Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir bus shelter fl-area magħrufa Ta' Farsina' f'Ħal Qormi, bil-għan li r-residenti t'hemm hekk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku ma jibqgħux jistennew mingħajr kenn kemm fix-xemx kif wkoll fix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mil-1 ta' Jannar ta' din is-sena, l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku m'għadhiex responsabbli għat-twaħħil ta' Bus Shelters ġodda.

Studenti Universitarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema vot se jitħallsu l-35 student universitarju li se jħaddem fis-sajf id-dipartiment tat-toroq? Kemm se jitla' l-ħlas totali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-35 student li d-Dipartiment tat-Toroq talab biex jaħdmu miegħu matul ix-xhur tas-sajf ser jagħmlu xogħol ta' Road Condition Monitoring in konnessjoni mal-proġett tar-restawr tat-toroq, u għalhekk ser jitħallsu mill-vot tar-Road Restoration li huwa Vot Cap VII Head 35 item 7080.

Pont tat-Triq Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitpoġġa l-lasktu fuq il-Pont tat-Triq Reġjonali li jgħaqqad il-partijiet differenti tat-triq peress li l-lakstu spiċċa u ħafna karozzi qed ikollhom skossi kbar huma u jgħaddu minn fuq il-pont?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lakstu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa parti mill-expansion joint tal-pont. Minħabba n-natura speċjaliżżata ta' din il-parti tal-pont, id-Dipartiment tat-Toroq ipprepara l-ispecifications neċessarji, u hu mistenni li t-tender tiġi pubblikata.

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba minn l-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25099 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu peress li l-każ imsemmi jaqa taħt il-kategorija ta' dawk morda serjament għalkemm mhux diżabbli u ċioe: Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament titħalla tipparkja l-karozza tagħha fi spazju qrib id-dar tagħha għax saħħitha qed tkompli tmur lura u ma tistax timxi fit-tul?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għandu l-obligu li joqgħod fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' qabel ma japprova parkeġġ riservat għall-persuni morda. Għaldaqstant il-persuna kkonċernata għandha tagħmel l-applikazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Minkejja dan qed nipprova nara jekk hux possibbli li jinstab mod ta' kif ċerti problemi jiġu riżolti.
Leg 9 PQ #26165 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Road Reinstatements

Question

Jista' l-Ministru jinterveni mad-direttur tat-Toroq u jagħti tweġiba għat-talba tal-Kunsilli Lokali Mtarfa sabiex jingħata l-ewwel road reinstatments f'Mtarfa Road, Mtarfa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lid-direttur jinvestiga x-xewqa ndikata, li ħafna minnha tiddependi minn korporazzjonijiet oħra biex tiġi solvuta.
Leg 9 PQ #26168 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu kompluti bit-tarmac Triq Pawlu Schembri u Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien dan peress illi ngħataw sodda tal-konkos biex isir it-tarmac fil-każ ta' Triq Pawlu Schembri u s-servizi kollha ġew mgħoddija fiż-żewġt toroq? Jaf li fl-istess inħawi saħansitra saru l-konki għas-siġar fuq il-bankini waqt li dan iż-żewġt toroq baqgħu mingħajr asfalt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li ngħata s-cement stabilization kellu jgħaddi perjodu ta' żmien biex jingħata l-wiċċ fuqu u biex isiru t-testijiet meħtieġa. Ir-riżultati issa ħarġu u t-tarmak qiegħed jingħata f'dawn il-ġranet.

Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid in vista tax-xogħolijiet li qed siru f'Valletta Road, il-Mosta, x'qed isir biex jilqa' għall-ilmijiet li jgħaddu minn dan il-wied u b'hekk tingħeleb id-diffikulta' kbira għal kull min jgħaddi minn hemm hekk? Se jsiru culverts jew xi faċilita' oħra għal ilqugħ ta' l-ilma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jibni culverts neċessarji f'din it-triq biex l-ilma tax-xita ikun jista' jiġi kkontrolat. Dawn il-culverts għalissa ser ikunu magħluqa sakemm il-kumplament ta' l-istorm water plan tal-Mosta North Ring Road u l-kumplament ta' Valletta Road ikunu mibnija.

Sea Passenger Terminal

Question

Jista' l-Ministru jikkumenta dwar ir-rapport li s-sea passenger terminal ġewwa l-Mġarr, Għawdex sejjer jiġi jqum ħafna aktar milli proġettat oriġinarjament? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-bini u tal-pjanti approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li rigward il-permessi u l-pjanti tal-bini, l-Awtorita' Marittima fil-ġimgħat li għaddew reġgħet issottometiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, kopja riveduta tal-pjanti tal-proġett li qed jiġu evalwati mill-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar. Kopja tal-permess u pjanti tas-Sea Passenger Terminal tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra meta dawn ikunu approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Sal-lum imkien mhu qed jirriżulta li ser ikun hemm iż-żidiet tat-tip indikata f'ġurnal lokali, fl-istima tax-xogħol.

Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-programm ta' xogħlijiet li hemm bżonn isiru fi Triq H Megizer, Naxxar (Birguma) sabiex ir-residenti jkollhom bankini u toroq diċenti? Jista' l-Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet jkun lesti qabel ix-xitwa li ġejja ħalli ma' jkunx kawżat aktar perikolu u inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant għad ma fihiex sistema ta' dranaġġ.

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar uffiċċjali fuq performance agreement fid-dekasteru tiegħi.

Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn u nofs liema kienu l-periti privati li ngħataw kuntratti ta' xogħol konness mad-disinji bit-toroq? Jista' jqiegħed lista tagħhom fuq il- Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fiż-żmien imsemmi mill-Onor. Interpellant, kuntratti għad-disinji tat-toroq ingħataw kif ġej:- Penza Construction Ltd. għad-disin u l-bini ta' Triq Salina - Iklin, Penza Construction Ltd. għad-disin u l-Bini ta' Triq Burmarrad sal-Qlejja, V & C Contractors Ltd. għad-disin ta' Mosta North Ring Road. Il-periti li qabbdu l-kuntratturi biex jagħmlu x-xogħol ta' disinji f'dawn it-tlett każi kienet id-ditta Design Resources. Barra minn dawn wara sejħa għall-offerti b'avviż Nru. 60/2000, id-ditta Malta Planning Design Consultants kienu mqabbda biex jagħmlu xogħol ta' disinn inkonnessjoni mal-ħtiġijiet tal-ħruġ tal-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-proġett tal-Gzira Link Road.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-Linja illum u kemm għandhom żmien jew ċioe x'kienet is-sena tal-manifattura tagħhom

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru tal-karozzi tal-linja liċenzjati Malta u Għawdex huwa 573. Is-sena tal-manifattura tagħhom huwa kif ġej:- Sena tal-Manifattura Numru ta' Karozzi tal-Linja qabel 1940 79 bejn 1941 - 1950 18 bejn 1951 - 1960 116 bejn 1961 - 1970 108 bejn 1971 - 1980 194 bejn 1981 - 1990 38 bejn 1991 - 2001 20

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.

One Way Street

Question

Jista' l-Ministru jara li bla aktar telf ta' żmien issir prova sabiex ikun magħruf l-impatt li tista tikkawża is-sistema one way fi Triq George Borġ Olivier ir-Rabat? Jista' l-Ministru jara li fix-xahar ta' Mejju li ġej, issir din il-prova matul ix-xahar kollu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għadda l-proposti tiegħu lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex is-sistema ta' one way fi Triq Ġorġ Borg Olivier tiġi mplimentata fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #26015 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Holding Wall

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-risponsabbilta' biex isir ħajt holding wall fit-toroq ta' L-Awrat u Triq Kolu Vella fix-Xgħajra, Zabbar

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-respobsabbilta' li jinbena ħajt biex tiġi ffurmata Triq l-Awrat hija ta' l-iżviluppaturi li bnew il-bini tagħhom iħares fuq din it-triq li jħarsu fuq green area. L-iżviluppaturi li bnew fi Triq Kolu Vella huma responsabbli li jiffurmaw it-triq san-nofs tagħha, filwaqt li l-ħajt li jisseppara l-ground mit-triq irid jinbena akkariku tal-Gvern.

Ħal Qormi — Triq id-Dragun

Question

B'riferenza għal mistoqsija nru. 25067, jista' l-Ministru jgħid x'kienu id-deċiżjonijiet tad-Dipartiment tat-Toroq wara li t-talba li għamiltlu dwar ix-xogħol li jrid isir fuq l-aħħar parti tat-triq li tiġi fl-aħħar ta' Triq id-Dragun f'Ħal Qormi u li tmiss ma' Triq il-Ħelsien u li hija magħrufa bħala New Street fi Triq il-Ħelsien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu qiegħed jistudja l-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant. Jirriżulta li hemm sentenza tal-Qorti ta' l-Appell dwar l-art li trid tittieħed biex tinfetaħ it-triq li fil-fatt saħansitra waslet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tibdel iż-zoning fl-area. Id-Dipartiment tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jieħu parir legali dwar x'jista' jsir biex it-triq tkun tista' tinfetaħ.