Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mqabba — Triq il-15 ta' Settembru 1598

Question

Jista' il-Ministru jgħid, ġaladarba nħarġet anke l-esproprjazzjoni fil-gazzetta tal-gvern kopja hawn annessa, meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq il-15 ta' Settembru 1598 fl-Imqabba?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata fżseduta oħra.

Siġġiewi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati bit-tarmac Triq San Niklaw u Triq Blue Grotto fis-Siġġiewi peress li jinsabu fi stat ħażin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f'seduta oħra

Ħ'Attard — Traffiku li jgħaddi minn Triq in-Nutar Zarb

Question

Jista' il-Ministru jgħidilna jekk għadx hemm il-ħsieb li t-traffiku li jgħaddi minn Notary Zarb Str, Attard fid-direzzjoni tar-Rabat jiġix devjat għal triq oħra li kellha tinbena fil-viċinanzi ta' Wied is-Sewda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tewġiba għal din il-Mistosija Parlamentari tingħata f'seduta oħra

Ħ'Attard — Triq in-Nutar Zarb

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li fis-sezzjoni ta' Notary Zarb Street faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard isiru l-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm preżentement u biex jiġi evitat in-numru inaċċettabbli ta' inċidenti tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f'seduta oħra

Ħal Qormi — Triq in-Nassab

Question

Tista' l-ADT tinvestiga l-ilmenti ta' residenti li jgħixu fi Triq in-Nassab f'Ħal Qormi dwar il-bankina ġdida li qed issir f'din it-triq li ġiet baxxa ħafna u mhux qed isservi ta' ilqugħ biżżejjed mill-vetturi u l-inġenji industrijali li jiffrekwentaw din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f'seduta oħra

Marsascala — Triq in-Nadur

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17413 u jgħid meta se jibda jew jitkompla x-xogħol fi Triq in-Nadur ġewwa Marsaskala minħabba li tinsab fi stat diżastruż? Japprezza li kien hemm commitment li din it-triq issir snin ilu u għalhekk huwa ġust li issa titlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Bypass ta' l-Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jara li t-triq li tagħti minn fejn Howard Gardens, Imdina għal fejn l-Istazzjon Restaurant u l-bypass ta' l-Imtarfa tiġi rranġata peress li din it-triq użata ħafna mit-turisti u tinsab fi stat diżastruż?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Mdina

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kuntrattur li għamel ix-xogħol f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ bejn Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat, ma wassalx il-main ġdid tad-drenaġġ sal-pumping station Ta' Srina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Rigali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq rigali li ngħataw minnu jew mill-istaff privat tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta, matul l-2003, 2004, 2005 u minn Jannar 2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid lil min ingħataw, fiex kien jikkonsisti r-rigal li ngħataw, kemm qam flus, minfejn inxtara u min approva x-xiri tiegħu? Jista' jgħid x'rigal ingħata hu bħala Ministru b'reċiproċita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna mill-istaff privat tiegħi tieħu ħsieb tixtri oġġetti addattati biex jingħataw bħala rigal skond ċirkustanzi li jvarjaw minn żjarat ta’ kortesija minn diversi personalitajiet u żjarat tiegħi uffiċjali barra minn Malta fuq stedina ta’ Ministri jew kapijiet ta’ diversi entitajiet. Il-valur ta’ dawn ir-rigali jvarja minn wieħed għall-ieħor. Dawn ir-rigali jinxtraw f’daqqa minn żmien għall-ieħor u mhux fuq bażi ndividwali. Dawn ir-rigali jikkonsistu f’xogħol ta’ artiġġjanat Malti jew kotba u jinxtraw minn sorsi differenti. Bħal ma jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant dawn ir-rigali dejjem jiġu reċiprokati pero` naħseb li japprezza li m’huwiex il-każ li wiehed jibqa' jiftakar xi jkun ingħata f’ċirkostanzi partikolari. Mhijiex l-użanza li membri ta’ l-istaff privat tiegħi jagħtu rigali fuq inizjattiva tagħhom.

Junior College

Question

Jista' il-Ministru jara li jkun hemm arranġamenti xierqa ħdejn il-junior college l-Imsida biex ġenituri li jmorru jiġbru lil uliedhom studenti jkunu jistgħu jipparkjaw ħin itwal minn tliet minuti biex jiġbru lil uliedhom flok jieħdu ċitazzjoni kull darba?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant irriżulta li tali ċitazzjonijiet jinħarġu meta vetturi jiġu pparkjati bi ksur tal-liġi. Għaldaqstant, minħabba raġunijiet ta’ sigurta’, vetturi għandhom ikunu pparkjati fil-parking bays provduti.

Vannijiet bojod

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'jinvolvi l-qlib ta' van abjad minn tmien seater għal għaxar seater min-naħa ta' l-ADT, kemm għax-xufier kif ukoll għall-vettura? X'inhuma l-ispejjeż sabiex isir dan l-upgrading?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Speed limit fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-ispeed limit fit-toroq arterjali jvarja (70 km/hr fi Triq ta' Srina, Ħaż-Żebbuġ u 80km/hr fl-Imrieħel Bypass) meta l-highway code ma tagħmilx din id-distinzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #18058 Sitting 371 2006-03-28 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħal-Luqa — Rotot tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u jirrapporta lura lill-Parlament dwar ilment li qed jintbagħat separatament, rigward ir-rotot tal-karozzi tal-linja 32 u 34 li m'humiex jgħaddu kif indikat f'tabella mwaħħla fi Griq San Ġużepp, Ħal-Luqa "ħlief meta jiftlilhom" bir-riżultat li r-residenti jibqgħu jistennew ta' xejn? Peress li dan ir-rapport diġa' ġie mressaq għand il-kunsill lokali, Ħal-Luqa u anke għand l-Awtorita' dwar it-Trasport, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu diġa' u x'passi se jittieħdu issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Gudja — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu mill-iktar fis dwal fuq iz-zebra crossing ta' ħdejn il-football ground tal-Gudja, quddiem il-Palazz ta' Bettina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport se tagħmel spezzjoni fuq din iz-zebra crossing hawn fuq imsemmija biex ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

Ħaż-Żabbar — Triq is-Saqwi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir bit-tarmac Triq is-Saqwi ġewwa Ħaż-Żabbar minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta' xogħlijiet ta' toroq li jridu jsiru. Dawn it-toroq jinbnew skond il-prijoritatjiet li joħorġu minn dan il-program.

Ħaż-Żabbar — Triq iċ-Ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir bit-tarmac Triq iċ-Ċimiterju ġewwa Ħaż-Żabbar minħabba li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta' xogħlijiet ta' toroq li jridu jsiru. Dawn it-toroq jinbnew skond il-prijoritatjiet li joħorġu minn dan il-program.

Tigne' — Mina taħt il-bini tal-proġett MIDI

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi studji saru mill-ADT dwar il-mina li qed issir taħt il-bini tal-proġett MIDI f'Tigne' u jekk hux se tkun ta' periklu għall-karozzi peress li hija liwja qawwija ħafna? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudji, jekk saru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.