Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara – bus shelter fil-venda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20450, jista’ l-Ministru jgħid min hi l-entità privata responsabbli mill-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawn il-bus shelters sabiex tiffinalizza l-installazzjonijiet tal-bus shelters imsemmija fl-iqsar żmien possibli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ bus shelters imsemmija ġew installati fil-ġimgħat li għaddew.

Vetturi reġistrati fuq sidien li huma residenti Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi reġistrati lill-sidien li huma residenti t’Għawdex? Jista’ jaqsam dan l-ammont f’karozzi, vetturi kummerċjali u muturi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi li hemm irreġistrati fuq sidien li huma residenti f’ Għawdex huwa ta’ 37,129, liema amount huwa maqsum f’ kategoriji kif ġej: Kategorija Ammont ta’ vetturi f’Għawdex Vetturi - Kategorija ‘ M ’ 26,793 Vetturi kummercjali - Kategorija ‘ N ’ 4,977 Muturi - Kategorija ‘ L ’ 5,359

Raħal Ġdid – Xogħlijiet — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Raħal Ġdid tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-legistratura saru dawn ix-xogħlijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-lokalita’ ta’ Raħal Ġdid f’dawn is-siri: ·Zuntier Knisja Kristu Re ·Uffiċini ġodda Girl Guides · Hockey Club - Kordin ·Triq Il-Baċir - Għajn Dwieli ·Ċimiterju Marija Addolorata ·Entratura Ċimiterju Marija Addolorata ·Toroq Arkata & Ninu Cremona ·Direttorat tat-Tindif - Kordin · Valletta Grain Terminal - Kordin ·¯ona Industrijali - Kordin ·Vjal Santa Luċija ·Protezzjoni Ċivili - Kordin · MSD Spare Parts Stores - Kordin ·Triq Bormla ·Garaxx ta’ Kordin Dawn ix-xoghlijiet kienu ta’ manutenzjoni. In-nefqa s’issa hija ta’ €53,960.29. Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-b¿onnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari. Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom. Barra minn hekk, Transport Malta minnbarra diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet: Phisically Disabled Rehabilitation Centre Surfacing Works € 52,700.00* Triq Ghajn Dwieli Reinstatement of line markings € 4,000.00* Vjal Sir Paul Boffa / Telgha ta' Kordin Refreshing of line markings € 3,000.00* Vjal 28 ta' April Installation of Pelican Crossing at € 8,000.00* Vjal Santa Lucija Road Surface Repair Works € 30,000.00* Vjal Sir Paul Boffa Road Surface Repair Works € 381,000.00* Vjal Santa Lucija Installation of Crash Barriers € 26,600.00* Sir Paul Boffa Avenue Modification € 200,000.00* Triq Kordin Reconstruction of wall € 9,000.00* Dock 7 Installation of road studs € 4,000.00* Triq Ghajn Dwieli Road Surface Repair Works € 250,000.00* Triq Ghajn Dwieli Painting of line markings € 14,600.00* *Estimate Value Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorità, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6194 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 338, l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015)

Ħal Tarxien – Xogħlijiet — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Ħal Tarxien tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-leġislatura fil-lokalita’ ta’ Ħal-Tarxien huma ta’ manutenzjoni fi “Ġnien Joanne” . In-nefqa kienet ta’ €3,842.82. Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari. Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom. Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet: Triq San Anard Repairs to footpaths € 27,900.00* Triq il-Palma Implementation of zebra crossing € 6,600.00* Triq Luqa Implementation of zebra crossing € 3,000.00* Triq San Anard Road Surface Repair Works € 500,000.00* Triq San Anard Implementation of line markings € 5,000.00* *Estimate Value Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skond il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6195 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 338, l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015)

Santa Luċija – Xogħlijiet — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Santa Luċija (Malta) tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ix-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-leġislatura fil-lokalita’ ta’ Santa Luċija huma ta’ manutenzjoni fi Triq il-Peprin . In-nefqa kienet ta’ €2,727.54 Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari. Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom. Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet: Triq Klematis Resurfacing € 45,000.00 (estimate) Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6196 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 338, l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015)

