Jista’ l-Ministru, b’referenza ghad-domandi preċedenti, jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni preżentament qed jieħu l-Ministeru għat-Turiżmu fil-konfront ta’ x’għandu jsir fil-futur mis-sit fejn kien hemm topera l-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Wied il-Għajn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 15654, datata 15 ta’ April 2015, nerga’ ntenni li l-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Wied il-Għajn hija propjeta’ privata li taħt Gvern Nazzjonalista kienet għalqet.
Nirreferi lill-Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33454, datata 23 ta’ April 2012, mill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u Konsumatur ta’ dak iz-zmien fejn ġie mwieġeb illi “s-sit li fuqha kien hemm mibnija il-Lukanda Jerma f’Marsaskala għalkemm hija proprjetà tal-Gvern, però hija mogħtija b’ ċens perpetwu lil terzi u għalhekk il-Gvern, li huwa biss id-direttarju, ma jidħolx fil-mertu ta’ xi zvilupp isir fuq din l-art”.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jelenka liema ser ikunu l-proġetti li l-MTA ser tkun qed twettaq fil-Mellieħa matul l-2016 sabiex tkompli tgħolli l-livell tal-pakkett turistiku fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu bħalissa qed taħdem fuq numru ta’ inizjattivi li se jkunu mwettqa matul din is-sena. Fosthom, aċċess aktar komdu għall-persuni b’diżabilita’ għall-bajja tal-Għadira, xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-promenade tal-Għadira bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, tinbidel it-tieni parti tal-festun tal-Għadira – dan wara li fis-sajf li għadda nbidlet l-ewwel parti tiegħu, u jiġu nstallati numru ta’ bankijiet fl-istess lokalita’.
Ser isir xogħol ukoll fiż-żona magħrufa tal-għaddasa sabiex ikompli jgħola l-livell għal dak li jiffrekwentaw din iż-żona. Dan wara li lejn it-tmiem tas-sena li għaddiet, l-Awtorita’ ħadet ħsieb li żżid il-faċilitajiet fosthom żamma ta’ latrina pubblika bil-ħtigijiet kollha neċessarji. L-Awtorita’ applikat ukoll għal proġett ta’ fondi Ewropej li fih jinkludi r-restawr tat-Torri l-Aħmar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013, qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-2004 sa’ Marzu 2013, il-Ministeru għat-Turizmu inkluz l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, m’għamlux uzu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid f’min kienet tikkonsisti d-delegazzjoni li flimkien miegħu żaret it-Turkija fl-aħħar jiem? Jista’ jgħid x’kienu l-materji fuq l-aġenda tal-laqgħat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-delegazzjoni li zaret it-Turkija flimkien miegħi fl-aħħar jiem kienet tinkludi l-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi, is-Sinjura Maria Micallef illi hi konsulent finanzjarju tal-Gvern, kif ukoll is-Sinjorina Gail Demanuele illi hija adviser tal-Ministeru għat-Turizmu.
Iz-zjara kienet waħda politika fejn ġew diskussi diversi temi li jolqtu z-zewġ Ministeri mal-Gvern Tork, fosthom relazzjonijiet turistiċi, relazzjonijiet relatati m’avjazzjoni, kif ukoll dawk relatati ma’ trasport.
MTA – Bajja tal-Għadira – BBQs — konsultazzjoni - bye-law
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-aħħar ġimgħat/xhur kienx hemm konsultazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar bye-law li l-istess kunsill qed jikkunsidra li jdaħħal sabiex fuq il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa jerġgħu jibdew isiru l-BBQs, xi ħaġa li kienet ilha li nqatgħet bi qbil unanimu bejn il-partijiet kollha involuti sa mill-2009?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kellha laqgħat ta’ konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq numru ta’ inizjattivi li qed isiru inkluż il-ħsieb li l-kunsill jibdel din il-bye-law.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Bajja tal-Għadira — BBQs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk bħala Ministeru/Awtorità Maltija għat-Turiżmu jaqblux mal-proposta tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fuq il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa jerġgħu jibdew isiru l-BBQs wara nuqqas ta' seba’ snin?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed jikkunsidra li jitħallew BBQs bil-gas fuq il-bajja tal-Għadira bi prova għal perjodu ta’ żmien. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qegħdin jiddiskutu din il-proposta fi sfond tal-operat tal-immaniġġjar li jsir fuq din il-bajja.
Ajruport — regolamenti fuq ground handling companies
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix regolament li jimponi numru ta' ground handling companies fl-ajruport skont in-numru ta' passiġġieri/passenger movements li jkun hemm fl-ajruport?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi l-liġi li tirregola ground handling companies hija risponsabbilita’ tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili, qed nidderieġi lill-Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22708 u jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Air Malta maħtura mill-Gvern inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom, bejn l-1999 u l-2003?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Promenade ta’ San Pawl il-Baħar – bollards — żebgħa
Question
Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li jintuża kulur differenti mill-griż biex jinżebgħu l-bollards u l-bażi tagħhom, għal dak il jikkonċerna l-front ta’ San Pawl il-Baħar, mix-Xemxija sal-Qawra?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir fuq il-promenades tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar ilu għaddej għal din l-aħħar sena. Kif wieħed jista’ jinnota, il-promenades kollha ingħataw dehra ġdida b’kulur ġdid li jikkonsisti f’bollards grizi ċari u s-sottobank griż skur. Ninsab infurmat li fil-mument qed isir xogħol ta’ żebgħa fuq il-promenade tax-Xemxija fejn l-istess promenade ser ikun qed jinżebagħ l-istess kulur ta’ dak ta’ Bugibba u l-Qawra, dan sabiex il-promenades tal-lokal ikunu kollha uniformi bl-istess dehra. Ix-xogħol qed isir bl-għajnuna tan-nies tad-Divizjoni tax-Xogħolijiet.
