Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – użu tas-servizz ta’ Telecare

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm huma l-anzjani li għamlu jew qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl u n-Naxxar bejn April 2013 u Awwissu 2015 (sena b`sena, lokalità lokalità)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammonti ta’ anzjani li għamlu jew qed jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, bejn April 2013 u Awwissu 2015, huwa kif ġej: Perjodu Mellieħa San Pawl il-Baħar Naxxar 2013 122 240 139 2014 124 244 140 2015 137 252 137

Servizz tal-Handyman

Question

Jista` l-Ministru jgħid, kemm kien in-numru ta` anzjani li għamlu użu mill-Handyman Service bejn April 2013 u Awwissu 2015 sena b`sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ anzjani li għamlu u¿u mis-Servizz tal-Handyman bejn April tal-2013 u Awwissu tal-2015, huwa mqassam kif ġej: 2013 (minn April sa Diċembru) - 782 persuna 2014 (sena sħiħa) - 858 persuna 2015 (minn Jannar sa Awwissu) - 661 persuna

MMDNA – servizz fil-komunità — bidla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jibdel is-servizz mogħti fil-komunità permezz tal-MMDNA ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jinsab kontinwament impenjat biex itejjeb is-servizzi fil-komunita’ waqt li jfittex li jintroduċi servizzi u prattiċi ġodda għall-futur.

Servizz tal-Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu dawk l-anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels, bejn April 2013 u Awwissu 2015 sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels bejn April 2013 u Awwissu 2015, huwa mqassam kif ġej: 2013 (bejn April u Diċembru) – 378 benefiċjarju 2014 (sena sħiħa) – 385 benefiċjarju 2015 (sa Awwissu) – 338 benefiċjarju

Residenza San Vinċenz de Paule – Healthcare Infection Control Practices

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura li tintuża meta jiġi stabbilit li pazjent fir-Residenza San Vinċenz de Paule qed ibati minn xi forma ta’ infezzjoni, virus jew marda li tittieħed? Jista’ jgħid x’inhuma l-Healthcare Infection Control Practices li jintużaw f’dawn il-każijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevli Interpellant illi, il-proċeduri li jintużaw meta jiġi stabbilit li pazjent/a fil-Faċilita għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, tkun qed tbati minn xi forma ta’ infezzjoni, virus jew mard ieħor li jittieħed, huma l-istess proċeduri li kienu jintużaw fil-passat f’sitwazzjonijiet simili. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ir-Residenza taħdem b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Infection Control Unit ġewwa l-Isptar Mater Dei, il-Konsulenti tal-Mikrobioloġija kif ukoll Konsulenti u speċjalisti fis-Saħħa Pubblika.

Residenza San Vinċenz de Paule – iżolament minħabba infezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka t-tip ta’ infezzjonijiet, viruses jew mard li huma kklassifikati mill-awtoritajiet tar-Residenza San Vinċenz de Paule li jirrikjedu iżolament tal-pazjent?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi t-tip ta’ infezzjonijiet, viruses jew kwalunkwe mard ieħor li jittieħed u li jirrikjedu iżolament tal-pa zjenti, huma l-istess tip ta’ mard li jirriżultaw anke fl-isptarijiet.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mid-9 ta’ Marzu 2013 ‘il quddiem, il-Ministeru tal-Familja u Soldarjeta’ Soċjali, għamel użu mis-servizzi tal-kumpanija imsemmija kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Xogħol imqabbad minn Għotja tal-kuntratt Valur tal-kuntratt (Vat ink.) Ammont imħallas (Vat ink.) Bilanċ dovut (Vat ink.) 1 Awtorita tad-Djar Ordni diretta €45,430 €2,719.90 Nil 2 Awtorita tad-Djar Ordni diretta €7,000 €5,833.03 €98.90 3 Awtorita tad-Djar Ordni diretta €7,000 Nil €7,000 4 MFSS Ordni diretta €1,260 + VAT €120 + VAT €420 + VAT Total = €2,124 €2,124 Nil 5 MFSS Ordni diretta €306.80 €306.80 Nil 6 MFSS Ordni diretta €944 €944 Nil 7 MFSS Ordni diretta €1,220 + VAT €240 + VAT Total = €1722.80 €1722.80 Nil

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasterji varji li jaqgħu taħtu tul din is-sena sa Settembru 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-Ministeru u l-entitajiet varji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ġew impjegati u ingaġġati total ta’ 189 persuna. Dan ma jfissirx li huma kollha mpjiegi ġodda għaliex fosthom hemm impjegati li daħlu flok oħrajn li ħallew l-impjieg għal raġunijiet varji.

