Jista' il-Ministru jinvestiga l-allegazzjoni ta' każ ta' nuqqas ta' attenzjoni u inizjattiva ta' għalliema tal-Physics? Dettalji qed jintbagħtu separatament.
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-klassijiet tat-tielet, ir-raba' u l-ħames sena għandhom il-Physics. Kien hemm żewġ għalliema tal-Pysics, waħda ġiet trasferita u l-għalliem li ġie flokha irreżenja. Għalhekk l-istudenti tat-tielet sena għadhom mingħajr għalliem tal-Physics.
Informat ukoll li l-istudenti tar-raba' u l-ħames sena għandhom għalliema tal-Physics regolari u sa llum qatt ma kien hemm ilmenti minn ġenituri jew għalliema.
ista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa globali għall-fuel tal-Ministeru, enti, kumpaniji, eċċ li jaqgħu taħt il-Minsteru tiegħi, matul l-2005 kienet ta' Lm79,657.87.Barra minn dan is-somma ta' Lm82,979.04 tintefaq fi fuel biex titħaddem il-Pixxina Nazzjonali.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex l-universita' ikollha l-faċilitajiet meħtieġa ta' workshop għall-istudenti tal-B.Ed Art li għandhom 50 ECTS credit prattiku iżda m'għandhomx fejn jagħmluhom u jkollhom jiddubbaw bi spazji li jsibu, inkluż djar privati tal-lecturers jew kuriduri?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' qed tagħmel mill-aħjar biex tidentifika sit fejn jista jiġi użat mill-istudenti bħala Art Studio.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha bżonn is-servizz ta' facilitator? Tista' din il-familja tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-uffiċjali konċernati jinformaw il-familja bl-aħħar żviluppi.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm żgħażagħ Maltin ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea miftuħa għaż-żgħażagħ u studenti fis-snin 2003, 2004 u 2005? Liema kienu l-programmi nvoluti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li aktar minn 2000 żgħażagħ ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programm ta' l-UE. It-tagħrif dettaljat hu maqsum hekk:
LEONARDO DA VINCI 2003 2004 2005
Initial Vocational Training 19 24 128
Students 4 19 0
Young Workers 44 139 11
Total 67 182 139
YOUTH 2003 2004 2005
Youth Exchanges 239 266 314
European Voluntary Service 1 4 1
Group Initiatives 53 45 110
Future Capital 0 0 1
Support Measures 23 42 49
Training offered by the National
Agency 4 50 59
Total 320 407 534
Informat ukoll li rigward il-programm ERAMUS, fis-sena 2003 ipparteċipaw 119 student u fis-sena 2004 ipparteċipaw 130 student. Għas-sena 2005/2006 qed jiġu ikkalkulati li jipparteċipaw madwar 147 student. Is-sena tgħalaq fit-30 ta' Ġunju 2006, għaldaqstant in-numru ta' l-istudenti huwa proviżorju għas-sena 2005/06.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi/chairpersons
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16419 u jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Meta t-tagħrif mitlub jiġi kompilat jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadux hemm il-pjan li tinbena sala fl-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk il-pjanti humiex lesti, jekk saritx applikazzjoni quddiem il-MEPA u meta huwa ppjanat li jibda dan ix-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva. Il-pjanti qed jiġu riveduti biex jirriflettu l-bżonnijiet attwali ta' din l-iskola.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex, sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (GALEA, LOUIS)
Nassigura li sar, qed isir u sa l-2008 ser ikompli jsir ħafna xogħol f'Għawdex fl-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' il-Ministru jara li l-ilment dwar it-trasport ta' l-iskola ta' studenta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi milqugħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta konċernata biddlet l-indirizz tagħha u ma baqgħetx toqgħod fl-arja ta' l-iskola fejn tattendi. Il-ġenituri tagħha ppreferew li jħallu t-tifla f'din l-iskola u għalhekk m'hemmx trasport li jista' jwassalha. Ġejt assigurat li l-uffiċjal inkarigat mis-Sezzjoni tat-Trasport ta' l-istudenta qatt ma għadda rimarki bħalma hu indikat fl-ittra mibgħuta separatament.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17103 u jispjega għaliex grupp ta' sebgħa studenti, li wara li temmew b'suċċess il-kors ta' diploma in Nursing u qed ikomplu l-istudju tagħhom fil-course ta' BSc Nursing, qegħdin ikunu trattati differenti minn sħabhom studenti oħra li qegħdin isegwu wkoll l-istess kors fit-tielet sena, imma b'kondizzjonijiet aħjar?
