Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32930 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

B'referenza għall-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għall-promozzjoni fl-Universita', għaliex wieħed mill-professuri barranin irrefera għaliha bħala raġel meta suppost li kellu f'idejh ic-CV tagħha u numru ta' pubblikazzjonijiet li jġibu isimha sħiħ? Għaliex dan l-istess professur ma ikkunsidrax tliet pubblikazzjonijiet tagħha f'kotba għax qali li kienu invited pubblications, meta hu fatt magħruf li invited publications jagħmlu ġieħ lill-awtur u jkunu żgur refereed papers ? Għaliex qabez refereed paper f'journal internazzjonali tal-Ġenetika bl-isem ta' Caryologia? Għaliex ma semmiex review article f'Journal internazzjonali li kien referred? Għaliex dan l-istess professur irrefera b'mod negattiv għall-mod kif din il-persuna ġġib il-fondi għar-riċerka tagħha, meta ma kien hemm xejn miktub fic-CV dwar il-fondi u meta dan ma kienx kriterju għall-promozzjoni ta' associate professor? Minn fejn dan il-professur ġab l-informazzjoni? Għaliex it-tieni professur irrefera għall-persuna bl-ewwel isem tagħha u ikkunsidra tliet pubblikazzjonijiet biss ta' din il-persuna u injora l-oħrajn kollha mingħajr ebda spjegazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta tal-Mistoqsijiet Parlamentari numru 32413, 32418 u 32423. Informat li l-persuna msemmija ingħatat promozzjoni ta' Senior Lecturer tul l-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet, jiġifieri fit-28 ta' Jannar tas-sena l-oħra. Iż-żewġ professuri barranin indipendentement minn xulxin ħassew, wara li kkunsidraw kollox, li f'dan l-istadju ma kellhiex tingħata promozzjoni oħra ta' Associate Professor. Il-Bord tal-Promozzjoniji ta' l-Universita` ħass li kellu jilqa' l-pariri li ngħata separatament miż-żewġ assessuri barranin.
Leg 9 PQ #32935 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, għal promozzjoni fl-Universita' għaliex dawn iż-żewġ professuri barranin injoraw kompletament il-fattur tat-tagħlim (meta skond ir-risposta tal-PQ no. 32416, it-tagħlim huwa wieħed mit-tliet kriterji li jridu jiġu ikkunsidrati) u l-fatt li din il-persuna ilha tagħti lectures fl-Universita' ta' Malta mill-1976-1988 (part-time) u mill-1989 sal-lum (full-time)? Għaliex il-karriera ta' din il-persuna ġiet injorata kompletament? Dawn il-professuri kellhom f'idejhom ic-CV u l-pubblikazzjonijiet li suppost intbagħtulhom? Dawn il-professuri qrawhom il-pubblikazzjonijiet u eżaminaw il-mertu xjentifiku tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32930.
Leg 9 PQ #32951 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 32663, jista' l-Ministru jindaga u jara għaliex tlieta mill-iskejjel imsemmija ma ressqux studenti għall-eżami tas-SEC ta' ftit ġimgħat oħra fl-Istorja ta' Malta? Is-sillabu tas-SEC qed jiġi mgħallem kif jitlob il-Kurrikulu Nazzjonali? L-istudenti f'dawn l-iskejjel qed jingħataw l-oppurtunita' li jersqu għal dan l-eżami jekk jixtiequ hekk?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32963 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru ta' Kreattivita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni hemm jaħdmu bħala clearners fiċ-Ċentru ta' Kreattivita' ? Meta daħlu? Kif ġew reklutati? Kemm applikaw? Meta saru l-intervista? Kemm kien hemm persuni li ssejħu għall-intervisti? Kemm tħallew barra?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` timpjega tlett Casual Part-Time Cleaners. Tnejn minn dawn il-Casual Part-Time Cleaners bdew l-impjieg tagħhom fis-27 ta' Settembru 2000. Dawn ġew reklutati wara li l-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita`, Kavallier ta' San Ġakbu talbet lill-ETC nies li tista' tintervista għal dan il-post vakanti. L-ETC għaddiet lista ta' 109 ismijiet ta' persuni li kienu jfittxu xogħol bħala Cleaner. Kollha ġew intervistati. Il-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` ta' San Ġakbu dan l-aħħar talbet lill-ETC lista ta' nies li huma interessati għal xogħol ta' Cleaner biex jimtlew xi vakanzi. Il-Fondazzjoni irċeviet b'kollox 346 isem ta' persuni li urew interess li jattendu l-intervista għax-xogħol imsemmi. Ġew intervistati l-ewwel 50 kif ġew sottomessi u fit-2 ta' April 2002 il-Fondazzjoni impjegat Casual Part-Time Cleaner fuq kuntratt għal tlett xhur. Qed ikompli l-proċess ta' interviews għall-persuni l-oħra sottomessi.
Leg 9 PQ #32969 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ma' l-universita' minn Settembru 1998 sal-lum? F'liema grad daħlu, u minn liema lokalita' ġejjin? Kemm kien hemm persuni għal kull grad li ġew intervistati?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32704 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skrivani Part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal ingaġġ ta' skrivani part-time fi skejjel statali skond l-avviż imxandar fil-gazzetta tal-gvern nru. 17,172, bid-data tas-7/12/01? Min huma dawk li ntagħżlu u f'liema skejjel intbagħtu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-Sejħa għall-Applikazzjonijiet imxandra fil-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta' Diċembru 2001 u li għaliha kien hemm korrezzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta' Diċembru 2001, kien hemm ħdax-il skola indikati. Lista bit-tagħrif mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32882 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Senglea

