Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta' pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna ta' 62 sena mill-Fgura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma tibbenefikax minn pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

St Nicholas married quarters

Question

Tista' il-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm postijiet battala fil-binja St Nicholas married quarters u kemm ilhom vojta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux f'idejh postijiet battala fil-post indikat.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jbati minn qalbu u li jgħix ġo fond b'60 tarġa li huwa substandard qatt ma ġie pprovdut post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet kanċellata għax naqas milli jġib id-dokumenti mitluba mid-Dipartiment.

Familja u Solidarjeta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew irrapportati settijiet tal-mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tagħha? Tista' tgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li kien hemm każ wieħed fejn kien rappurtat li nsteraq mobile phone minn membru tas-Segretarjat Privat tiegħi. Dan il-mobile phone kien mixtri fl-2003 għas-somma ta’ Lm65. Ninsab infurmata wkoll li ma kien hemm ebda każ ta’ mobile phones irrappurtati mitlufa jew bil-ħsara minn membri ta’ l-istess Segretarjat.

Korriment fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm weġġgħu persuni fuq ix-xogħol din is-sena u x'benefiċċji nħarġu sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn Jannar u l-aħħar ta' Ottubru 2005 kien hemm 3,298 talba għall-Benefiċċju għall-Korriment fuq ix-Xogħol u li n-nefqa fuq dan il-benefiċċju kienet ta' Lm436,436.

Awtorita' tad-djar — Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' anzjana mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex tibbenefika mis-servizz care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fil-11 ta' Novembru 2005 saret spezzjoni fir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u l-każ ser jiġi kkunsidrat mill-Panel dwar il-Care and Repair f'qasir żmien.

Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex anzjana mill-Kalkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mis-servizz care and repair biex tiġi stallata kamra tal-banju skond il-ħteġijiet tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita' ħadet nota tad-dettalji tal-persuna ndikata u fi żmien qasir mistennija ssir spezzjoni biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika mill-inizjattiva.

Assistant social workers

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li l-assistant social workers isiru support workers u jibdew jaħdmu fiċ-ċentri ta' persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma hemm l-ebda assistant social workers fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita'. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal part time social assistants dawn jistgħu japplikaw biex isiru support workers meta toħroġ sejħa għall-applikazzjoni.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex xebba omm ta' 24 sena b'żewġt itfal li għandha 259 punti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qatt ma ġiet ipprovduta post f'dawn l-aħħar seba' snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għandha punti l-persuni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tgħix ma' ommha u ż-żewġ uliedha f'kamra tas-sodda waħda fil-Birgu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata għall-Customer Care Section tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali qatt ma pprovda post alternattiv lil omm xebba li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha tarbija ta' għaxar xhur b'diżabilita' u trid titla' aktar minn 60 tarġa għall-appartament fejn tgħix ma' ommha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Żviluppi dwar każ

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba li din il-persuna m'għandha l-ebda dħul? Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Servizz soċjali — Persuni mtella' il-qorti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq abbużi konnessi ma' ħlasijiet għal xi servizz soċjali din is-sena? X'kien l-ammont u x'kien l-esodu ta' kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul din is-sena tressaq każ wieħed quddiem il-Qorti dwar abbuż konness ma' ħlasijiet ta' benefiċċji soċjali, liema każ għad mhux deċiż. L-ammont involut kien ta' Lm20,606.

Każ ta' relief

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament inqatgħalu r-relief bir-riżultat li m'għandu l-ebda dħul?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' persuna li tgħix f'wieħed mis-swar fil-Kottonera u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant waslet fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-31 ta' Ottubru 2005 u qed tiġi proċessata.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li l-applikazzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali għal dawn l-aħħar għaxar snin ta' persuna li tgħix ma' tliet uliedha f'kamra tas-sodda waħda u ikkundannata, tieħu post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex familja ta' seba' persuni li jgħixu f'post tal-gvern f'Ħaż-Żabbar u li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jibbenefikaw mis-servizz care and repair ta' l-awtorita tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet applikazzjoni taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, l-Awtorita' ħadet nota tad-dettalji tal-persuna ndikata u fi żmien qasir mistennija ssir spezzjoni biex jiġi verifikat jekk din il-persuna tistax tibbenefika mill-inizjattiva.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li xebba omm żagħżugħa li tbati bid-depression u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi pprovduta post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjozni soċjali ta' żagħżugħ li jgħix mas-sieħba tiegħu u li għandhom żewġt itfal u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

European Institute for gender equality

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 15956 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilha u cioe': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15517 tista' tgħid x'wassal lill-Gvern Malti biex jiddeċiedi li ma jospitax f'pajjiżna l-European Institute for Gender Equality?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Gvern kien ġie nfurmat li kien hemm Stati Membri oħra li offrew li jospitaw il-European Institute for Gender Equality u għalhekk iddeċieda li, f'dan il-każ partikolari, ma jagħmilx offerta biex jospita dan l-Institute.