Enemalta Corporation u Enemalta plc – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-Enemalta Corporation u minn Enemalta plc separatament mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, u ċjoè s-7 ta’ Frar 2015, kif ukoll il-valur tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar l-Enemalta Corporation għadha qed tinġabar. Sadanittant, l-informazzjoni li qed tiġi mitluba dwar l-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għall-Kumpanija u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Fir-rigward tal-ħaddiema illi reġgħu ġew sekondati mill-Enemalta plc għal post ieħor, kemm kien twil il-perjodu minn meta ġew infurmati illi se jiġu sekondati sad-data ta’ meta ġew attwalment sekondati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta’ sekondament skont il-lista maħruġa fid-29 ta’ Jannar, beda fid-29 ta’ Jannar.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responnsabbli mis-Saħħa u s-Sigurtà ta’ l-Enemalta plc? Jista’ jgħid kemm hemm u min huma l-health and safety Representatives? Jista’ jgħid x’taħriġ u xi kwalifiki għandhom f’dan il-qasam? Jista’ jgħid kemm jiddedikaw ħin fil-ġimgħa għal dan il-qasam?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc għandha l-Health and Safety Section li tieħu ħsieb is-saħħa u s-siġurta’ fl-operazzjonijiet u s-sit tal-kumpanija.
Ir-rwol tal
-Health and Safety Representative
huwa wieħed volotarju u bħalissa hemm ħaddiema li offrew li jaqdu dan ir-rwol wara sejħa għal espressjoni ta’ interess. Dawn il-voluntiera għandhom it-taħriġ meħtieġ skont il-livelli u r-rekwiżiti meħtieġa. Huma jieħdu taħriġ organiżżat mill-OHSA.
Il-ħin iddedikat għal dan ix-xogħol ivarja skont l-esiġenzi tal-Kumpanija.
ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija u lil min ingħataw, mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm pazjenti għall-kura fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Frar 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Paediatric Day Care ilu jilqa pazjenti għal kura minn meta fetaħ l-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-pazjenti għall-kura fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Frar 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-msitoqsija, tpoġġew fil-play area?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-pazjenti huma kkurati fi kmamar mgħammra bl-apparat mediku neċessarju kollu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kundizzjonijiet kellhom il-pazjenti li tpoġġew għall-kura fil-Paediatric Day Care fl-Isptar Mater Dei mill-1 ta’ Frar 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni hi kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt:
Presenting Complaint
Percentage of Total Admissions to PWDC in the period: 1st Feb to 18th Feb 2015 (%)
Respiratory
38
Angina
24
TIA/syncope
18
CHF
6
Others
15
Jista’ l-Ministru jgħid x'se jsir mis-sit fejn bħalissa hemm armati t-tankijiet tal-gass fil-Qajjenza, Birżebbuġa, ġaladarba dawn jiġu żarmati għal kollox u meħuda min fuq s-sit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan huwa li jiżżarmaw dawn it-tankijiet li gvernijiet preċedenti kien ilhom snin twal iwegħdu li se jżarmaw minn dan is-sit. Il-possibilitajiet kollha qed ikunu kkunsidrati.
Sptar Mater Dei — Sezzjoni tal-Customer Care - ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
F’Ottubru 2014 kien hemm 78-il kaz ta’ ilmenti li dahlu ghand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, filwaqt li F’Novembru kien hemm 73-il kaz. Apparti ilmenti l-customer care section fl-isptar Mater Dei ircieva ukoll numru ta rikjesti li ammontaw ghal 320 f’Ottubru u 260 f’Novembru. Ma hemm l-ebda kaz ta’ customer care pendenti.
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014, u kemm kienet tiswa?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f`kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Ottubru 2014 marru 47,072 (sebgħa u erbgħin elf, tnejn u sebgħin) pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa. 302 (tlett mija u tnejn) ġew irreferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza.
F’Novembru 2014 marru 49,165 (disgħa u erbgħin elf, mija, ħamsa u sittin) pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa, li 191 (mija, wieħed u disgħin) minnhom ġew referuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12395 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid kemm ilhom jistennew skont il-perjodi li ġejjin:
a. anqas minn tliet xhur;
b. tliet xhur u sitt xhur;
c. seba’ xhur u 12-il xahar;
d. 13-il xahar u 24 xhar;
e. 25 xahar u 36 xahar; u
f. Aktar minn 36 xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Fil-preżent qed isiru updates fis-sistema u għalhekk l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Mater Dei — Medical Assessment Unit – tibdil fil-proġett
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar it-tibdil li kien hemm fil-proġett tal-Medical Assessment Unit minn dak kif kien oriġinarjament approvat mill-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja kellha tiġi rilokata minħabba li l-konkrit li sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien dgħajjef
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar xi diffikultajiet li jista’ jkun hemm fil-kuntratt tal-Medical Assessment Unit? Jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti qattx kien infurmat dwar problemi fuq dan il-kuntratt?
Response (MIZZI, KONRAD)
M’hemm l-ebda diffikultajiet attwali mad-Dipartiment tal-Kuntratti fuq dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-involviment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-proġett tal-Medical Assessment Unit?
Response (MIZZI, KONRAD)
L- individwu huwa nvolut bhala Project Management u Engineering Consultancy services Advisor fil- Ministeru tas-Sahha u L-Energija