Ninsab infurmat illi lura għall-4 ta’ Novembru 2014, l-Awtorità ħadet l-inizjattiva sabiex qabel ġie deċiż il-kulur finali, għamlet numru ta’ kampjuni ta’ kuluri differenti li tawlu għal madwar 3 ġimgħat qabel inbeda x-xogħol. Il-kulur finali intgħazel bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara li f’laqgħa ta’ l-istess Kunsill ġew diskussi l-imsemmija xogħolijiet. L-Awtorità tat-Turizmu qatt ma ħadet l-inizjattiva li tagħżel il-kulur hi waħedha iżda dejjem ikkonsultat mal-Kunsill Lokali, flimkien ma’
stakeholders
u entitatijiet ikkonċernati f’dan ir-rigward.
Il-kulur ġie deċiż ukoll wara li l-Awtorità kienet ilha tisma’ lmenti dwar il-kulur preċedenti ta’ lewn isfar jgħajjat u aħdar. L-Awtorità semgħet lill-pubbliku inġenerali ta’ San Pawl il-Baħar u anke ta’ diversi stakeholders fil-lokalità li l-isfar u l-aħdar ma kienux adattati għall-
promenades
ta’ Buġibba u l-Qawra u għalhekk kellhom jinbidlu. Ta’ min jgħid li l-Awtorità rċeviet numru ta’ kummenti pożittivi fuq it-tibdil li sar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-AzzurrAir Srl maħtura mill-Gvern bejn l-1999 u l-2004, inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom?,
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ħlas kienu jirċievu d-diretturi tal-Air Malta maħtura mill-Gvern inkluż il-perkaċċi kollha li kienu jgawdu minnhom,bejn l-1999 u l-2003? ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontrolli kien hemm għal dak li jirrigwarda l-ħlas marbut ma' xogħol li sar fuq fortifikazzjonijiet u postijiet storiċi oħra, matul l-2014? X'tip ta' kontroll twettaq għal dak li jirrigwarda l-ħlasijiet f'dawn il-każijiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġetti li wettqet l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu, fej jidħlu postijiet storiċi, jinkludu r-restawr tat-Torri tal-Madliena f’Pembroke u t-Torri ta’ Wignacourt f’San Pawl il-Baħar.
Kull pagament għandu proċess ta’ ċertifikazzjoni speċifika li jinvolvi l-perit tal-proġett, l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu u anke l-Awtorita’ tal-Immaniġġjar. Regolarment imbagħad isiru audits mill-IAID rigward dawn il-pagamenti.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22660, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ir-rizultati tar-rapport illi sar dwar is-sitwazzjoni prezenti tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun, jindikaw illi dan il-wirt storiku jinsab fi stat strutturali tajjeb. Dan minkejja li taħt l-amministrazzjoni preċedenti, apparti li kwazi 60 ruħ tilfu l-impjieg tagħhom meta l-lukanda ta’ Selmun ingħalqet, dan il-Palazz tħalla mitluq u kull tentattiv sabiex tinbiegħ il-lukanda sfaxxa fix-xejn.
Dan il-Gvern, flimkien mal-kumpanija Air Malta ħadem qatiegħ sabiex iħares u jwettaq l-impenn tiegħu ħalli l-Palazz ta’ Selmun ikun punt ta’ referenza fit-tramuntana ta’ Malta u jkollu r-rilevanza li tixraqlu fis-settur turistiku ta’ pajjizna.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar ma’ liema aġenzija tal-Gvern sar il-konvenju dwar il-bejgħ ta’ Selmun Palace Hotel u kemm tħallsu flus mal-konvenju?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, għal raġunijiet kummerċjali, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-konvenju dwar il-bejgħ ta’ Selmun Palace Hotel hija ta’ natura sensittiva u kunfidenzjal. Ngħarraf lill-Interpellant illi meta jseħħ l-att finali, dan ser jiġi kkomunikat b’att pubbliku.
Jista’ l-Ministru jara illi jsir xi tip ta’ taraġ jew sellum fil-bajja tal-Qajjenza f’Birżebbuġia faċċata fejn qabel kien hemm it-tankijiet l-antiki tal-gass biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jinżlu u jitilgħu mill-baħar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu qegħda tikkollabora mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Dizabbilta’ (KNPD) sabiex jitjieb l-aċċess f’numru diversi bajjiet, inkluz f’bajjiet fin-nofsinhar ta’ Malta. Ngharraf lill-Interpellant illi minn informazzjoni li ġbarna, ġejna mgħarrfa illi l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għandu proġett ta’ titjib propju f’dan il-lokal u għalhekk l-Awtorita’ ser titlob lill-Ministeru kkoncernat sabiex jikkonsidra din ir-rikjesta.
Hekk kif ikkommettejna ruhna sabiex intejbu l-infrastruttura u l-facilitajiet fil-bajjiet taghna ghal persuni b’diffikulta’ t’access, fil-Politika Nazzjonali għat-Turizmu 2015-2020, l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu ghaddejja b’hidma sabiex jizdiedu n-numru ta’ siggijiet specjali fuq ir-ramel u anke sabiex jitjiebu rampi f’Marsaskala u f’San Pawl il-Bahar.