Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19818 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Veterinarji liċenzjati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 18779, possibbli l-Ministru ġentilment jgħid x'inhu n-numru ta' veterinarji liċenzjati u rreġistrati biex jaħdmu f'Malta u f'Għawdex separatament? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mir-Reġistru Mediku jirriżulta li hawn 24 veterinarji liċenzjati u reġistrati biex jaħdmu f'Malta u f'Għawdex.
Leg 9 PQ #19819 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

Possibbli l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18777?

Response (DEGUARA, LOUIS)

The policy of the Health Division regarding foreign nurses working in Malta on a contract basis is to continue renewing their contract so long as they perform their duties satisfactorily and subject to vacancies.
Leg 9 PQ #19653 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward Male 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Ward Male 8 ta' l-Isptar Monte Carmeli ġew aċċettati u mħallsa 11-il arm chair second hand għal prezz ta' 11-il arm chair ġdid? Jista' jinvestiga dan il-każ immedjatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-allegazjoni li qed jagħmel l-Onor. Interpellant ġiet investigata mill-Awditur u rriżulta li ħdax il-armchair li ntbagħtu fil-Male Ward 8 kienu ilhom fuq l-inventarju ta` dan l-isptar għal xi żmien u għalhekk ma kienux ġodda. Ma tħallset ebda somma flus biex dawn l-armchairs setgħu jiġu trasferiti lejn il-Ward 8.
Leg 9 PQ #19764 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti dwar kwantita' kbira ta' ġrieden bejn il-ħajt li qed jinbena u dak li qed jitwaqqa' mal-baċir Nru. 1, f'Bormla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li llum 5 ta' Ottubru 2000 l-areas indikati ġew spezzjonati minn uffiċjali tar-'Rodent Control' tad-Dipartiment tas-Saħħa w saru trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden. Għaldaqstant, peress li għadu għaddej ix-xogħol fuq dan il-ħajt, ser jibqa' jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Leg 9 PQ #19787 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u min kien/u l-aġent/i, direttur/i ġenerali tas-saħħa fil-perijodu tul din is-sena li d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa kien bil-leave jew indispost?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar meta d-Direttur Ġenerali kien bil-leave jew indispost matul din is-sena hija kif ġej: Perjodu Aġent Direttur Ġenerali 2 t'April 2000 - 6 t'April 2000 Dr. John M.Cachia 12 ta' Mejju 2000 - 19 ta' Mejju 2000 Dr. John M. Cachia 28 ta' Mejju Dr. John M. Cachia 5 ta' Ġunju 2000 - 9 ta' Ġunju 2000 Dr. John M. Cachia 30 ta' Ġunju 2000 - 21 ta' Lulju 2000 Dr. John M. Cachia 11 ta' Settembru 2000 - 15 ta' Settembru 2000 Dr. Malcolm Micallef L-Aġent Direttur Ġenerali dejjem jintagħżel skond is-seniority.
Leg 9 PQ #19755 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq S. Lazzru - Fond Nru. 43

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection f'43, Triq S. Lazzru, Bormla peress li l-ġirien qed jilmentaw minħabba ħmieġ kbir u ġrieden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li wara spezzjoni minn uffiċċjali tad-Dipartiment ta-Saħħa fil-lok indikat, irriżulta li l-ilment jirreferi għal Nru. 8, Sqaq San Lażżru, Bormla u mhux għal Nru. 43, Triq San Lażżru. Irriżulta li l-fond No. 8 li fil-preżent mhux abitat, jaqa` taħt ir-responsabbilita` tal-'Joint Office'. Peress li jeżistu xi akkumuli fl-istess fond, l-istess 'Joint Office' ġie infurmat diversi drabi biex inaddaf. L-area ta` madwar kif ukoll il-fond indikat ġie ttrattat bil-velenu għal kontra il-ġrieden illum 5 ta` Ottubru 2000, minn uffiċjali tar-'Rodent Control'. Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.
Leg 9 PQ #19779 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Skanska — Awditjar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19070, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim ma' Skanska Malta J.V. ħalli l-awditjar tal-claims ta' Skanska jiġu posposti sakemm tintgħażel kumpannija ta' awditjar, ladarba din il-kumpannija ta' awditjar se tevalwa l-claims li saru minn Marzu ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma sar l-ebda ftehim f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #19780 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Aġenti tal-Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsijiet parlamentari numri 19083 u 19577 li forsi bi żvista tħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Lista bid-dettalji mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19782 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Fond Allocations

