Laqgħat biex ħaddiema tal-Gvern imorru jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare
Question
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-aħħar ġranet ta’ Jannar 2017 u fl-ewwel ġranet ta’ Frar 2017 saru laqgħat fis-sala t’isfel fil-Ministeru tas-Saħħa biex ħaddiema tal-Gvern jintalbu jmorru jaħdmu mal-Vitals Global Healthcare? Il-Ministru ma jħossx li laqgħat bħal dawn m’għandhomx isiru fil-Ministeru iżda f’postijiet oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul iz-zmien imsemmi minnha saru diversi laqgħat mal-ħaddiema tal-isptar San Luqa bejn l-Amministrazzjoni tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru għas-Saħħa u l-ħaddiema. L-imsemmija laqgħat seħħew sabiex il-ħaddiema jingħataw serħan il-moħħ li kienu ser jibqaw ħaddiema tal-gvern bil-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laqgħat li saru fil-Ministeru bejn l-aħħar ta’ Jannar 2017 u l-bidu ta’ Frar 2017 wasslu għall-azzjoni industrijali għax il-ħaddiema ħassewhom urtati li l-Ministru qed imur lura minn kellmtu peress li l-ħaddiema kollha se jibqgħu fuq il-payroll tal-gvern u li l-kundizzjonijiet tagħhom mhux se jinbidlu?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa impjegat mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) u li għandu paga ta’ €45,000 fis-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija minnha huwa mpjegat mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u li l-paga bażika tiegħu hi ta' €30 elf fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid eżattament x’inhu xogħol l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Ministeru tas-Saħħa jew f’xi waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha jagħmel xogħol ta' customer care kif ukoll jikkoordina proġetti li jiġu mogħtija lilu.
Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga jew xogħol li kull person of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu, qiegħed jokkupa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persons of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Chief of Staff; Assistant Private Secretary, Communication Secretary, Secretariat Officers, Co-ordinating Officer; Customer Care Officers; Members of the Secretariat Pool; Secretariat Messenger; Secretariat Messenger/Charwomen; Personal Driver/Security Officer.
Vitals Global Healthcare – ħlas għal xogħlijiet fl-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li tħallset il-Vitals Global Healthcare għal xogħol li għamlet fl-Isptar Karin Grech fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena? Kemm kien l-ammont totali li tħallset il-Vitals Global Healthcare għax-xogħol li għamlet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena?
Sptar Karin Grech u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod fl-Isptar Karin Grech fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena? Kemm kien hemm sodod fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016 kien hemm 130 sodda għall-kura akuta, 54 sodda għall-kura psikjatrika u 121 sodda LTC fl-isptar Ġenerali t’Għawdex filwaqt li fl-isptar Karen Grech kien hemm 270 sodda.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward grievance u li minkejja li kien hemm deċiżjoni, xorta baqa' jbati l-inġustizzja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija minnu ingħatat ir-rimedju skont kif ġie deċiż mill-grievances board.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31241, jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli li huma tal-kuntrattur għas-snin 2015, 2016 u 2017 (s’issa) b’mod rispettiv għal kull sena u mhux kif ġiet imwieġba bħala numru medja għal dawk it-tliet snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li twieldu mejta, li mietu fl-ewwel sebat ijiem ħajja jew li mietu bejn it-8 u t-28 ġurnata ħajja matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 20 tarbija li twieldet mejta bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru tal-2016. Matul dan l-istess perjodu, 18 il-tarbija mietet fl-ewwel sebat ijiem ħajja u 4 mietu bejn it-8 u t-28 ġurnata ħajja.
Trabi – ommijiet ta’ inqas minn 20 sena u aktar minn 40 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-ommijiet ta' inqas minn għoxrin sena u ta’ iktar minn erbgħin sena, matul l-2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar t’ Ottubru tal-2016 twieldu 129 tarbija lill-ommijiet ta' inqas minn għoxrin sena u 77 tarbija lill-ommijiet ta’ iktar minn erbgħin sena.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti tat-traffiku fl-2016 xahar b'xahar? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fix-xahar ta’ kemm kien hemm persuni li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti tat-traffiku fl-2016 kienet 168 filwaqt li ninfurmah ukoll illi l-iktar li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza kienu dawk li kellhom bejn l-20 u 29 sena.
Ministeru għas-Saħħa – Segretarjat – overtime ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'overtime tal-ħaddiema li kienu jiffurmaw parti mis-Segretarjat tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2012 u l-2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa – Stqarrija Nru 170310 – interventi li saru fil-privat
Question
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-interventi li saru fil-privat sarux kollha wara sejħa pubblika? Jekk iva, jista’ jindika liema kienu s-sejħiet pubbliċi għal dan is-servizz, u jekk le, għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-interventi msemmija minnha li saru fil-privat saru kollha wara sejħa pubblika.
B’referenza għall-Istqarrija nru 170310 maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa fit-8 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa kull operazzjoni fil-privat u kemm kienet in-nefqa totali tal-gvern f’kull sptar jew clinic privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bini tal-Iskola ta’ Barts f’Għawdex hux se ssir mill-Gvern Malti, minn Vitals Global Health Care jew minn Barts infushom? Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa din il-binja u minn liema fond mill-Budget tal-2017 se jittieħdu dawn il-flus?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett tal-Isptar t’Għawdex hemmx pjan li l-helipad terġa’ ssir fl-Isptar innifsu, wara li se titneħħa u tintuża tax-Xewkija minħabba l-binja ta’ Barts?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bini tal-isptar ġdid se jinkorpora fih helipad fuq il-bejt tal-binja ewlenija.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Istroke Unit f’Karin Grech Hospital hux se tieħu post is-sodod eżistenti jew it-28 sodda humiex se jiżdiedu ma dawk li diġà hemm? Jekk se jiżdiedu, jista’ jgħid f’liema parti tal-Isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sodod fl-isptar Karin Grech ser ikunu mqassmin f’units differenti, fost dawn ser ikun hemm l-Stroke Unit sabiex il-pazjenti jieħdu kura speċjalizzata skont il-kundizzjoni u b’hekk tkompli titjieb il-kura u s-servizz tal-pazjent.
B’referenza għal rapport fil-media nhar is-7 ta’ Frar 2017, jista’ l-Ministru jgħid, il-50 ħaddiem li diġà huma impjegati mal-Vitals Global Healthcare humiex
full time
jew
part time
? Kemm minnhom kienu jaħdmu mal-Gvern? U x’inhi l-professjoni tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema mpjegati minn Vitals Global Healthcare huma kemm full time u kif ukoll part time u jagħmlu xogħol kemm kliniku kif ukoll amministrattiv.