Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-istudji li setgħu saru mill-ministeru jew mill-MFSC dwar l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE jista' jkollha fuq is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna?
X'inhu mistenni jkunu impatt ta' l-EMU fuq is-servizzi finanzjarji?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala kumment ġenerali, nista ngħid illi ma naħsibx illi l-EMU għandu jkollu xi impatt negattiv fuq is-servizzi finanzjarji f`pajjiżna. L-impatt tal-EMU fuq is-servizzi finanzjarji huwa suġġett importanti u komplikat u studju qed isir kontinwament l-MFSC u L-Bank Ċentrali ta` Malta.
Billi l-OECD se tippubblika lista ta' tax havens f'Jannar 2000, il-Gvern Malti irċieva xi indikazzjonijiet jekk pajjiżna huwiex se jkun inkluż f'din il-lista?
Response (DALLI, JOHN)
L-OECD għadha qed tagħmel l-istudji tagħha rigward id-diversi ġurisdizzjonijiet qabel ma toħroġ il-lista ta` tax havens. Din il-lista mhix mistennija toħroġ qabel Ġunju, 2000. Waqt li d-deċiżjoni finali hija naturalment tal-OECD, mill-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali tal-OECD u l-istituzjonijiet tagħna jidher li l-proċeduri li nużaw aħna huma aċċettabbli.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hux qiegħed f'pożizzjoni li jgħid jekk il-persuna li għandha stage 1 ta' l-ACIB, li diġa' ħadmet darbtejn (b'total ta' sitt xhur) bħala summer job mal-Bank of Valletta u li għaddiet mill-interview f'Ottubru 1999 għal clerk mal-BOV u li tinsab fuq il-waiting list biex tidħol mal-BOV għandhiex ċans li tiġi imsejħa?
Billi l-BOV impjega biss madwar tmien skrivani minn dan l-interview, hemm il-ħsieb li jista' jimpjega oħrajn sakemm dan l-eżami jibqa' validu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li BOV hija kumpanija privata.
Jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta dawk il-ħaddiema li ġew fid-Dipartiment tad-Dwana mill-Posta sejrin jiġu maqluba tal-post uffiċjalment billi diġa' ilhom hemm tliet snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li ġew fid-Dipartiment tad-Dwana mill-Posta huma diġa impjegati mal-Gvern b`mod regolari.
Jista' l-Minsitru jgħidilna peress li t-taxpayer inkarigatni biex tinġabar l-informazzjoni b'mod pubbliku, mhux kunfidenzjali, meta se titħallas mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, l-arretrati tax-taxxa, tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kuntrarjament għal dak li allega l-Kap ta' l-Oppożizzjoni, il-fatt li x-shares ta' l-HSBC f'Malta żdiedu bil-valur tagħhom għal aktar minn Lm4 ifissirx li kibret il-fiduċja u l-valur tal-bank? Dan il-fatt fih innifsu jista' jitqies bħala konferma ta' kemm kienet għaqlija d-direzzjoni tal-Gvern Malti li jbiegħ lill-Mid-Med Bank lil HSBC?
Response (DALLI, JOHN)
L-attivita fil-borża hi dik li hi u l-ishma jitilgħu mhux biss minħabba l-valur intursiku tal-kumpanija nvoluta imma wkoll b`riżultat tal-likwidita li jkun hawn fil-pajjiż kif ukoll tal-ammont ta` ishma li jkun hemm fis-suq.
Illum l-ishma kollha fil-borża ta` Malta telgħin.
Hu minnu li `l fatt li l-HSBC illum hi shareholder maġġoritarju tal-Mid-Med Bank żied valur lil Bank.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10576, jista' l-Ministru jikkonferma li s-safra tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ma kenitx konnessa mal-aġenzija internazzjonali li kien impjegat magħha u li għadu fuq il-kotba tagħha?
Response (DALLI, JOHN)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għal mistoqsija numru 10576.
Billi għadek kif ġejt irrapportat li għedt li qed tikkonsidra sistema alternattiva għar-refunds fuq it-taxxa, tista' telabora għal-liema taxxa qed tirriferi u x'inhuma l-pjani tal-gvern f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Jista l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema rapport qiegħed jirreferi.
Billi fir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1997 jingħad f'paġna 42 li l-gvern għandu jdaħħal Lm172 miljun f'Income Tax kif tirrikonċilja din il-figura ma'dik li għadek kif semmejt fuq Radio 101 li l-gvern għandu jieħu bejn Lm26 u Lm30 miljun fl-income tax?
