Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dati ta’ kull ħarba? Jista’ jgħid kemm kien hemm immigranti involuti f’kull ħarba? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-immigranti nqabdu u kemm għadhom sal-lum ma nqabdux? Jista’ jgħid mill-investigazzjonjiet li saru x’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom seħħew dawn il-ħarbiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risosta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ċentri ta’ detenzjoni – attentati ta’ ħarbiet irreġistrati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati attentati ta’ ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dati ta’ kull attentat ta’ ħarba? Jista’ jgħid kemm kien hemm immigranti involuti f’kull attentat ta’ ħarba? Jista’ jgħid mill-investigazzjonjiet li saru x’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom seħħew dawn l-attentati ta’ ħarbiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Ċentri ta’ Detenzjoni – passi dixxiplinarji konnessi ma’ ħarbiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012 li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċjali tad-detenzjoni jew persuni oħra? Jista’ jagħti d-data ta’ kull ħarba fejn ittieħdu passi dixxiplinarji? Jista’ jgħid f’kull każ, x’kienu l-passi dixxiplinarji li ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma’ kien jinżamm l-ebda rekord ta’ passi dixxiplinarji li tieħdu fil-komfront ta’ membri tal-Forzi Armati, uffiċjali ta’ detenzjoni jew persuni oħra li jinsabu li kienu involuti f’ħarbiet miċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Ċentri ta’ Detenzjoni – passi dixxiplinarji konnessi ma’ attentati ta’ ħarbiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ attentati ta’ ħarbiet minn immigranti miżmuma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012 li dwarhom ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċjali tad-detenzjoni jew persuni oħra? Jista’ jagħti d-dati ta’ kull attentat ta’ ħarba fejn ittieħdu passi dixxiplinarji? Jista’ jgħid f’kull każ x’kienu l-passi dixxiplinarji li ttieħdu?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 13157.
Ċentri ta’ Detenzjoni – allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq immigranti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu investigati allegazzjonijiet ta’ vjolenza fuq immigranti mi¿muma f’ċentri ta’ detenzjoni bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat, minn uffiċjali tal-forzi tal-ordni? Jista’ jagħti d-data ta’ kull każ? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu l-allegazzjonijiet f’kull każ? Jista’ jgħid kemm minnhom irriżultaw veritiera u kemm le? Jista’ jgħid x’passi dixxiplinarji ttieħdu f’dawk il-każijiet li rriżultaw veritiera? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet fejn nies tressqu l-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lanqas f’dan il-każ ma kienet tinżamm ebda forma ta’ rekords.
Jista’ l-Ministru jispjega għala mill-Identity Malta qed jinħarġu rċevuti miktubin bl-idejn flok bl-informatika, u dan skont kif rappurtat minn diversi nutara?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-dipartimenti li jaqgħu taħt Identity Malta joħorġu irċevuti b’mod awtomatiku mis-sistemi elettroniċi fejn dawn il-faċilitajiet jeżistu. Fejn m’hemmx dawn il-faċilitajiet, jinħarġu irċevuti manwali skont kif jipprovdu l-arrangament uffiċjali eżistenti.
Ċittadini tal-Korea ta’ Fuq – applikazzjoni għal Visa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12522, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-visas approvati għal ċittadini mill-Korea ta’ Fuq kienu LTV (Limited Territorial Visas)? Kemm kienu limitati għal Malta biss? F’kull każ tal-visas maħruġa lil dawn iċ-ċittadini mill-Korea ta’ Fuq, x’kienet ir-raġuni mogħtija biex tinħareġ il-visa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-53 Visa li ġew approvati liċ-Cittadini tal-Korea ta’ Fuq ma kien hemm l-ebda waħda li kienet viza b’validita territorjali limitata (Limited Territorial Validity).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bullet proof vest inxtraw mill-Korp tal-Pulizija fl-aħħar tmien snin ikluż din is-sena, sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fl-aħħar tmien snin il-bullet proof vests li inxtraw mill-Korp tal-Pulizija kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Diġa nbdew l-arrangamenti li jinxtraw numru tal-bullet proof vests oħra dalwaqt.
