Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16128 u jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-ħruq li sar fil-loaders tal-Kordin grain terminal? Jekk hu konluż, jista' ipoġġi kopja ta' din l-investigazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Process Verbal tal-Maġistrat Inkwirenti għadu ma ġiex konkluż.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16126 u jgħid għal liema skop inbena garage fuq il-moll ta' lab. wharf għall-Kordin grain terminal ? Meta saru l-applikazzjonijiet mal-MEPA u meta ġew approvati? Għalxiex qed jintuża dan il-garage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16110 u jgħid: Peress li ġie mħabbar li l-Air Malta biegħet l-Air supplies and catering company limited, jista' il-Ministru jgħid:
1) meta ħarġet il-
call for interest
għal xiri ta' din il-kumpannija;
2) jekk il-privatisation unit kenitx involuta fil-proċess tal-bejgħ;
3) kemm kien il-prezz li bih inbiegħet l-air supplies? Din kienet l-aħjar offerta;
4) kien hemm diskussjonijiet ma' enti mis-settur privat li wkoll urew interess f'dan in-negozju;
5) jekk qabel dan il-bejgħ il-kumpannija Air supplies investietx f'pajjiżi oħra fil-Mediterran biex tkabbar in-negozju tagħha; u
6) x'kienet il-pożizzjoni mir-regolatur responsabbli mill-kompetittivita' fir-rigward ta' dan il-bejgħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16077 u jgħid kemm ġie jiswa flus il-polishsing plant għall-ilma f'Għawdex? X'inhi l-kapaċita' ta' dan l-impjant?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383, 15438, 15582, 15797, 15939 u 16070 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispiega aħjar x'jifhem b' ''Distribution Losses'' ta' l-elettriku peres li jidher li hemm interpretazzjoni differenti mogħtija għalihom.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chief executive tal-Water Services Corporattion li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kopja tal-Kuntratt tas-CEO tal-WSC dija tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 30942 (Seduta 680) fil- 21 ta' Jannar 2002.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cameras li twaħħlu fl-uffiċċji tar-reġjuni tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tan-north u tas-central? Kemm ġew jiswew dawn il-cameras?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tpoġġiet f'kariga ta' acting officer fil-Malta international airport? Jista' jgħid kemm ilha f'din il-kariga ta' acting officer u jekk iħossx li din tista' tkun aġevolata meta tkun se tingħażel il-persuna li ser tingħata l-kariga uffiċjali ta' officer minflok l-uffiċjal preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'riferenza għat-trasport li kien isir bejn Għawdex u Kemmuna bil-lanċa għall-qassis u l-pulizija skond ftehim milħuq bejn il-Gozo Channel u l-operatur, jista' il-Ministru jgħid jekk dan is-servizz hux ser ikompli jingħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn il-post ta' general manager mal-Maltapost li kien okkupat mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadu vakanti wara li l-istess persuna ġie maħtur bħala CEO mal-Maltapost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dan il-kaz, il-pożizzjoni ta' General Manager Corporate Services mal-Maltapost, u d-dmirijiet marbuta ma' din il-kariga, ġew inkorporati ma' dawk tas CEO.
Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma baqgħax jokkupa l-kariga ta' CEO mal-Maltapost li issa hija okkupata minn persuna oħra li isimha wkoll qed jintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid issa li l-kostruzzjoni tas-substation fin-Nigret, Bubaqra, Żurrieq ilha x-xhur li tlestiet, meta ser jitwaħħal l-apparat fiha sabiex tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku fil-lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' kumpanniji li l-gvern kellu/għandu shareholding fihom bejn l-1996 u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14102, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tkun ippublikata kull sena fl-appendiċi ta' l-Estimi Ġenerali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15800 u cioe': Peress li bħalissa qed isir xogħol fuq it-toroq fl-inħawi tal-Qortin fil-Mellieħa u peress li f'dawn l-inħawi għad hemm djar mhumiex imqabbda mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ biex dawn id-djar jitqabbdu mas-sistema nazzjonali tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 7659 f'Ottubru 2004.
Minn dak iż-żmien 'l hawn ma nstabet ebda solużjoni teknika li twassal biex l-ispiża tal-estensjoni tad-drenagg għal dawn id-djar tkun waħda li tiġġustifika dan ix-xogħol.
Infatti kieku kellu jsir dan ix-xogħol, il-Korporażżjoni jkollha tonfoq mal-Lm150,000 biex taqdi 21 dar.
Il-policy preżenti tal-Korporażżjoni għas-serviżż ta' l-ilma hi li tiddedika l-fondi li għanda għall-estensjonijiet tad-drenaġġ għall-progetti li bihom jinqdew l-akbar numru ta' nies. Għaldaqstant dawk il-progetti fejn l-ispiża ma tkunx madwar Lm1,000 jew anqas għal kull dar moqdija ma jistgħux jingħataw priorita.
Minkejja dan, il-K.S.I. għanda terga tevalwa s-sitważżjoni mill-ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess biex jinħatar CEO għall-Air Malta minflok Mr Funk?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kumpanija ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet u saru numru ta' intervisti. Iżda għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar min għandu jkun CEO ta' l-Air Malta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15442 u 15661 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-bini mikri mill-MITTS matul din is-sena? Kemm huwa l-ammont dovut li jrid jitħallas biex il-kirja tkun "according ta' date"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MITTS Ltd matul din is-sena hallset Lm151,363 (VAT eskluż) għal kiri ta' bini. Dan ikopri l-perjodu ta l-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005 għal bini prinċipali tal-uffiċini tagħha f'Gattard House (Lm148,663) u għad-Disaster Recovery Site (Lm2,700). Dawn iċ-ċifri huma kollha imħallsin bil-quddiem u mingħajr VAT għax il-MITTS Ltd. tirkupra l-VAT.