Servizz għaċ-Childcare Centres — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jiġi mistenni li jsir ħlas għas-servizz għaċ-Childcare Centres minn nisa li daħlu lura għax-xogħol f’każijiet fejn ir-raġel abbanduna l-ulied?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Home Visit – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ home visit lill-anzjana li tgħix waħedha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jagħmel Home Visit meta l-klijent jagħmel kuntatt mas-Social Work Unit fi ħdan id-Dipartiment biex b’hekk isirlu appuntament ma’ Social Worker li jmur/tmur fuq il-post .

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fir-rigward tal-każ ikkonċernat, diġa’ saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar, u wkoll inħadmet stima tax-xogħlijiet li huma meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dwar il-każ in kwistjoni, diġa’ saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar u ġiet ikkompilata stima tax-xogħlijiet li huma meħtieġa.

Servizz ta’ Home Help – persuni mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-persuni li ngħataw is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar bejn Jannar 2010 u Awwissu 2015 sena b’sena, b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li bbenefikaw mis-servizz tal-Home Help bejn Jannar tal-2010 u Awwissu tal-2015, huwa maqsum kif ġej: Naxxar 2010 43 persuna 2011 44 persuna 2012 48 persuna 2013 50 persuna 2014 56 persuna 2015 (sa Awissu) 61 persuna San Pawl il-Baħar 2010 21 persuna 2011 22 persuna 2012 25 persuna 2013 33 persuna 2014 35 persuna 2015 (sa Awissu) 39 persuna Mellieħa 2010 20 persuna 2011 22 persuna 2012 28 persuna 2013 36 persuna 2014 44 persuna 2015 (sa Awissu) 49 persuna

Residenza San Vincenz de Paule – ilma tal-arja kkundizzjonata jqattar fil-kuridur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li matul ix-xhur tas-Sajf f’numru ta’ swali fir-Residenza San Vincenz de Pauletpoġġew bramel fil-kuriduri sabiex jilqa’ t-taqtir tal- ilma li kien qed jiġi kkawżat mill-apparat tal-arja kkundizzjonata mwaħħlin fis-soqfa tal-istess swali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Intepellant, illi l-bramel li tpoġġew f’numru ta’ swali fil-kuriduri, tqegħdu bħala prekawzjoni għal waqt li kien għaddej l-ispezzjonar ta’ rutina tas-sistema tal-arja kkundizzjonata.

Aġenzija Appoġġ – rapporti ta’ tfal li ħarbu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti li ħarbu tfal mill- istituzzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern permezz tal-Aġenzija Appoġġ bejn Jannar u Settembru 2015? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn it-tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa Settembru 2015 saru 4 rapporti lill-Pulizija, dwar minuri tas-sess feminili li kienu rrapportati nieqsa. L-etajiet ta’ dawn it-tfajliet ivarjaw minn 13-il sena sa 15-il sena, biż-żmien li damu rraportati nieqsa jvarja minn ġurnata sa’ erbat ijiem. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każijiet jinvolvu minuri li jkunu ġew irraportati nieqsa għal xi ħin jew jiem kif indikat hawn fuq, u mhux ħarbu mingħajr ritorn. Fir-rigward tal-każi imsemmija, il-minuri jkunu ħarġu mid-dar residenzjali tal-placement tagħhom, fil-ħin li għandhom permess joħorġu, iżda ma jkunux irritornaw lura fil-ħin mistenni. Tajjeb li wieħed isemmi illi l-minuri għandhom permess joħorġu mid-dar/instituzzjoni, u dan isir biex il-minuri taħt kura u kustodja tal-istat jgħixu kemm jista’ jkun ħajja normali bħalma jgħixu minuri oħra subien u bniet tal-età tagħhom li jgħixu fid-djar residenzjali mal-ġenituri. It-tfajliet involuti huma l-istess individwi li l-ebda dar oħra jew NGO ma aċċettawhom bħala residenti fid-djar tagħhom.

