Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni tal-wens

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħed idur bil-mama tiegħu u qiegħed jistenna li jieħu l-flus tal-wens? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Każ ta' pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha ma tirċievi l-pensjoni, u ċ-ċekk tagħha kien imur f'indirizz ieħor? Tista' din is-sinjura tiġi informata bl-aħħar żvilupp?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar — St Andrews HE

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tad-dipartiment tad-djar li joħroġ għall-bejgħ lill-inkwilini d-djar ta' St Andrews housing estate? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Inkwilini fi blokkijiet tal-Gvern jistgħu japplikaw biex jixtru l-proprjeta' mikrija lilhom fil-każijiet meta l-art tkun proprjeta' tal-Gvern jew f'kors ta' akkwist. L-inkwilini mitluba japplikaw taħt l-iskema 'Sir Sid Darek'.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti lill-housing authority illum u fejn joqogħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm 26 persuna li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti lill-Awtorita' tad-Djar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn il-persuni.

Xorb alkoħoliku fost iż-żgħażagħ

Question

Issa li għadda s-sajf u dalwaqt jasal il-Milied, tista’ il-Ministru tgħid fejn waslet bil-proposti tagħha rigward ix-xorb alkaħaliku fost iż-żgħażagħ? Għaliex hemm dan id-dewmien kollu biex jiddaħħlu miżuri li jipproteġu aktar lit-tfal kontra minn qed jabbuża billi jbiegħ u/jew iqassam xorb alkaħoliku fost iż-żgħażagħ? Tapprezza l-Ministru li speċjalment fi tmiem il-ġimgħa f'ħafna lokalitajiet ta' divertiment wieħed jista’ jara għadd ta' żgħażagħ, anke ta' eta` żgħira fis-sakra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejja abbozz ta' regolamenti dwar is-suġġett tal-Mistoqsija, li mistenni jitressaq għal konsiderazzjoni tal-Kabinett fil-gimgħat li ġejjin.

Każ ta' tfajla b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa mill-aktar fis il-każ ta' tfajla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, li hija b'diżabilita' u qiegħda tistenna li t-tabib tal-gvern jiffirma biex ikun jista' jinġieb vann tal-kummissjoni persuni b'diżabilita'? Jistgħu jittieħdu passi għall-ġid ta' l-istess tfajla biex tkun tista' tgħix ħajja indipendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant waslet għand il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita fis-27 ta' Ottubru 2005. Ninsab infurmata wkoll li l-Kummissjoni qed tikkoordina x-xogħol mad-diversi Dipartimenti biex jinħargu l-permessi u l-eżenzjoni meħtieġa biex jinġieb il-van.

Awtorita' tad-Djar — Care & repair scheme

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm applikaw persuni għal care & repair scheme tal-Housing Authority?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn meta bdiet titħaddem l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 611 talba għal dan is-servizz.

Sigurta' Soċjali — Single mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers illum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika dwar in-numru ta' single mothers fil-gzejjer Maltin. Ninsab infurmata li skond l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar benefiċċji mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, hemm 1,755 single mother li qed jirċievu xi tip ta' Għajnuna Soċjali.

Single mothers — Sussidju fuq housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single mothers li gawdew minn xi forma ta' għajnuna jew sussidju fuq il-housing kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u kemm kien l-ammont?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Gender mainstreaming

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar minnhom il-focal points u x-xogħol li suppost jagħmlu fid-dipartimenti tal-gvern u l-ministeri fir-rigward ta' gender mainstreaming?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-gender mainstreaming fid-Dipartimenti tal-Gvern illum qed jiġi ko-ordinat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza permezz ta' kumitati imsejħa Equality Committees, imwaqqfa f'kull Ministeru. Dawn il-kumitati, barra l-focal points,jinkludu wkoll uffiċjali ta' livell ta' direttur biex jiġi żgurat li l-kunċett ta' gender mainstreaming jkollu l-appoġġ fl-għola livell. Il-Kummissjoni qed timplimenta proġett dwar gender mainstreaming finanzjat minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea. Permezz ta' dan il-proġett ġiet impjegata Gender Liaison Officer li r-rwol tagħha, fost affarijiet oħra, hu li tiżgura li l-kumitati msemmija jkunu qed jiltaqgħu u tingħatalhom l-assistenza meħtieġa biex jiddentifikaw sitwazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal diskriminazzjoni. Il-focal points kif ukoll il-membri l-oħra ta' l-Equality Committees jipparteċipaw b'mod regolari fi programmi u laqgħat ta' taħrig organizzati mill-kummissjoni.

Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' persuni b'diżabilita' li jixtiequ jidħlu f'xi wieħed miċ-ċentri ta' taħriġ għall-adulti f'Malta u f'Għawdex? Mnejn huma dawn il-persuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hemm 51 applikazzjoni pendenti ta’ persuni b’diżabilita' f’Malta li qed jgħixu fil-Komunita’ u li jixtiequ jidħlu fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilita' f’Malta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-lokalitajiet fejn jgħixu dawn il-persuni. Rigward applikazzjonijiet pendenti ta’ persuni b’diżabilita' li jridu jidħlu fiċ-Ċentru tal-Persuni b’Diżabilita' ta’ Għajnsielem nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sigurta' Soċjali — Persuni fuq relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief illum għax il-bread winner huwa l-ħabs?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninformata lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika ta' dawk il-familji fuq ir-relief li l-bread winner huwa l-ħabs.

Awtorita' tad-djar — Kiri ta' residenzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn residenzi mikrija llum? Kemm minn dawn huma okkupati minn persuni b'diżabilita' u kemm minn single mothers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal postijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar għax ebda dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar ir-residenzi kollha mikrija f'Malta u Għawdex. Ninsab infurmata li l-Awtorita' għandha 101 residenzi mikrija li minnhom 31 huma mikrija lil single mothers u 23 huma mikrija lil entitajiet mhux Governattivi li jieħdu ħsieb persuni b'diżabilita'.

Awtorita' tad-Djar — Xiri ta' residenzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inxtraw residenzi tal-housing authority kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin minn persuni b'diżabilita' u single mothers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li waħda mill-persuni b’diżabilita’ li bbenefikaw minn xiri ta’ appartament fl-2002 mill-Awtorita’ tad-Djar, kif murija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8825 li jien tajt f’Seduta Numru 192, sussegwentement irrifjutat l-allokazzjoni.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru taġġornani dwar it-talba għall-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' tawtorizza li l-każ jiġi rimedjat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ ta' għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tġħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhijiex qed tingħata għajnuna għall-mard meta din għandha z-zokkor u mhux tirċievi r-relief?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Persuni fuq relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tieħu r-relief billi din ma taħdimx u għandha mara u żewġt itfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu ċ-children's allowance minħabba li qabżu t-threshold ta' l-Lm10,000 dħul f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.