Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25880 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jkun hemm sejħa oħra għall-applikazzjoni għall-piloti mal-Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sejħa oħra għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ ta' piloti ma' l-Air malta toħroġ meta tinħass il-ħtieġa.

Antennae — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jispjega fuq liema studju mexa biex tħallew jitwaħħlu antennae tal-mobile phones fuq bjut ta' djar privati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #25231 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vjolazzjonijiet ta' l-Ispazju ta' l-Ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vjolazzjonijiet ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' Malta s-sena l-oħra u min wettaqhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 9 PQ #25743 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tissaħħaħ il-qawwa tal-bozza pubblika fi Triq ir-Ramla fil-Magħtab li hemm imwaħħla mal-arblu faċċata tad-dar Massabielle, jew quddiem id-dar tal-familja Bezzina?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-lampi fit-triq imsemmija diġa saret.
Leg 9 PQ #25795 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Counter Trade

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-andament tal-kumpannija Counter Trade f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll jekk kienx hemm xi żviluppi ta' interess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar sentejn reġgħu bdew it-tentattivi mill-partijiet kollha nvoluti sabiex jinġabru l-flus dovuti lill-kumpanija Countertrade fuq djun magħmula minn kumpaniji Russi li tagħhom il-Gvern Russu kien daħal responsabbli.
Leg 9 PQ #26000 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipbuilding mis-sena 1990 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin il-ħaddiema illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipbuilding mill-1990 sa llum, kienkif ġej: 1990 2,018 1991 1,916 1992 1,862 1993 1,807 1994 1,760 1995 1,087 1996 886 1997 853 1998 861 1999 842 2000 837 2001 814 (sa Mejju) It-814 il-ħaddiem li bħalissa hemm jaħdmu f'din l-azjenda ġejjin minn 56 belt u raħal ta' Malta.
Leg 9 PQ #26001 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fit-Tarzna ta' Bormla mis-sena 1990 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita ġejjin il-ħaddiema llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Jannar ta' l-1990, in-numru ta' ħaddiema fit-Tarzna ta' Malta kien ta' 3,975. It-total ta' ħaddiema sa l-24 ta' Mejju ta' din is-sena, fl-imsemmija azjenda kien ta' 2,734. Dwar is-snin bejn l-1991 u l-2000, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23164 waqt is-Seduta numru 481. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26009 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz ta' l-ilma għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom maqsuma xahar b'xahar bejn 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu dawk f'Għawdex u kemm kienu f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn Jannar s'issa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet azzjoni fuq tmien każijiet ta' sospensjoni tas-servizz ta' l-ilma minħabba li l-kontijiet relattivi ma tħallsux. Tajjeb jingħad li ġeneralment, meta l-kontijiet ma jitħallsux, il-politika tal-Korporazzjoni hija li toħroġ sospensjoni fuq il-provvista tad-dawl peress li huwa iżjed faċli li tissospendi din il-provvista milli dik ta' l-ilma.
Leg 9 PQ #26013 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon, għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom xahar b'xahar bejn 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu dawk f'Għawdex u kemm kien hemm f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Maltacom, qabel tissospendi għal kollox is-servizz, tagħmel restrizzjoni fuqu għar-raġuni li l-abbonat ikun waqa' lura fil-ħlas tal-kontijiet. L-informazzjoni mitluba, li tinkludi restrizzjoni kif ukoll sospensjoni tas-servizz, hija kif ġej: XAHAR MALTA GĦAWDEX Restrizzjoni Sospensjoni Restrizzjoni Sospensjoni Jannar 997 413 29 9 Marzu 1,081 360 76 19 Mejju 820 165 - -
Leg 9 PQ #26014 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom xahar b'xahar ta' bejn 1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu dawk f'Għawdex u kemm kienu f'Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena, in-numru ta' "households" li kellhom is-servizz ta' l-elettriku sospiż minħabba nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet relattivi kien hekk: Jannar 23 Frar 23 Marzu 26 April 41 Mejju 21 (sal-21 tax-xahar)
Leg 9 PQ #26024 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Shooting Range