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja ta' Dun Mauro Inguanez Senglea u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola ta' Senglea u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Year 1 30 28 Year 2 17 13 Year 3 19 22 Year 4 21 27 Year 5 23 12 Year 6 22 24 Total 132 126
Leg 9 PQ #32883 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien lu jattendu l-iskola primarja tal-Birgu u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Birgu u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Year 1 11 4 Year 2 10 6 Year 3 10 7 Year 4 15 8 Year 5 14 8 Year 6 20 23 Total 80 56
Leg 9 PQ #32884 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Lorenzo Gafa — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskola Lorenzo Gafa, Birgu u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti subien li jattendu l-iskola Lorenzo Gafa` BSS, Birgu u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Form Studenti Form 1 51 Form 2 55 Form 3 49 Form 4 32 Form 5 62 Total 249
Leg 9 PQ #32840 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid normalment facilitator kemm idum assigned ma student partikulari fl-iskejjel primaji tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li normalment facilitator iddum sena tagħti għajnuna lill-istudent/a fi skola primarja. Jekk l-istudent/a għal xi raġuni jibdel/tibdel l-iskola ma jfissirx li l-facilitator tmur miegħu.
Leg 9 PQ #32878 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja tal-Fgura u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Fgura u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Year 1 60 69 Year 2 59 58 Year 3 67 50 Year 4 77 60 Year 5 70 62 Year 6 70 78 Total 403 377
Leg 9 PQ #32879 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Xgħajra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja tax-Xgħajra u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tax-Xgħajra u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Year 1 10 11 Year 2 9 11 Year 3 10 12 Year 4 6 10 Year 5 10 12 Year 6 6 8 Total 51 64
Leg 9 PQ #32880 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola Primarja ta' Bormla u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola ta' Bormla u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Year 1 16 22 Year 2 37 27 Year 3 23 25 Year 4 24 24 Year 5 44 29 Year 6 32 32 Total 176 159
Leg 9 PQ #32881 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti bniet u subien li jattendu l-iskola primarja tal-Kalkara u jistgħux jiġu maqsuma sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-iskola tal-Kalkara u mqassmin sena b'sena huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Year 1 29 22 Year 2 14 11 Year 3 20 17 Year 4 25 18 Year 5 21 14 Year 6 24 25 Total 133 107
Leg 9 PQ #32892 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sexual Harassment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32749 u cioe, jista' jgħid fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ministerjali tiegħek kemm kien hemm rapporti dwar sexual harassment minn kollegi tax-xogħol fis-sena 1999, 2000, 2001? F'liema oqsma, kumpaniji pubbliċi, dipartimenti saru dawn ir-rapporti? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-snin imsemmija, fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` ministerjali tiegħi, saru dawn ir-rapporti dwar sexual harassment: * Fl-2001, fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġie rappurtat każ wieħed ta' sexual harassment bejn kollegi fi skola. Il- persuna ġiet trasferita. * Il-PBS kellha rapport wieħed li sar fl-2001. Wara li dan il-każ ġie investigat intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet u l-każ ġie magħluq. * L-Universita` ta' Malta kellha żewġ rapporti fl-1999/2000 u żewġ rapporti fl-2000/2001. Il-persuni li għamlu r-rapport ġew riferuti lill-advisors appuntati apposta biex jgħinu f'dawn il-każijiet. Dawn taw l-għajnuna meħtieġa skond il-proċeduri stabbiliti mill-Universita` u l-bżonnijiet partikolari ta' min kien qiegħed jagħmel ir-rapport. * Il-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` kellha rapport wieħed fis-sena 2000. Il-Bord investiga l-każ u ħa l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #31786 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31546 u cioe, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2001 