Jaf il-Ministru li fost id-diskrepanza fil-kondizzjonijiet insibu: a) differenzi fir-remunerazzjoni li jirċievu, b) l-ewwel sebgħa studenti m'għandhomx kuntratt wara li jtemmu l-kors filwaqt li l-oħrajn jibbenefikaw minn kuntratt ta' xogħol awtomatikament mat-tmiem tal-kors tal-BSc Nursing?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-differenza li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru ġejja mill-fatt li filwaqt li l-istudenti li kienu qed jagħmlu B.Sc Nursing u kienu waslu fit-tielet sena tal-kors tagħhom, fl-2004 kienu ffirmaw kuntratt mall-Ministeru tas-Saħħa li jintitolahom li jieħdu l-paga minima nazzjonali, filwaqt li s-seba' studenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru jinsabu fi stadju differenti tal-kors u qed jirċievu stipendju regolari bħal studenti universitarji oħra u m'għandhomx kuntratt mad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Universita'/Junior College — Stipendji ta' l-istudenti
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern għall-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita’ u Junior College fis-snin 2003, 2004 u 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :-
Junior College Universita' ta' Malta
Sena Ammont Sena Ammont
2003 Lm 870,379.647 2003 Lm3,058,731.81
2004 Lm 958,661.843 2004 Lm3,182,771.58
2005 Lm 1,145.364.790 2005 Lm2,964.448.67
Jista’ il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-Institute for Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika? Kemm applikaw biex jidħlu fis-sena akkademika l-ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Diċembru 2004 iggradwaw 128 student, 59 minnhom iggradwaw b'ċertifikat u 69 student iggradwaw b'Diploma.
Informat ukoll li għas-sena akkademika 2005/6, applikaw total ta' 395 student/a biex isegwu xi wieħed mill-course li bdew f'Ottubru 2005.
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġu rranġati l-anomaliji fil-pagi u fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-instructresses fl-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jispeċifika għal liema anomalija fil-pagi u fil-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-Intructresses fl-iskejjel tal-Gvern qed jalludi.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-għalliema li se jitilqu minħabba li waslu fl-eta' ta' l-irtirar se jieħdu l-opportunita' mogħtija lilhom li jirtiraw tliet xhur kmieni? Meta jsir dan? X'isir biex jidħol/tidħol għalliema/a ieħor flok dak li jkun/tkun se jitlaq/titlaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-għalliema li se jirtiraw ta' 60 sena matul l-2006, hemm 22 li applikaw għall-pre-retirement leave filwaqt li, minn dawk li ser jagħlqu l-61 sena, s'issa applikaw 27.
Il-pre-retirement leave, sa massimu ta' tlett xhur, jittieħed l-aħħar ħaġa qabel wieħed jirtira.
Informat ukoll li meta jirriżulta li għalliem/a sa jieħdu it-tliet xhur retirement leave, id-Dipartiment ta' l-operat jara :-
a) -jistgħux isiru arranġamenti interni mill-iskola stess biex xi għalliem/a ieħor/oħra tieħu l-lezzjonijiet,
b) -hux dieħla xi għalliema minn Parental jew Maternal Leave fis-suġġett'.
Jekk 1 u 2 ma japplikawx, jintbagħatu s-Supply Teachers.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15647, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tenders għax-xogħol fuq il-ħajt tal-parking area ħarġux jew le? Fiex waslet l-evalwazzjoni fuq l-apparat għall-plant room?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tender tal-parking ħarġu u ġew evalwati, u qiegħdha fl-istadju biex tingħata.
Informat ukoll li l-apparat tal-Plant Room ġie evalwat u x-xogħol wasal Malta. Qed jibda wkoll l-preparazzjoni ta' twaħħil ta' l-apparat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex issa li reġgħet fetħet il-Pixxina Nazzjonali, il-vaska ż-żgħira ma kenitx imsaħħna mill-ewwel jiem? X'qed iżomm milli jsir dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, kif diġa avżat pubblikament, il-Kunsill Malti għall-iSport, ma kellu l-ebda ħsieb illi isaħħan il-vaska ż-żgħira. Din il-vaska ma kienetx qed tiġi imsaħħna qabel l-għeluq tal-kumpless biex jiġu ikkontrollati l-ispejjeż involuti biex tissaħħan.
Universita' — Korsijiet mill-international school of English
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15650, jista' il-Ministru jgħid kemm saru korsijiet organizzati mill-international school of English ta' l-Universita' fil-Malti, fl-Għarbi, fit-Taljan u fl-Ispanjol fl-2005 u kemm kien hemm studenti f'kull kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali li tista' sservi biex tagħti vantaġġ inġust lill-kompetituri ta' l-International School of English.
Jista' il-Ministru, jekk jogħġbu, jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fl-aħħar ta' kull sena f'Għawdex mill-1998 'il hawn separatament f'dawk li jaħdmu għal rashom u impjegati, fl-oqsma tas-settur industrijali kif ġej:
1) fis-settur tal-produzzjoni diretta maqsumin:
i) fil-qasam tal-kostruzzjoni, ii) fil-barriera tal-ġebel, iii) fl-agrikoltura, iv) sajd; fis-setturi tal-manifattura, settur settur, eg: tessuti, għamara, żraben u ħwejjeġ, ikel, eċċ.;
2) fis-Settur tas-Servizzi tas-Suq maqsumin: i) f'lukandi u II) ristoranti,
(i) bejgħ bl-ingrossa u ii) bl-imnut,
trasport,
(i) insurance, ii) banek u iii) istituzzjonijiet finanzjarji, real estate,
servizzi i) għall-komunita', ii) ta' kummerċ u iii) ta' rikreazzjoni
komunikazzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.