Il-Gudja – Xogħlijiet — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru fil-Gudja tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-legislatura fil-lokalita’ tal-Gudja huma ta’ manutenzjoni u saru f’dawn is-siti : ·Grawnd tal-Futbol ·Hal-Far Road ·Vjal it-Torri (phase I & II) · Roundabout ħdejn l-Ajruport ·Sqaq fi Triq L-Avjazzjoni l/o Gudja In-Nefqa kienet ta’ €70,870.63. Bħala xogħol pjanat għal matul l-2016 hemm il-proġett ta’ area rikreattiva f’Triq Dawret il-Gudja, liema xogħol hu stmat li ser jiħi jiswa €120,000. Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari. Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom. Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet: Triq Pawlu Mallia Construction and Surfacing € 93,400.00* Vjal it-Torri Construction and Surfacing € 185,300.00* Triq l-Avjazzjoni Installation of Pelican Crossing € 6,500.00* Dawret il-Gudja c/w Triq Hal Luqa Junction Upgrading € 25,000.00* *Estimate Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6197 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 338, l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015)

Ħal Għaxaq – Xogħlijiet — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Ħal Għaxaq tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-leġislatura fil-lokalita’ ta’ Ħal-Għaxaq huma ta’ kostruzzjoni tal-bażi tal- monument għall- annimali f’Għaxaq By-Pass. Sar ukoll xogħol ta’ tiżbieħ madwar dan l-istess monument. In-nefqa kienet ta’ €14,521.35 Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari. Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom. Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet: Triq Giovanni Scicluna Construction and Surfacing € 187,600.00 (estimate) Triq in-Nigem Construction and Surfacing € 107,200.00 (estimate) Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skont il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6198 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 338, l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015)

Buġibba – Kennedy Drive – triq użata bħala car park

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-possibilità li wara li tkun lesta Triq il-Kosta t-triq eżistenti minn ħdejn Kennedy Drive sad-daħla ta’ Buġibba fejn illum hemm il-lights, tiġi konvertita għall-car park?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex din iż-żona tinbidel f’car park, il-Kunsill Lokali irid jagħmel talba lill-MEPA li min-naħa tagħha tikkonsulta ma’ Transport Malta.

Triq il-Kosta – persuni li jkunu jridu jinżlu jgħumu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun possibli biex persuni li jkunu jridu jinżlu ħdejn il-baħar, jagħmlu dan fit-tul ta’ Triq il-Kosta? Jista’ jassigura li jkun hemm aċċess għal fuq il-blat u l-baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm aċċess għal fejn il-baħar fejn kien possibli u permessibli li jsir tul Triq il-Kosta.

Is-Swieqi – Triq Uqija – statistika ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta statistika ta’ kemm jgħaddu vetturi f’ġurnata matul il-ġimgħa minn Triq Uqija, is-Swieqi wara d-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li, matul ġurnata tipika matul il-ġimgħa, Triq Uqija ikollha annual average daily traffic ta’ 1,622 passenger car units.

Is-Swieqi – Triq Uqija – statistika ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta statistika ta’ kemm jgħaddu vetturi matul il-ġurnata tas-Sibt minn Triq Uqija, is-Swieqi wara d-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li, matul il-ġurnata tas-Sibt, Triq Uqija jkollha annual average daily traffic ta’ 2,126 passenger car units.

Is-Swieqi – Triq Uqija – moniteraġġ tat-tniġġiż

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta statistika dwar moniteraġġ tat-tniġġiż fi Triq Uqija, fis-Swieqi wara d-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari u li tali statistika kemm-il darba inġabret fis-snin li għaddew?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

San Ġwann – bandli faċċata tal-Knisja — proġett

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18273, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan dwar bini ta’ ċentru ċiviku f’San Ġwann, li kien meħsub oriġinarjament li jsir bħala parti mill-proġett tal-ġnien ta’ quddiem il-knisja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikajt fit-tweġiba preċedenti, l-uffiċju tal-Kunsill Lokali se jkun inkorporat fil-proġett. Dan ser jinkorpora fiħ sala kbira fejn jistgħu jsiru laqgħat, iżda ma jistax jiġi deskritt bħala Ċentru Ċiviku għax qatt ma kien ippjanat li jsir hekk.

