Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #23847 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #24539 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – investiment għal toroq ta’ madwar il-front ta’ San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 24182 u ċjoè dwar jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) waslitx f’xi ftehim biex tgħin fl-investiment meħtieġ, li hu ta’ miljuni, biex it-toroq ta’ madwar il-front fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (almenu dawk) jingħataw wiċċ ġdid?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-diskussjoniet bejn il-Ministeri kkonċernati għadhom għaddejjin.
Leg 12 PQ #24182 Sitting 372 2016-04-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – investiment għal toroq ta’ madwar il-front

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) waslitx f’xi ftehim biex tgħin fl-investiment meħtieġ, li hu ta’ miljuni, biex it-toroq ta’ madwar il-front (almenu dawk) jingħataw wiċċ ġdid?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema lokalità qed jirreferi meta qed jistaqsi fuq investiment fuq toroq ta’ madwar il-front.
Leg 12 PQ #24245 Sitting 372 2016-04-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun Palace Hotel — għassa

Question

Billi skont risposta għall-mistoqsija parlamentari preċedenti ntqal li l-għassa mas-Selmun Palace Hotel ġiet tiswa kważi nofs miljun Ewro matul l-aħħar ħames snin, jista' jagħti tagħrif dwar min qed iħallas għal din l-għassa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizzi ta’ sigurtà kienu mħallsa mis-Selmun Palace Hotel Co.Ltd, liema ħlasijiet kienu qegħdin jiġu assorbiti mill-Parent Company li hija l-Air Malta plc.
Leg 12 PQ #24246 Sitting 372 2016-04-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Buġibba — arbli dekorattivi fil-front

Question

Billi l-festun li twaħħal ma' dawk li huma arbli dekorattivi fil-front ta' Bugibba diġà wassal biex wieħed minn dawn l-arbli dekorattivi jinkiser, u billi jidher li hemm ċans li oħrajn jiġrilhom l-istess, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-festun, fejn twaħħal ma' dawn l-arbli jitwaħħal mod ieħor? Minbarra hekk jista' jieħu wkoll il-passi biex il-festun jitwaħħal iktar fil-għoli għaliex ċertament li wieħed jista' jinnota li fejn twaħħal fil-għoli qed jagħti ferm iktar dawl milli fejn twaħħal fil-baxx?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-festun li twaħħal ma' dawk li huma arbli dekorattivi fil-front ta' Buġibba ser jitneħħa u jerġa’ jitwaħħal mill-Fondazzjoni għall-Izvilupp ta’ Zoni Turistiċi b’mod li ma ssirx ħsara lil strutturi oħrajn madwar. Fir-rigward tat-twaħħil tal-festun, il-Fondazzjoni għall-Izvilupp ta’ Żoni Turistiċi ħadet in-konsiderazzjoni diversi opzjonijiet. Ninsab infurmat li mill-kummenti li rċivejna, l-għoli ta’ fejn twaħħal il-festun intlaqa’ tajjeb mill-pubbliku ġenerali.
Leg 12 PQ #23896 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – ħaddiema — early retirement, voluntary redunancy jew skemi simili

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22327, u jgħid kemm-il impjegat f’kull grad tal-Air Malta ħa xi forma ta’ early retirement, voluntary redundancy u/jew xi skema simili ta’ tmiem tal-impjieg u kemm tħallsu komplessivament f’kull grad u jagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad li kienu jokkupaw l-impjegati konċernati bejn l-2008 u l-2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ impjegati f’kull grad li ħadu xi forma ta’ early retirement, voluntary redundancy u/jew xi skema simili, skond l-aħħar skema maħruga mill-Air Malta fis-sena 2012, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23897 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – Financial Statements

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22323, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ accounts irrispettivament liema metodu ta’ accounting tintuża?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23898 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC – Financial Statements

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22324, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn toħroġ li l-financial statements tal-Mediterranean Conference Centre (MCC) “huma ta’ natura kummerċjali” meta bħala kumpanija pubblika għandha l-obbligu li tippubblika tali statements?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mediterranean Conference Centre (MCC) tikkompeti ma’ kumpaniji u entitajiet oħra li joperaw fl-istess settur u għalhekk il-management għadu jinsisti li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk sensittiva. Nfakkar lill-Interpellant f’diversi mistoqsijiet parlamentari li kienu saru lill-amministrazzjoni Nazzjonalista f’dan ir-rigward: Mistoqsija Parlamentari 23300 datata 19/01/2007, fejn informazzjoni rigward taxxi, tariffi u mizati gew mitluba lill-Ministru Francis Zammit Dimech u fejn ġie mwieġeb “Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu l-uniċi tariffi li ġew riveduti matul l-2006 kienu dawk ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li peress li huma ta' natura kummerċjali ma jkunx prudenti li jiġu pubblikati”; Mistoqsija Parlamentari 27674 datata 26/09/2007, fejn fost affarijiet ohra, informazzjoni dwar kemm tiswa biex tikri serata f’kull teatru fl-MCC giet mitluba lill-Ministru Francis Zammit Dimech u fejn rega’ ġie mwieġeb li “minħabba li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummeċjali u għalhekk sensittiva, il-Bord iħoss li din m’għandiex tiġi svelata pubblikament”. Mistoqsija Parlamentari 35529 u 38402 datati 26/06/2012 u 26/11/2012, fejn giet mitluba informazzjoni dwar entitajiet/servizzi ta’ internat audit fid-dekasteru tal-Ministru Mario De Marco, u fejn fiz-zewg okkazjonijiet gie mwiegeb “li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra”. L-informazzjoni baqgħet ma ngħatatx sa meta nhatret amministrazzjoni ġdida fix-xahar ta’ Marzu 2013.
Leg 12 PQ #24106 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Taħditiet ma’ kumpaniji tal-ajru

