena 1986 il-qasam ta' l-anzjani kien jagħmel parti mill-Ministeru tas-Saħħa u Ambjent u ċ-ċifri speċifiċi m'humiex indikati.

Għajnuna Soċjali — Servizz ta' handyman

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Santa Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/G'Mangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li għamlu l-użu mis-servizz tal-handyman matul din is-sena skond il-lokalitajiet mitluba hu kif ġej: Lokalita' Anzjani Persuni bi bżonnijiet speċjali Ħamrun 71 5 St.Venera 33 0 Marsa 21 2 Valletta 39 2 Floriana 26 0 Pieta' 4 0 G'Manġia 11 2 Qormi 29 4 Luqa 4 0 Kirkop 6 0

Ħal Qormi — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk immigranti klandestini humiex jintbagħtu għal kura jew testijiet fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid x'miżuri ta' prekawzjoni qegħdin jittieħdu favur is-saħħa ta' dawk li normalment jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Meta jaslu immigranti klandestini f'Malta dawn jiġu screened immedjatament mit-tobba ta' l-Emerġenza (E&A) għal kull mard li jista' jkollhom u jingħataw t-trattament kollu li jistgħu jkollhom bżonn. Dawn wara jiġu screened aktar fil-fond mit-tobba tal-Port Health għal mard li jittieħed u jerġgħu jingħatu t-trattament fejn hemm bżonn. Huwa biss wara dan kollu li jintbgħtu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi (fiċ-Chest Unit) biex isirulhom ċertu testijiet oħra. Sa issa ma kellna ebda indikazzjoni li kien hemm bżonn li jittieħdu xi prekawzjoni speċjali minħabba l-attendenza ta' dawn l-immigranti klandestini għand it-tobba ġewwa iċ-Ċentri tas-Saħħa.

Sptar San Luqa — Speċjalisti Barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7910, jista' il-Ministru jgħid il-persuna indikata minnu x'livell ta' performance ma laħqitx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma kienitx sodisfatta bil-livell milħuq mill-persuna konċernata għal dak li jirrigwarda endoskopija.

Dfin — Cremation

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb jintroduċi l-cremation bħala alternattiva tad-dfin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-preżent m'għandu l-ebda pjanijiet biex jintroduċi huwa stess xi tipi alternattivi ta' dfin. Għaldaqstant, fl-eventwalita' li jirċievi applikazzjonijiet għall-introduzzjoni ta' krematorju f'Malta mill-privat, dawn jiġu kkunsidrati w evalwati skond kriterji, kundizzjonijiet u regolamenti eżistenti.

Ċimiterji — Qlugħ ta' Katavri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il katavru ġie maqlugħ mill-qabar biex jitpoġġa f'qabar ieħor fl-istess ċimiterju, u mill-Addolarata għal ċimiterju ieħor fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Sena Numru ta' Trasporti Effetwati 2000 115 2001 124 2002 86 2003 136 2004 98 sat-12 ta' Ottubru Tali figuri jinkludu trasporti li saru minn oqbra li jinstabu fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata għall-istess Ċimiterju, kif ukoll minn Ċimiterju oħra tal-Gvern għal Addolorata. Ma jinżammux records separati li juru trasporti minn Ċimiterji diversi għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata peress li dawn jitqiesu bħala dfin.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Upgrading

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir upgrading taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata minħabba li partijiet minnu jinsabu f'kondizzjoni ħażina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li xogħol ta' tindif u manutenzjoni fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata ssir ta' kuljum minn nies impjegati fl-istess Ċimiterju. Għaldaqstant xogħol ieħor strutturali u ta' restawrar isir bi pjan u fuq il-pariri neċessarji tal-periti. Tali xogħol isir skond riżorsi finanzjarju pprovduti għal dan il-għan.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il impjegat hemm jaħdmu fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata u xi grad u funzjoni għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li preżentament jeżistu 35 l-impjegat li jaħdmu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u f'Ċimiterji oħra tal-Gvern. Il-Grad u funzjoni tal-ħaddiema rispettivi huwa kif ġej: Numru ta' Impjgati Grad Funzjoni 1 Health Inspector Persuna responsabbli minn din is-sezzjoni 1 Foreman Persuna responsabbli għax-xogħol u l-ħaddiema barra mill-uffiċċju 1 Clerk Personnel, typing u xogħol fl-uffiċċju b'konnessjoni ma' dfin 3 Supervisors Wieħed-Xogħol fl-uffiċċju b'konnesjoni ma' dfin. Tnejn l-oħra- Supervisors fuq id-deffiena. 13 Gravediggers Tnejn jagħmlu xogħol ta' watchmen u tlieta jagħmlu xogħol ta' gatekeepers. 2 Watchmen Għassa maċ-Ċimiterju fil-għaxija 2 Health Asst. Jagħmlu xogħol ta' General Hands 1 Operative Xogħol ta' gatekeeper 1 Driver Xogħol ta' watchman 2 Hospital Auxiliary Xogħol ta' watchmen 8 General Hand Xogħol ta' gatekeeper 35 Total