Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19274 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant, ma kienx hemm impjiegi ġodda fl-Uffiċċju tal-Karti ta` l-Identita` fid-Depot tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #20085 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa - Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li applikaw għal-liċenzja tal-kaċċa din is-sena u minn liema belt jew raħal huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : - Attard 2 Ħaż Żebbuġ 14 Nadur 8 Santa Venera 2 B`Kara 9 Iklin 1 Naxxar 12 Siġġiewi 11 Birgu 2 Kalkara 1 Paola 2 Sliema 1 Bormla 6 Kerċem 2 Pembroke 1 Swieqi 2 Dingli 1 Kirkop 2 Pieta` 2 Tarxien 6 Fgura 4 Luqa 9 Qala 5 Valletta 1 Floriana 1 M`Scala 3 Qormi 9 Victoria 7 Fontana 2 M`Xlokk 3 Qrendi 3 Xagħra 10 Għajnsielem 3 Marsa 1 Rabat 16 Xewkija 7 Għargħur 3 Mellieħa 5 Safi 6 Xgħajra 1 Għasri 1 Mġarr 11 San Ġiljan 1 Żabbar 8 Għaxaq 7 Mosta 14 San Pawl 4 Żebbuġ 1 Gudja 1 Mqabba 1 Sannat 1 Żejtun 6 Ħamrun 2 Msida 5 Santa Luċija 1 Żurrieq 4
Leg 9 PQ #20087 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa - Arma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw biex iżommu arma tal-kaċċa (to keep) din is-sena u minn liema belt jew raħal huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej : - Attard 10 Gżira 23 Msida 14 Santa Luċija 13 B`Buġia 48 Ħamrun 20 Munxar 20 Santa Venera 25 B`Kara 61 Ħaż Żebbuġ 71 Nadur 47 Siġġiewi 30 Balzan 2 Iklin 6 Naxxar 46 Sliema 64 Birgu 6 Isla 6 Paola 15 Swieqi 8 Bormla 19 Kalkara 5 Pembroke 6 Ta` Xbiex 3 Dingli 9 Kerċem 21 Pieta` 12 Tarxien 21 Fgura 30 Kirkop 10 Qala 14 Valletta 12 Floriana 3 Lija 2 Qormi 49 Victoria 46 Fontana 10 Luqa 15 Qrendi 18 Xagħra 43 G`Mangia 1 M`Scala 13 Rabat 55 Xewkija 8 Għajnsielem 34 M`Xlokk 15 Safi 11 Xgħajra 5 Għarb 17 Marsa 15 San Ġiljan 14 Żabbar 43 Għargħur 20 Mellieħa 24 San Ġwann 35 Żebbuġ 11 Għasri 10 Mġarr 25 San Lawrenz 9 Żejtun 67 Għaxaq 19 Mosta 65 San Pawl 41 Żurrieq 35 Gudja 15 Mqabba 25 Sannat 12
Leg 9 PQ #20088 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Litter Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni s-sena l-oħra u din is-sena li kisru l-litter act u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 - 2000* Persuni Sentenza Persuni Sentenza 4 Multa 9 Multa 1 Ordnat li jneħħi l-inkonvenjent fi żmien 15-il ġurnata taħt penali ta` Lm20 kull ġurnata 1 Ordnat li jneħħi l-inkonvenjent fi żmien 15-il ġurnata taħt penali ta` Lm20 kull ġurnata 2 Ċanfira u twiddiba 1 Ċanfira u twiddiba 2 Sec 9 Act XII/57 * sat-30.09.2000
Leg 9 PQ #20114 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