Istituzzjonijiet tal-Gvern li jilqgħu fihom tfal u adoloxxenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ istituzzjonijiet tal-Gvern li jilqgħu fihom tfal jew adoloxxenti sa Settembru 2015? B’mod separat, jista’ jgħid kemm hu n-numru u l-etajiet tat-tfal u adoloxxenti residenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli. Interpellant illi sa Settembru 2015, in-numru ta’ istituzzjonijiet tal-Gvern li jilqgħu fihom tfal jew adoloxxenti jammonta għal 30 (b’għaxra minn dawn id-djar residenzjali huma immexxija mill-Knisja). In-numru ta’ tfal ġewwa l-imsemmija residenzi jammonta għal 207, imqassma kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Etajiet tal-MinuriNumru ta’ Tfal fiċ-Ċentri Residenzjali 0-335 4-957 10-16101 17-18+14

Tfal li ġew addottati

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien in-numru ta’ tfal li ġew addottati minn barra l-pajjiż, sena b’sena bejn Awwissu 2013 u Awwissu 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ adozzjonijiet ta’ tfal minn barra l-pajjiż bejn Awwissu 2013 sa Awwissu 2014 kien ta’ 15–il addozzjoni, filwaqt li bejn Settembru 2014 sa Ġunju 2015, in-numru ta’ addozzjonijiet kien ta’ 14.

Benefiċċji Soċjali — abbużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kienet tabbuża mill-benefiċċji soċjali rregolarizzat ruħha wara l-ultimatum li ta l-Gvern fi Frar li għadda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ benefiċċjarji li għamlu talba biex jirregolarizzaw ruħhom mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sal-aħħar ta’ Frar 2015, kien ta’ 236 persuna.

Servizz tal-Meals on Wheels – stennija tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani li qegħdin jistennew li jingħataw is-servizz tal-Meals on Wheels? Jista’ jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta‘ applikanti jistennew li jingħataw is-servizz tal-Meals on Wheels, fil-preżent, huwa ta’ 305. L-aktar applikazzjoni pendenti hija datata 26 ta’ Jannar 2012. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li, meta applikant ġdid jingħata s-servizz, tittieħed in konsiderazzjoni l-urġenza tal-każ u kemm ‘il-darba jkun irid is-servizz matul il-ġimgħa. Ninforma l-Onor. Interpellant li, t- tender il-ġdid, li ser ikun qed jindirizza l-lista ta’ stennija, qiegħed bħalissa jigi pproċessat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Foundation for Social Welfare Services – positions of trust

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 17823 u 17997, jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ma jridx jgħid min huma l-persuni li ġew appuntati minnu fil-karigi msemmija? Jista’ jgħid għaliex l-ismijiet ta’ dawn il-persuni nominati u magħżula minnu stess u li qegħdin jitħallsu minn fondi pubbliċi m’għandhomx ikunu pubbliċi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi t-tagħrif mitlub jinsab miġbur fit-tabella t’hawn taħt.. KarigaMeta ġew appuntati mal-FSWSTiġdid ta' terminuTul tat-Terminu Kap Eżekuttiv01/04/2014-- Assistenta Personali tal-Kap Eżekuttiv01/04/201401/04/20153 snin Kap tal-Customer Care 01/04/201401/04/20153 snin Customer Care Officer01/04/201401/04/20153 snin Customer Care Officer01/04/201401/04/20153 snin Driver01/04/201401/04/20153 snin Assistent Personali tal-President tal-FSWS06/08/20141 sena Facilities Management & Maintenance Officer03/04/20151 sena Conceptions of rehabilitation programmes, implementation of such programmes, project management, general project design.01/05/20151 sena