Tas-Sliema – Underground Parking — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex inhuma l-pjanijiet tal-Gvern li jsir underground parking fl-inħawi tal-Ferries, Tas-Sliema?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 88.

Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid s’issa kemm tħallas f’reklamar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u kwalunkwe entità oħra illi taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu (għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, il-kelma reklami għanda tittieħed illi tinkludi kemm dawk fuq it-tv, kemm dawk fuq ir-radio, kemm dawk fuq il-gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-1 ta’ April 2015 sad-data illi fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur ta’ reklami illi għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew hux se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont illi tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261, jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm-il talba pendenti għandu mingħand bdiewa u raħħala biex isirulhom it-toroq rurali li jwasslu għall-għelieqi / irziezet tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ toroq li ġew imressqa għall-approvazzjoni hekk kif ġiet mgħoddija lili. It-talbiet pendenti huma dawk li mhux ser ikunu qed isiru bħala parti minn dan il-proġett, minħabba limitazzjonijiet ta’ fondi.

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261, jista’ l-Ministru jagħti, separatament għal kull triq rurali li sar ix-xogħol fiha, kemm minn dawn it-toroq saru fuq il-ħamrija, fuq it-tafal, fuq il-blat jew fuq xi wiċċ ieħor?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif mgħoddija lili, fejn it-tip ta’ resurfacing, huwa indikat. Infurmat li r-resurfacing qed isir skont il-wiċċ li kien eżistenti b’tagħli mod li ma tiġix preġudikata is-sigurta’ tas-sewwieq skont il-bżonn.

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan għal kull triq separatament, li sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari jkun ingħatala wiċċ jew inkella qegħda fil-proċess biex isirilha wiċċ, li tindika minn fejn sa fejn saret it-triq, kif ukoll tindika liema parti ta' kull triq kienet ħamrija, tafal, blat jew xi tip ta' wiċċ ieħor?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tat-toroq hekk kif mgħoddija lili ,li ngħatalhom wiċċ jew li bħalissa għaddej fihom xogħol ta’ din in-natura. Kull site plan tindika minn fejn sa fejn saret it-triq ikkonċernata. Infurmat li t-toroq ingħatalhom wiċċ skont il-wiċċ li kien eżistenti b’tagħli mod li ma tiġix preġudikata s-sigurta` tas-sewwieq skont il-bżonn.

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261, jista’ l-Ministru jgħid kull triq rurali li sarilha wiċċ ġdid, kemm swiet flus u jagħti dan separatament?? X'tip ta' wiċċ sar f'kull triq, konkos, asfalt jew xi materjal ieħor? Kemm intefqu flus f'materjal (bħal konkos, torba, asfalt, eċċ.), għal kull triq separatament, bl-ispiża għal kull materjal li ġie użat, mogħtija separatament? Liema procurement method ġie addottat biex sar ix-xogħol fuq kull triq mogħti separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi x-xogħolijiet imsemmija qed isiru wara sejħa pubblika skont ir-regolamenti tal-procurement. L-Onor.Interpellant jifhem li ġa ladarba dan il-proġett għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni u x-xogħol għadu għaddej, din l-informazzjoni mitluba mhux disponibli.

San Ġwann – Triq Birkirkara — tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn sad-data li qed inpoġġi din il-mistoqsija parlamentari, ix-xogħol f’Birkirkara Road, San Ġwann reġa’ ġie abbandunat wara biss lejl wieħed ta’ xogħol fejn parti biss mit-trinka li kienet inqalgħat, ingħatat it-tarmak? Jista’ jagħti data definittiva meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.