Bullet proof vests mixtrija mis-sena 2007 sas-sena 2014
Sena
Ammont
2007
100
2009
100
2014
2
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-recording li ħa l-PBS tal-kunċert li sar f’Ottubru 2014 f’Dar il-Mediterran, il-Belt, mill-Banda tal-Pulizija fl-okkażjoni tal-200 anniversarju tal-Korp tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex lill-pulizija tar-RIU fl-aħħar ġimagħtejn intqalilhom li jekk iridu jilbsu balaclava waqt id-dmirijiet tagħhom, dan jistgħu jagħmluh però jkollhom jixtru huma minn buthom il-balaclava?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija tal-RIU qatt ma użaw jew ġew b'xi mod awtorizzati jilbsu balaclava waqt xogħolhom u għaldaqstant ħadd ma tqabbad jixtri xejn min butu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11164, jista l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li qed jgħid li kien ippublikat fid-29 ta' Awwissu (fejn hu ma semmiex ta' liema sena)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11291 u 9252 u jgħid kemm-il pulizija ta' riżerva ġew ingaġġati fil-Korp tal-Pulizija fl-età ta' bejn il-25 u l-35 sena, bejn il-35 u l-45 sena, bejn il-45 u l-55 sena, bejn il-55 u l-65 sena, bejn il-65 sena u s-70 sena u bejn is-70 u t-80 sena, minn Marzu 2013 sad-data tat-tweġiba ta' din l-interpellanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ser issir reviżjoni biex jiġi zgurat li l-Pulizija ta’ Riżerva huma kollha kapaċi jaqdu d-dmirijiet rikjesti minn membru tal-Pulizija. Primarjament it-triq ‘il quddiem hi li jiġu ngaġġati Pulizija ġodda.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10916 u jgħid kemm-il siegħa ta’ tagħlim akkademiku, inkluż dwar ġurisprudenza u l-aħħar emendi għal-liġijiet kriminali, kellu kull membru tal-Pulizija tad-Distrett (Għases) kull xahar bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u l-1 ta' Settembru 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar tagħlim li ingħata lill-membri tal-Pulizija tad-Distrett (Għases) kull xahar bejn l-1 ta' Ġunju 2013 u l-1 ta' Novembru 2014, jinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji oħra kif mitluba mill-Onorevoli interpellant mhumiex miżmuma.
Ex-Kummissarju tal-Pulizija — Nefqa fuq ospitalità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10940 u jgħid kemm intefqu flus fuq ospitalità, riċevimenti u ikliet mill-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul il-ħatra tal-ex Kummissarju tal-Pulizija ntefqu €5,200.62.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10941 u jgħid kemm hemm kontijiet ta’ ikliet tal-ex Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li saru f’ristoranti, fosthom uħud fil-Belt Valletta, li mhumiex imħallsa u għadhom pendenti fil-jum li fih qed issir din l-Interpellanza u l-kontijiet tagħhom qed jaslu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jitħallsu mill-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma hemmx kontijiet ta’ ikliet tal-ex Kummissarju tal-Pulizija li mhumiex imħallsa u li għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11122 u jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija fl-aħħar xhur xtarax jew akkwistax pick up tow truck u jekk iva, meta, b'liema mod u b'kemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Pulizija, f’Lulju li għadda, xtara tow truck b’Direct Order, bil-prezz ta’ €4,700.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11123, jista’ l-Ministru jgħid meta hu l-mument opportun biex ikun ippubblikat dan ir-rapport, meta għaddew xhur sħaħ minn meta l-Ministru stess wiegħed li jkun ippubblikat u issa għaddew xhur sħaħ minn meta tlesta tali rapport?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirrferi għal mistoqsija parlamentari 11123. Nixtieq nispeċifika li bħalissa qed neżamina x’inkjesti hemm li saru fi ħdan il-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Customer care – ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Customer Care apparti ilmenti jirċievi wkoll suġġerimenti dwar kif pereżempju n-nies tista’ tgħin aktar lill-Korp tal-Pulzija u lill-Forzi dixxiplinati l-oħra. L-aktar ilmenti li l-Customer Care jirċievu hu dwar bżonn ta’ aktar sorveljanza fit-toroq, aktar assistenza mill-Pulizija fil-peak hours tat-traffiku, dewmien ta’ Visas, mistoqsijiet fuq il-proċess ta’ tiġdid tal-karti ta’ identita’, kif ukoll ilmenti ġenerali dwar problemi li jirriżultaw minħabba l-immigrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal visa (Schengen Area) saru minn Marzu 2013 sa-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija minn ċittadini tal-Vietnam? Kemm minnhom ġew approvati? F'liema jew tramite liema ambaxxata saru dawn l-applikazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 59 applikazzjoni minn Marzu 2013, li minnhom 55 ġew approvati. Dawn sru minn Beijing, Caberra, Dubai, Londra, Mebourne, Mosca u New York.