Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33029 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Sliema

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex is-siġar li hemm fil-ġnejna ta' mad-dawra tal-iskola primarja ta' tas-Sliema jiġu miżbura peress li jinsabu fi stat ta' periklu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ser jittieħdu l-passi neċessarji ħalli ssir iż-żabra jekk ikun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #33039 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statwa — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-istatwa antika ta' l-iljun li kien hemm fit-taraġ tal-berġa ta' l-Ingilterra fil-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Librerija Reġjonali kienet ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali tal-Birgu nitlob lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Leg 9 PQ #33048 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Foundation of International Studies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Foundation of International Studies tal-Universita' ta' Malta se tispiċċa b'telf ta' aktar min nofs miljun lira? Il-Ministru jaqbel li għandu jinvestiga għaliex l-F.I.S. spiċċat b'dan it-telf kbir meta din qed tiġi sostnuta mit-taxxi tal-poplu Malti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemmx it-telf indikat mill-Onor. Membru. Ma jidhirlix li hemm x'tinvestiga, fil-fatt il-Gvern Laburista kien naqqas il-Budget tal-Fondazzjoni minn Lm150,000 għal Lm90,000 liema Budget baqa' fl-istess livell għall-aħħar sitt snin.
Leg 9 PQ #33067 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EFL

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-permessi ta' l-iskejjel (EFL) ta' l-ingliż u li qegħdin jistennew li jingħataw liċenzja mill-monitoring board?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm erba' skejjel li qegħdin jistennew li jingħataw liċenzja mill-Monitoring Board ta' l-E.F.L.
Leg 9 PQ #33069 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EFL

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy bħalissa tal-monitoring board għall-EFL schools dwar applikazzjonijiet għal permessi ta' skejjel ġodda fil-qasam tat-tagħlim ta' l-ingliż meta dawn l-applikazzjonijiet ġejjin minn individwi jew entijiet barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33071 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EFL

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' teachers barranin għandna hawn Malta paragunati man-numru ta' teachers Maltin impjegati fil-qasam tal-EFL tat-tagħlim ta' l-Ingliż?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33073 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EFL

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-monitoring board dwar għoti ta' permess lill-barranin biex jgħallmu l-Ingliż fil-qasam tal-EFL lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33087 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Xagħra

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li tattendi fl-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex għas-servizz ta' facilitator tiġi proċessata u dana peress illi l-applikazzjoni ilha pending min Ottubru 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjonijiet għas-servizz ta' facilitator li jintbagħtu minn Għawdex jiġu kkunsidrati f'Għawdex stess. Hu mistenni li l-Bord jiltaqa' f'Għawdex f'Ġunju.
Leg 9 PQ #33089 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li qiegħda tattendi l-1A secondary u li tbati min dyslexia, sal-lum, ma ingħatatx is-servizz ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfal li jbatu mid-dyslexia ma jingħatawx is-servizz ta' facilitator.
Leg 9 PQ #33129 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jistennew tarbija u li qed jattendu l-klassijiet apposta għalihom fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid kemm attendew tfajliet sena b'sena kemm ilha li twaqqfet din id-diviżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 64 tfajla studenti fil-Unit 'Għożża', "Schoolgirl Mothers' Unit . 31 - jattendu xi klassijiet u counselling regolari 33 - jattendu l-klassijiet kollha u counselling regolari It-tfajliet li attendew dan il-Unit, sena b'sena kemm ilu mwaqqaf jgħoddu hekk: 1989 - 12 1990 - 15 1991 - 28 1992 - 20 1993 - 28 1994 - 35 1995 - 67 1996 - 56 1997 - 73 1998 - 74 1999 - 96 2000 - 114 2001 - 120
Leg 9 PQ #33136 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Triq Universita` — Msida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx art li kienet ittieħdet mill-privat u li tmiss ma Triq Universita` Msida li l-universita` ta' issa m'għandiex bżonnha? Jekk iva meta se tingħata lura lill-sidha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-artijiet li jifformaw il-Kampus ta' l-Universita` ġew mixtrija minn għand il-privat taħt forma ta' diversi plottijiet. L-Universita` tilfet parti sostanzjali mill-Kampus meta dawn ġew espropjati biex isiru proġetti nazzjonali. Bil-mod li kiber u għadu jikber il-korp studentesk, l-iżvilupp tal-ftit artijiet li baqa', irid isir bil-għaqal biex l-Universita` tkun tista' tilqa' l-ħtieġa kbira li hemm għal edukazzjoni terzjarja. Għaldaqstant, kull biċċa art hi importanti ħafna għal dan l-iżvilupp kif ukoll għall-futur ta' l-Universita`.
Leg 9 PQ #32985 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