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsija parlamentari numru 19028 li forsi bi żvista tħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19784 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Federazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet minn mistoqsija parlamentari numru 19066 li forsi bi żvista tħallew barra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 2000 sal-lum kien hemm kuntratt itterminat qabel għalqet il-probation u sebgħa riżenji mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Riż enji Poż izzjoni Rene H. Formosa Vice President Martin Attard Montalto Head Engineering Operations Frank Cortis Architect & Civil Engineer Catald Muscat Assistant Quantity Surveyor Norman Alexander Quantity Surveyor Anthony Dakin Messenger Officer hand Catherine Mercieca Secretary Probation Euphrasia Cassar Manager Cleaning Services
Leg 9 PQ #19786 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19658, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi ħaddiem fl-Isptar Boffa li fil-każ tiegħu ttieħdet id-deċiżjoni li ma jattendix ix-xogħol u xorta jieħu l-paga kollha, inklużi l-allowances kollha marbuta mal-kariga tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nvestigat mill-pulizija u saħansitra għadejja inkjesta maġisterjali.
Leg 9 PQ #19333 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżerija tal-Gvern — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pilloli Bendrofluazide 5 mgs. jinsabu out of stock fl-ispiżerija tal-gvern? Jikkonferma l-Ministru li dawn il-pilloli sa sentejn ilu kienu jinxtraw 46ċ-il 100 pillola u llum il-ġurnata dawn il-100 pillola saru Lm2.80ċ.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli Bendrofluazide 5mgs, bħal ma diġa` ntqal f'risposta parlamentari numru 19143, tqassmu fl-Ispiżeriji tal-Gvern mill-18.09.00. Nitlob l-Onor. Interpellant biex għat-tieni parti tad-domanda jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #17001 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ditta Borg Bros. — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għal offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħek?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol ta' ġarr ta' trasport ta' għamara u merkanzija oħra mid-ditta Borg Bros. minn Settembru 1998 sa Ġunju 2000 kien kif jidher fuq il-paġni annessi, u qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19175 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif ġa kelli l-opportunita` nwieġeb l-Onorevoli Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19165 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sahha — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 ġew impjegati 183 ħaddiema ġodda fid-Diviżjoni tas-Saħħa (144 fuq bażi każwali, 1 fuq bażi permanenti u 38 fuq bażi ta' kuntratt). Il-144 ħaddiema li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet fuq bażi permanenti tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-servizz Pubbliku huma kif indikat hawn taħt. Grad Numru Data tas-Sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Enrolled Nurse 45 25.07.2000 Health Inspector 6 01.09.2000 Midwife 17 ħierġa dalwaqt Pharmacist 19 29.08.2000 Pharmacy Technician 2 ħierġa dalwaqt Physiotherapist 8 29.08.2000 Radiographer 6 01.09.2000 Speech Therapist 1 01.09.2000 Staff Nurse 40 02.05.2000 144 Il-ħaddiem impjegat fuq bażi permanenti ħa l-post ta' Technician (Industrial Electronics) wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijeit fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta' Ġunju 1999. Is-seba u tletin (37) ħaddiema mpjegati bħala Casual Substitutes fuq bażi ta' kuntratt huma kif indikat hawn taħt: Grad Numru Data tas-sejħ a fil-Gazzetta tal-Gvern Clerk 31 20.07.1999 Executive Officer 2 19.11.1999 Principal 1 20.07.1999 Physiotherapist 1 20.07.1999 Pharmacy Technician 2 20.07.1999 37 Il-ħaddiem impjegat fuq bażi ta' kuntratt huwa Consultant Dermatologist li l-impjieg tiegħu ġie approvat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fuq rakkomandazzjoni mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #19166 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19541 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Cremation — Introduzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp dwar l-introduzzjoni tal-CREMATION fil-pajjiż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-CREMATION f'Malta għadhom għaddejjin. Qed jiġi kkunsidrat li tali cremation issir mill-privat.
Leg 9 PQ #19666 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi partijiet mill-mistoqsija parlamentari numru 19534 li bi żvista ma kienx hemm risposta għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar it-tobba li jaħdmu mal-gvern illum hija kif ġej: FULL-TIME GRADE FEMALES MALES TOTAL Director General 0 1 1 Director (Clinical) 0 4 4 Chairman (Clinical) 0 6 6 Consultant 6 83 89 Principal Medical Officer 9 5 14 Senior Registrar 8 39 47 Senior Medical Officer 4 9 13 Registrar 14 24 38 Senior House Officer 46 71 117 Medical Officer 47 84 131 Houseman 20 47 67 Total 527 PART-TIME Grade Consultant 0 4 4 Medical Officer 3 8 11 Total 15 LOCAL UNDER CONTRACT Grade Consultant 0 2 2 Senior Registrar 0 2 2 Total 4 EXPATRIAT UNDER CONTRACT Grade Consultant 2 2 4 Senior Registrar 28 8 36 Total 40 GRAND TOTAL 586
Leg 9 PQ #19668 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-partijiet mill-mistoqsija parlamentari numru 19532, li bi żvista ma kienx hemm risposta għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp - fl-1999 daħlu 1030 fl-2000 (sal-31 t'Awissu) daħlu 666 1999 2000 (sal-31 t'Awissu) Dirett mill-komunita' 359 225 Dirett mill-komunita' via Day Hospital 99 80 Mill-Isptar San Luqa 545 334 Minn Sptarijiet oħra tal-Gvern 4 3 Minn Sptarijiet Privati 23 24 TOTAL 1030 666 Pazjenti li kienu l-Isptar San Luqa u li kienu ġew rrifjutati milli jidħlu l-Isptar Zammit Clapp: - Fl-1999 - 175 Fl-2000 - 100
Leg 9 PQ #19669 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Garaxx ta' l-Ambulanzi — Overtime

Question

Billi l-overtime fil-garaxx ta' l-ambulanzi sploda tul is-sena kollha u mhux biss skond kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19528, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.