DCC — Reconsideration

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti għar-reconsideration fuq l-agenda tad-DCC bħalissa? Kemm ilu l-aktar każ minn dawn jistenna li tiġi appuntata d-data tas-smiegħ? B' liema kriterji jiġu stabbiliti liema minn dawn għandha tiġi appuntata għas-smiegħ qabel l-oħra? Kemm jingħata żmien ta' preparazzjoni lill-partijiet kkonċernati għal dan is-smiegħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Hemm 392 każ pendenti għar-rikonsiderazzjoni quddiem id-DCC. L-aktar każ li ilu jistenna d-data għas-smiegħ imur lura għall-24 ta` Marzu 2000. Il-kriterju li jintuża biex applikazzjoni tiġi appuntata data għas-smiegħ hija skond id-data ta` meta r-rapport tar-rikonsiderazzjoni jitlesta mill- case officer u jiġi riferut lill- Board għal deċiżjoni. Dan il-kriterju ma jiġix applikat f`dawk il-każi biss fejn tingħata ordni mill-Kummissjoni innifisha jew mic-Chairman ta` l-Awtorita`. Normalment id-data tas-smiegħ tal-każ tiġi appuntata 15-il ġurnata qabel, iżda mhux eskluż eċċezzjonijiet f`każ li l-Kummissjoni tintalab tikkunsidra l-każ fl-iqsar żmien possibli minħabba raġunijiet umanitarji.
Leg 9 PQ #20121 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Guest-House

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta l-Ippjanar għandhiex quddiemha xi talba sabiex villa partikulari fi Triq il-Kaffis, Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ tinħarġilha permess bħala guest-house billi spiss qed jkun hemm għexieren ta' studenti barranin jgħixu fiha? Hija policy ta' l-awtorita' li tagħti permessi simili f'areas riżervati għall-semi detached villas residenzjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni PA 1427/00, liema applikazzjoni tipproponi l-bdil ta` użu minn villa għal "international boarding school". Din l-applikazzjoni ġiet appuntata għal deċiżjoni quddiem id-DCC fit-30 ta` Ottubru 2000. Mhux kompitu tal-Ministru li jikkummenta fuq kif għandhom jinqatgħu applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #20123 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trucks Kbar Kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mill-pulizjia dwar il-fatt li ta' spiss qed jkun hemm trucks kbar kummerċjali pparkjati fl-inħawi ta' Triq May Butcher u Triq C. Busuttil, l-Iklin, bil-konsegwenza li residenti fl-inħawi qed ikollhom problemi serji ta' parking?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #20193 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Attard — Triq il-Pitkali - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir fi Triq il-Pitkali c/w Triq il-Gradilja, Ħ'Attard hux kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti x-xogħol propost?

Response (BORG, TONIO)

B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20193, jirriżulta li x-xogħol li qed isir fil-post imsemmi huwa kopert bil-permess maħruġ fil-25 ta` April 2000, b`referenza PA 6988/97 għall-"Proposed orchard and height increase of boundary wall together with an underground reservoir".
Leg 9 PQ #19272 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mill-Korp tal-Pulizija bħala Uffiċjali ta` l-Immigrazzjoni.
Leg 9 PQ #19841 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mtarfa — Xogholijiet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hemm applikazzjonijiet għal xogħlijiet fuq il-Bypass tal-Mtarfa? Jista' l-Ministru jinformani fiex waslet l-azzjoni tal-awtorita dwar il-ħajt li nbena bil-balal ta' konkos fl-aktar area sensittiva ta' l-irdum ta' l-Imtarfa

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 15695 u Nru. 16687, ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni PA 3110/00 għal xogħlijiet ta` titjieb ġenerali fil-Bypass ta` l-Imtarfa li tinkludi wkoll l-imsemmi ħajt tal-konkos. L-applikazzjoni msemmija għadha preżentament pendenti. Fil-fatt, wara li l-uffiċċjal inkarigat minn din l-applikazzjoni ikkonsulta ma` l-Environment Management Unit fl-Awtorita` stess, ġew identifikati n-nuqqasijiet fis-sottomissjonijiet, u dawn ġew ikkomunikati lill-applikant. Malli l-applikant jippreżenta r-reazzjoni tiegħu l-applikazzjoni tkun tista` tkompli tiġi evalwata skond il-proċeduri stabbiliti
Leg 9 PQ #20080 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Litter Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni mill-pulizija jiksru l-litter act din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' abbużi kienu u x'allegatament wettqu dawk li nqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 37 persuna fuq reati konnessi mal-Litter Act.
Leg 9 PQ #20081 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu vittmi ta' reat din is-sena? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #20082 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq ta' Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm insterqu karrozzi jew vetturi bil-mutur din is-sena u kemm kien in-numru ta' vetturi misruqa li għadhom ma nstabux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi irrappurtati nieqsa bejn l-ewwel ta` Jannar u l-aħħar ta` Settembru ta` din is-sena, kienu 851. Filwaqt li 564 ġew irrappurtati misjuba, hemm 287 li għadhom irrappurtati nieqsa.
Leg 9 PQ #20083 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Imsida - Proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-joint office għandux jew hux qed jamministra proprjeta' ġo Triq Sciberras, Imsida? Inbiegħet xi proprjeta' din is-sena? Jekk iva, kif sar il-bejgħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Uffiċċju Konġunt jamministra diversi proprjetajiet ġo t-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, iżda din is-sena ma nbiegħet l-ebda proprjeta` fit-triq imsemmija.
Leg 9 PQ #20084 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Barranin