President's Award

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata l-President's Award biex taħdem sew u tinfirex fost iżjed studenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għajnuna li qed tingħata s'issa l-President's Award tikkonsisti f'"token Vote" ta' Lm1000 fis-sena li jaqa' taħt l-Estimi ta' l-Edukazzjoni. Peress li l-President's Award hu programm ta' attivitajiet extra kurrikulari għaż-żgħażagħ approvat għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' tisħiħ ta' l-edukazzjoni li mhix formali, u li hi identifikata wkoll fl-NMC f'paġna 28, qed jiġi konsidrat li titjib l-għajuna li l-programm qed jirċievi. Barra minn hekk kien hemm okkażjonijiet meta intalab l-użu ta' hostels li huma tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, għal attivitajiet ta' l-istess Award u meta kien possibbli dan ingħata. Tajjeb ukoll jingħad l-appoġġ qawwi li l-programm jirċievi mill-President ta' Malta.
Leg 9 PQ #32986 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol għaddej bħalissa ta' 1) manutenzjoni 2) bini fl-iskejjel? F'kull każ f'liema skejjel u x'inhi l-istima tax-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tkun lesta.
Leg 9 PQ #32987 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu mal-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi? B'liema kundizzjonijiet u b'liema ħlassijiet? Min fejn qed topera din il-fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-fondazzjoni ilha topera mill-iskola Sekondarja Sir Temi Żammit fl-Imtarfa minn Novembru 2001. Magħha jaħdmu 7 full-timers u 21 part-timeres. Il-part-timers jitħallsu bis-siegħa. Il-full-timers jitħallsu skond it-tagħrif mogħti fil-Mistoqsija Parlamentari numru 28307.
Leg 9 PQ #32988 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spazju qed tuża fl-iskola sekondarja tas-subien ta' l-imtarfa l-fondazzjoni għas-servizzi edukattivi? Għalxiex qed tuża l-ispazju? Kemm hemm persuni li qed jużaw dan l-ispazju?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Fondazzjoni bbażat l-uffiċini tagħha fl-Iskola Sekondarja Sir Temi Żammit. Qed tuża kmamar żgħar li ma jintużawx bħala klassijiet. Qed tagħmel dan għaliex xogħolha marbut ma' l-iskejjel u għażlet li taħdem direttament f'ambjent fejn hemm studenti u għalliema. Fil-fatt dan il-kuntatt kontinwu jgħin ħafna fil-formazzjoni ta' kull min jaħdem għall-Fondazzjoni u fit-tfassil tal-policies u programmi edukattivi għat-tfal. Hemm 7 full-timers u 21 part-timers jużaw l-ispazju.
Leg 9 PQ #32717 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special Needs Emergency Helpers-On Call

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati special needs emergency helpers-on call fid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jgħinu tfal/studenti bi bżonnijiet speċjali f'ambjent skolastiku inklussiv? X'taħriġ ingħataw? Meta se jibdew jaħdmu? B'hekk se jkollu biżżejjed impjegati f'qan il-qasam biex ilaħħqu mal-bżonnijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'April 2001 id-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni impjegat ħamsa u għoxrin "On Call" Special Needs Emergency Helpers iżda minħabba li kien baqa' biss tnejn reġgħet ħarġet sejħa oħra f'Novembru 2001, u qed isiru l-interviews għal dawn l-applikanti f'Malta. F'Għawdex diġa' saru l-interviews u ġew ingaġġati ħdax-il "On Call" Special Needs Emergency Helpers mit-8 ta' April 2002. It-taħriġ għal dawn l-Emergency Helpers qed isir in parti waqt l-istess xogħol u in parti ser isir aktar 'l quddiem.
Leg 9 PQ #32909 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jassigura illi l-istudenti tal-iskola primarja B Fgura year 4 jkollhom teacher b'mod regolari peress li bħalissa jinsabu mingħajr teacher regolari u dan qed jaffetwa ħażin ħafna l-progress akkademiku tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema tal-klassi tal-Year 4, fl-iskola tal-Fgura B irtirat mix-xogħol u għalhekk instab għalliem skond il-proċeduri adottati f'każi bħal dawn f'dan iż-żmien tas-sena.
Leg 9 PQ #32917 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kappella ta' Saria

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32742 cioe jista' l-Ministru jgħid jistgħux il-pitturi ta' Mattia Preti li kienu fil-kappella ta' Saria fil-Floriana jerġgħu jitpoġġew fl-istess post la jitlesta x-xogħol ta' restawr? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Mużew ta' l-Arti tlesta r-restawr tal-pittura 'San Bastjan' ta' Mattia Preti. Din il-pittura kienet ittieħdet mill-knisja ta' Sarria xi snin ilu u issa qegħdin jittieħdu passi biex terġa titpoġġa lura f'postha. Dan isir meta jkun aċċertat li l-ħajt fejn irid jitpoġġa lura l-inkwadru ma jippreżentax possibilta` ta' dannu lejn il-pittura.
Leg 9 PQ #32921 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill fl-Ewropa

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokumenti marbuta mal-laqgħa li kienet saret fid-19 ta' Novembru 2001 ġewwa lukanda f'Malta, flimkien mas-sotto kumitat taż-żgħażagħ u sport tal-Kunsill fl-Ewropa?

Response (GALEA, LOUIS)

Dan id-dokument ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta jasal mis-Segretarjat tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #32925 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja Dun Frans Camilleri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-iskola primarja Dun Frans Camilleri kemm-il tifel/tifla se jersqu għall-common entrance examination għal form 1, klassi, klassi? Kemm hu ġa magħruf li se jirepetu s-sena? Meta ġew infurmati l-ġenituri dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li t-tfal li jersqu għall-eżami tal-Common Entrance jagħmlu dan indipendentament u mhux permezz ta' l-iskola li jattendu, iżda billi japplikaw direttament fl-iskejjel tal-Knisja konċernati, l-iskejjel ma jkollhomx dan it-tagħrif. Għad mhux possibbli tingħata risposta għat-tieni parti tad-domanda peress li l-istudenti japplikaw biex jirrepetu wara li jkun magħruf ir-riżultat ta' l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance Examination. Informat ukoll li huma l-ġenituri nfushom li jagħmlu t- talba biex uliedhom jirrepetu.