Response (DALLI, JOHN)
Nassumi li kemm dam ministru tal-finanzi, l-Onorevoli Interpellant ħa interess li jkun jaf il-make-up tal-figura li tidher bħala arretrati. Jekk għamel hekk ġie spjegat lilu li din iċ-ċifra ma tirrapreżentax flus li għandhom jinġabru. Fil-fatt, fejn ir-rapport ta l-awdituri għas-sena 1999 jgħid f paġna 42 li l-Gvern kellu jdaħħal Lm 172 miljun, ir-rapport jgħid ukoll f paġna 47 li skond eżerċizzju li għamel id-dipartiment l-ammont attwali minn din il-figura ta arretrati ta taxxa kien ilaħħaq xi Lm50 miljun f Diċembru 1997.
Sa l-aħħar ta Settembru 1999 il-figura ta Lm172 miljun kienet niżlet għal Lm157 miljun. F dan il-perjodu ta bejn Jannar 1998 u Settembru 1999 inġabbru madwar Lm30 miljun f arretrati ta taxxa li fil-maġġoranza kienet taxxa miġbura bħala arretrati fuq assessments ta qabel il-1999.
Jista' l-Ministru jikkonferma li żort il-Libja dan l-aħħar? X'kienet in-natura taż-żjara? Ma' min iltqajt? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija?
Response (DALLI, JOHN)
1. Nikkonferma li żort il-Libya dan l-aħħar biex immexxi l-kumitat
kongunt bejn iż-żewġ pajjiżi.
2. Iltqajt mal-
co-Chairman tal-Kumitat konġunt - Libya Joint Commission:
Minister for Marine Wealth
Mr Bashir Ramadan Abu Jinah
Ministru tal-Finanzi
Dr Mohammed Beit Al-Mal
Gvernatur tal-Bank Ċentrali
Dr Taher al-Jhaimi
Ministru tal-Ekonomija u Kummerċ
Dr Abdul Hafiz Zlitni
Chairman of Lafico
Mr Mohammed Hueij.
3. Id-Delegazzjoni kienu:
Ministru John Dalli Minister of Finance and Co-Chairman
Mr Antoine Attard Private Secretary to the Minister of Finance
Mr Frank Zammit Assistent Private Secretary to the
Minister of Finance
Mr Pierre Mallia Desk Officer for Libya,
Ministry of Foreign Affairs
Mr Ivan Falzon Chairman - MIMCOL
Mr Mario Mizzi Senior Manager - MIMCOL
Mr Lino Gatt Council Member - Malta Drydocks
Mr Lorry Bilocca Financial Controller & Corporate Secretary
- Malta Drydocks
Mr Ivan Mamo Malta Drydocks
Mr John Cassar White Chairman - Malta Shipbuilding Co Ltd.
Mr Victor Galea Chief Executive Officer
Malta Shipbuilding Co Ltd.
Mr Louis Grech Chairman - Air Malta
Mr Joe Cappello Group General Manager - Air Malta
Mr Anthony Chircop Group Head Treasury - Air Malta
Ms Marlene Mizzi Chairman - Sea Malta
Mr Joseph Bugeja General Manager - Sea Malta
Mr Jesmond Zammit Senior Manager Commercial - Sea Malta
Mr Joseph Aquilina Senior Agriculture Officer -
Ministry of Agricultue & Fisheries
Mr Robert Ghirlando Chairman - Enemalta
Dr George Cassar Chairman -
Libyan Arab Maltese Holdings Company Ltd.
Mr Vince Callus Director, International Tax Unit -
Inland Revenue Department
Mr Godfrey Huber Deputy General Manager - Central Bank of Malta
Mr George Doublesin Ambassador
Mr Martin Valentino Counsellor
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema biex l-arretrati tat-taxxa li jridu iħallsu l-pensjonanti, jiġu mħallsa bin-nifs mingħajr ma jeħlu l-interessi ta' 1% kull xahar?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li hu flimkien ma' nies oħra marru diversi drabi jieklu u jixorbu għand il-Lantern Bar & Restaurant fil-Belt Valletta u li għal dawn l-ikliet qiegħed iħallas il-minsiteru jew wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jekk jirriżulta li huwa veru, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru dawn l-ikliet u kemm laħqu fi spejjeż? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet kif ukoll l-irċevuti tal-ħlas ta' dawn l-ikliet peress li dan l-infieq jikkonċerna nfiq pubbliku? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk apparti l-ħlasijiet li saru fadalx ħlasijiet oħra xi jsiru u jekk fadal kemm jammontaw?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8222?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar safar tiegħi nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8004.
Fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.
Issa li l-iskejjel daħlu fit-tielet ġimgħa tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fit-tuck shops ta' l-iskejjel tal-gvern, tal-Knisja u privati biex jaraw li jinħarġu l-irċevuti fiskali? Jekk saru, f'liema skejjel u x'instab? Jekk le, hemm il-ħsieb li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija l-prattika tad-Dipartiment li l-ispezzjonijiet li jagħmel jifrixhom fuq l-akbar numru possibbli ta` stabbilimenti tan-negozju differenti skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet eżistenti. Spezzjonijiet fit-tuck shops isiru meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex miexi fid-direzzjoni ta' wage freeze fir-rigward ta' korporazzjonijiet, aġenziji u awtoritajiet tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-risposta hi fin-negattiv. Pero f`kull ażjenda l-pagi jridu jkunu relatati mal-produttivita.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10208, ir-rapport in kwestjoni huwa "Selection Transition and Mediterranean Countries: An Institutional Primer on EMU & EU Relations" (working paper WP/98/82) tal-European I Department ta' l-IMF, jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija?
Response (DALLI, JOHN)
B`riferenza għal mistoqsija tal-Onorevoli Membru dwar studju jew working paper tal-IMF li tirreferi għall-pożizzjoni tal-pajjiżi ta` transizzjoni u tal-Mediterran rigward l-Unjoni Monetarja Ewropea (UME), nixtieq niġbed l-attenzjoni li, meta nkiteb ir-rapport, jiġifieri fil-bidu tal-1998, l-applikazzjoni ta` Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet diġa ilha ffriżata għal aktar minn sena. Nixtieq ngħid li, min dak iż-żmien s`issa, l-applikazzjoni reġgħet ġiet ri-attivata u bħalissa qed isir proċess ta` screening estensiv mill-Kummissjoni Ewropea. Parti minn dan il-proċess għandu x`jaqsam mal-preparamenti għad-dħul fl-Unjoni Monetarja Ewropea. Fil-fatt is-sessjoni ta` screening bilaterali fuq l-UME (Kapitlu 11) se ssir f`nofs Diċembru. Hu mistenni li, matul din il-laqgħa, il-Gvern joħroġ bil-proposti tiegħu sabiex b`mod gradwali jsir dak li hemm bżonn sabiex Malta tissieħeb fl-UME. Waħda mill-affarijiet li jridu jsiru hi li tissaħħaħ l-indipendenza tal-Bank Ċentrali. Għal dan il-għan, fl-1994, il-Gvern kien diġa ħa passi sabiex, permezz tal-emendi għall-Att dwar il-Bank Ċentrali ta` Malta, iħalli lill-Bank Ċentrali jaġixxi b`mod indipendenti ħafna, speċjalment fejn tidħol il-politika monetarja. Il-Gvern għandu f`moħħu li jdaħħal aktar tibdiliet għall-leġislazzjoni tal-Bank Ċentrali sabiex din tkun konformi ma` dak li titlob is-Sistema tal-Banek Ċentrali Ewropej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm konsultazzjonijiet ma'/jew rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi nvoluti fit-taħdidiet dwar il-ftehim kollettiv tal-PA ta' l-Universita' li ġew konklużi dan l-aħħar?
Għaliex il-Ministru ma tax struzzjonijiet speċifiċi lin-negozjaturi tal-ftehim kollettiv qabel ma' dawn ġew konklużi u mhux wara?
Response (DALLI, JOHN)
Ma nafx kif kien jaħdem l-Onorevoli Interpellant meta hu kien Ministru tal-Finanzi, pero meta il-Ministeru tal-Finanzi jiġi konsultanti, id-drabi ma jingħaddux.
Il-Ministeru ta` l-kummenti fil-ħin li ġie infurmat l-ewwel darba.
Dwar il-Lm128 miljun li huwa stmat li l-gvern se jkun ġabar minn Income Tax, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom qed jipproġetta li jkunu multi u penalitajiet oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-Lm128 miljun li se jkunu nġabru fil-1999, huwa ikkalkulat li Lm6,000 minnhom ikun multi u penalitajiet.
Jista' l-Ministru jelenka fid-dettall it-tibdiliet sostanzjali fil-liġi tal-VAT li qed teżiġi il-Kummissjoni Ewropea? Jikkonferma l-Ministru li dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom jikkonċernaw zero raties u eżenzjonijiet oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea għadha ma esiġit ebda tibdiliet fil-liġi tal-VAT.