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Enemalta sabiex il-problema li teżisti fix-shooting range tal-bidnija tiġi solvuta? Meta hu mistenni li jittieħdu l-passi neċessarji għal ġid ta' dan l-isport popolari?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-problema ta' vultaġġ baxx. Jiena nfurmat li biex tissolva din il-problema fil-Bidnija, il-Korporazzjoni Enemalta qed tipproġetta xogħol estensiv li mistenni jibda fi żmien mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #26029 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26094 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn inħass il-bżonn li l-ħaddiema tal-190 tal-Maltacom jiġu trasferiti f'sezzjoni oħrajn tal-azjenda u minflokhom iddaħħlu ħaddiema ġodda mit-Telepage?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 25,792 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 541 tat-22 ta' Mejju 2001.
Leg 9 PQ #26107 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Malta Freeport għada kif assumiet persuna ġdida li kienet taħdem mal-ETC, bħala assistent human resources manager? Jekk fl-affermattiv, saret sejħa pubblika għal din il-pożizzjoni? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles għadha kif assumiet persuna bħala Assistant Manager Riżorsi Umani u li kienet taħdem mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għal dan l-impjieg kienet saret sejħa pubblika. Il-persuna magħżula ġiet impjegata b'kuntratt indefinit.
Leg 9 PQ #25229 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swimming Pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn swimming pools f'pajjiżna illum? Kemm minhom huma f'lukandi u/jew ażjendi oħra direttament konnessi mat-turiżmu u kemm fi djar privat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond ir-rekords li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, sa nofs April ta' din is-sena, hawn b'kollox 2,526 swimming pool li minnhom 229 huma kummerċjali u 2,297 huma privati.
Leg 9 PQ #25362 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25877 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Membership

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21804?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-estimi tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għas-sena 2000 huma mqassma skond id-diviżjonijiet li għadhom kif twaqqfu, jiġifieri dik tal-Kummerċ, tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Politika Ekonomika. Il-flus għal dak li għandu x'jaqsam ma' "International Membership" jidhru taħt il-voti ta' dawn id-Diviżjonijiet.

Boathouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jagħti s-servizzi tad-dawl u l-ilma lil dawk li m'għandhom fil-boathouses li hemm fil-Qawra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kemm il-Korporazzjoni Enemalta, kif ukoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, jipproċessaw kull aplikazzjoni valida, inkluż dawk li jikkonċernaw "boathouses", għall-installazzjoni tas-servizz ta' elettriku u ilma kemm il-darba din tkun koperta bil-permessi relattivi maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-ħaddiema fit-taqsima tal-190 fil-Maltacom, li minn 42 illum qegħdin 19 biss? Dawn se jiġu trasferiti f'xi sezzjoni oħra? Se jibqgħu jieħdu x-shift allowance u l-kumpens tal-ħdud u l-festi? Jekk le, allura dawn jitilfu madwar Lm 120 fix-xahar mill-paga, se jiġu kkumpensati mod ieħor? L-iskala tas-salarju tagħhom li llum hija marbuta ma' skala 12, se tinfetaħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-Sezzjoni tad-Directory Enquiry Services, magħrufa wkoll bħala l-190, hi meħtieġa fl-isfond ta' l-ambjent li qed topera fih il-Maltacom. Jiena nfurmat li l-ħaddiema se jingħatalhom xogħol produttiv skond ix-xeħta u l-kapaċitajiet tagħhom, dejjem fl-isfond tal-"job specification" tagħhom. Ir-ristrutturar ta' din it-taqsima hija parti mill-pjan tal-Kumpanija biex ikun hemm iżjed effiċjenza billi r-riżorsi tagħha jiġu utilizzati aħjar. Dan mhux l-ewwel, u ċertament lanqas l-aħħar, eżerċizzju fejn l-impjegati jiġu mogħtija xogħol kompatibbli mal-kapaċitajiet tagħhom biex hekk jagħtu l-akbar u l-aħjar kontribut lill-Kumpanija. Is-sitwazzjoni ta' l-għoti tas-servizzi tad-direttorju in ġenerali, inkluż id-Directory Enquiries, qed tiġi diskussa mar-Regolatur tat-Telekomunikazzjoni u l-Union fejn huwa neċessarju.
Leg 9 PQ #25870 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Disaster Boxes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-mediċinali u l-apparat mediku li hemm fil-Air Disaster Boxes li hemm fil-klinika tal-Airport ilu ma jiġi ċċekkjat żmien twil? Meta l-aħħar li ġew iċċekjati? Veru li hemm items skaduti? Jista' jara li l-affarijiet ikunu ċċekkjati peress li jekk Alla ħares qatt isir xi inċident tal-ajru, l-konsegwenzi kemm ikunu akbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mediċinali u l-apparat mediku fil-klinika ta' l-ajruport jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tas-Saħħa.