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm tresqu barranin il-Qorti din is-sena u fuq xiex kienu akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, il-Pulizija ressqet 602 persuna ta` nazzjonalita` barranija quddiem il-Qorti. L-akkużi kienu jinkludu serq, traffikar ta` droga, pussess ta` droga, attakk u reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, offiżi fuq il-persuna u ksur tal-liġi ta` l-Immigrazzjoni.
Leg 9 PQ #19989 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizjia — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm gew irrapportati serqiet minn: (a) djar; (b) vetturi; u (ċ) postijiet oħra matul din is-sena? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar serq minn djar, minn vetturi u serq ieħor matul din is-sena, xahar b`xahar, huwa kif ġej: Xahar Djar Vetturi Oħrajn Jannar 43 260 460 Frar 52 353 491 Marzu 42 288 429 April 55 309 440 Mejju 78 362 467 Ġunju 49 280 474 Lulju 73 337 695 Awissu 79 383 718 Settembru 70 331 505
Leg 9 PQ #19990 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet min vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm ġew irrapportati serqiet ta' vetturi? Mill-liema lokalitajiet? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` vetturi rrapurtati nieqsa bejn l-1 ta` Jannar u t-30 ta` Settembru 2000, kienu kif ġej: Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru 105 90 93 99 120 91 64 96 93 Il-lokalitajiet minn fejn ġew irrapurtati nieqsa kienu: Attard Gżira Mellieħa Rabat Ta` Xbiex Balzan Ħamrun Mġarr Safi Tarxien Birgu Ħaż Żebbuġ Mosta San Ġiljan Valletta B`Kara Iklin Msida San Ġwann Xagħra B`Buġia Isla Mtarfa San Lawrenz Xgħajra Bormla Kalkara Naxxar San Pawl Żabbar Fgura Kirkop Paola Sannat Żebbuġ Floriana Lija Pembroke Santa Luċia Żejtun Għajnsielem Luqa Pieta` Santa Venera Żurrieq Għarb Marsa Qala Siġġiewi Għaxaq M`Scala Qormi Sliema Gudja M`Xlokk Qrendi Swieqi
Leg 9 PQ #20072 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija għal kontravenzjonijiet tat-traffiku s-sena l-oħra sa l-aħħar ta' Awissu u din is-sena sa l-aħħar ta' Awissu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Awissu ta` l-1999 ingħataw 84,743 ċitazzjoni mill-pulizija, minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku, filwaqt li matul l-istess perijodu ta` din is-sena ingħataw 65,377. Infurmat ukoll illi ċ-ċifri mogħtija għas-sena 2000, ma jinkludux ċitazzjonijiet mogħtija fil-lokalitajiet li ġew delegati lill-Kunsilli Lokali skond l-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #20073 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin talli abbużaw sesswalment minn tfal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Sena 1996 1997 1998 1999 2000* Numru ta` persuni 11 17 28 28 12 * sat-30.09.2000
Leg 9 PQ #20074 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċaturi - Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu kaċċaturi jiksru xi regolament tal-kaċċa din is-sena, xahar b'xahar? X'tip ta' regolamenti nkisru f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, in-numru ta` persuni li nqabdu mill-Pulizija jiskru r-regolamenti tal-kaċċa kienu kif ġej : - Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awissu Settembru 8 12 26 57 23 xejn 5 16 69 Infurmat ukoll li dawn kienu bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).