kemm intefqu flus fi ħlassijiet lill-facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali 1) fl-iskejjel statali - primarji u sekondarji 2) fl-iskejjel tal-knisja - primarji u sekondarji. F'kull każ x'inhu n-numru ta' persuni li qed jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlas globali lill-facilitators u kindergarten assistants għal xogħol ma' studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel statali - primarji u sekondarji għas-sena 2001 huwa Lm2,959,542.176. L-ammont hu maqsum kif ġej: 33 Facilitators: - Lm164,616.76 66 Kindergarten Assistants: - Lm333,446.458 54 Kindergarten Assistants Grede I: - Lm296,565.787 3 Kindergarten Assistants Grade II: - Lm18,144.208 4 Supply Kindergarten Assistants: - Lm18,558.20 93 Kindergarten Assistants Special Education: - Lm428,721.386 294 Supply Kindergarten Assistants Special Education: - Lm1,026,106.637 7 Part-Time Kindergarten Assistants: - Lm28,978.74 Informat ukoll li Lm644,404 intefqu fi ħlasijiet lil 14-il Facilitator u 136 Supply Kindergarten Assistant li jieħdu ħsieb studenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel tal-Knisja - primarji u sekondarji.
Leg 9 PQ #31902 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sixth Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti li qed jattendu is-sixth form 1) tal-Gvern 2) tal-Knisja 3) tal-iskejjel indipendenti. Kemm l-istudent beda din is-sena skolastika fis-Sixth Form u sal-lum telaq u m'għadux jattendi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar kemm hemm studenti b'kollox li qed jattendu s-sixth forms, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32215 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 31949, jista' l-Ministru jgħid liema strumenti kienu jdoqqu is-6 mużiċisti li spiċċaw minn mal-Orkestra Nazzjonali u liema strumenti jdoqqu dawk li ġew impjegati ġodda matul il-perjodu rilevanti? Jista' wkoll jgħid minn kienu l-guest conductors li mexxew l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess perjodu u jekk ir-renumerazzjoni tagħhom hijiex fissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Ta' min jiċċara illi r-risposta preċedenti minni mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 31949 kien fiha xi impreċiżjonijiet. Minflok "spiċċaw sitt mużiċisti u ġew impjegati sitt mużiċisti ġodda" ir-risposta kellha tkun "spiċċaw tmien mużiċisti u ġew impjegati erba' mużiċisti ġodda". Ir-risposta preċedenti ħarġet inkorretta bi żvista minħabba illi: * il-figura ta' sitt mużiċisti li spiċċaw minn ma' l-Orkestra Nazzjonali kienet tkopri biss il-perjodi 2000 u 2001; u * 'is-sitt mużiċisti ġodda' kellha tiġi i'sitt impjegati ġodda' (erba' mużiċisti, Finance Officer u Executive Officer). Għaldaqstant, informat li t-tmien mużiċisti li spiċċaw minn ma' l-Orkestra Nazzjonali kienu jdoqqu: 1 - Flawt, 2 - Obwe, 4 - Vjolin u 1 - Kuntrabaxx. L-erba' mużiċisti li ġew impjegati ġodda kienu: 2 - Obwe, 1 - Vjolinċell u 1 - Kuntrabaxx. Informat ukoll li Guest Conductors li dderiġew l-Orkestra Nazzjonali matul il-perjodu Ottubru 1998 - Frar 2002: hu kif se nsemmi: Attard Colin Maier Wilfreid Butcher Jonathan Maw Stephen Chircop Alan Monteil Vincent Ciardi Paolo Muscat Christopher Clement Rene` Oliver Munroe Charles Davies Ian Salmieri Eraldo Deakin Richard Sammut Joseph Flaadt Gerhard Schembri Brian Galea John Stark Peter Laus Michael Vella Joseph Lombardini Danilo Watson Stephen Ir-Remunerazzjoni ta' dawn il-'guest conductors' mhix waħda fissa, u din tvarja skond it-tip ta' kunċert.
Leg 9 PQ #32756 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kostitwit il-kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Min huma l-persuni differenti responsabbli mill-oqsma diversi tax-xogħol tal-kunsill

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta' l-MCST li għadu kif ġie rikostitwit qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32758 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malta għax-Xjenza u Teknoloġija — Safar

Question

Fis-sena 2001, x'safar sar minn nies tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Kemm intefqu flus fis-safar u f'kull każ x'kienu l-għanijiet tas-safar li sar b'konnessjoni max-xogħol tal-kunsill? Min kienu l-persuni li siefru f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.