Question

Ġaladarba t-taħditiet ma’ Turkish Airways fallew, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li reġgħu bdew taħditiet mal-Etihad Airways allavolja l-kundizzjonijiet huma iebsa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dak li hu qed jagħmel hu li jeċċella fl-ispekulazzjoni. F’kull każ però, ċertament, tali informazzjoni hija waħda f’dan l-istadju ta’ natura mill-aktar kummerċjalment sensittiva u per konsegwenza mhux se tiġi mwieġba. Madanakollu, fil-mument opportun u jekk ikun il-każ, se jkun qed nagħti l-informazzjoni lil din il-Kamra u lill-pubbliku.
Leg 12 PQ #23758 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23803 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turżimu – xogħol ta’ konsulenzi legali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #23892 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Investimenti Barranin (FDI)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22335 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti break down dettaljat tal-investimenti barranin (FDI) f’Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 maqsuma skont is-setturi li fihom sar dan l-investiment?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #23893 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Financial Statement

Question

Jista’ l- Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 22322 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-aħħar sett ta’ Financial Statements awditjati u disponibbli jkopru s-sena finanzjarja li għalqet f’Marzu 2015. Is-sena finanzjarja 2016 għadha kurrenti u għaldaqstant rapport finanzjarju jiġi ppubblikat fix-xhur li ġejjin wara li l-istess sena finanzjarja tingħalaq u l-kontijiet jiġu awditjati. Nserraħ moħħ l-Interpellant illi sa llum, l-indikazzjonijiet juru li l-Air Malta miexja mal-previzjonijiet mogħtija fl-aħħar laqgħa Ġenerali Annwali.
Leg 12 PQ #23894 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — operat minn Smart City

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mmirat li l-ITS jibda jopera minn Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22330, datata 20 ta’ Jannar 2016.
Leg 12 PQ #23895 Sitting 370 2016-03-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Films — inċentivi

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22326, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ammont ta’ flus li ntefqu f’Malta, tħallsu persuni ta’ nazzjonalita Maltija jew intrapriżi reġistrati f’Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-guidelines tal-inċentivi għall-industrija tal-Films jgħidu ċar li dawn japplikaw biss fuq flus li jkunu ntefqu f’Malta u Għawdex. L-inċentivi jingħataw fuq persuni li jkunu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex u l-istess japplika għal kumpaniji. L-industrija tal-films qed tiġġenera miljuni kbar fl-ekonomija u dan il-ġid qed igawdu minnu mhux biss il-ħaddiema u kumpaniji li jaħdmu direttament fl-industrija, i¿da ħafna oħrajn li b’mod indirett qed jiggwadanjaw minn din l-industrija wkoll. Huwa fatt magħruf li l-industrija tal-films għandha wieħed mill-għola ‘multiplier effects’ fl-ekonomija.
Leg 12 PQ #23981 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għassa mas-Selmun Palace Hotel

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Selmun Palace Hotel f'Selmun hijiex mgħassa kemm bi nhar kif ukoll billejl? Min qed jagħmel din l-għassa u kemm hi l-ispiża mħallsa kemm ilha magħluqa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Selmun Palace Hotel hija mgħassa lejl u nhar. L-għassa ssir minn J.F. Security & Consultancy Services Limited. L-ispiża mħallsa għall-għassa minn kemm ilha magħluqa l-lukanda jiġifieri minn Ġunju 2011 sal-31 ta’ Jannar 2016 tammonta għal €452,263.54 (VAT inkluża).
Leg 12 PQ #23740 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-Tax

Question

Ġaladarba l-eco-tax suppost se tibda fl-1 ta’ April, jista’ l-Ministru jikkunsidra li din it-taxxa tibda fl-1 ta’ Novembru 2016? Hemm problemi ta’ loġistika, ġbir, u kuntratti ffirmati li jsemmu all taxes inklużi? Kemm-il accomodation instabu bla liċenzja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-mi¿ura tal-kontribuzzjoni ambjentali se tkun qed tigi mnedija fl-1 ta’ April 2016 filwaqt li l-ġbir tal-kontribuzzjoni se jibda fl-1 ta’ Ġunju 2016 sabiex jigi zgurat li l-industrija hija ppreparata għal dan l-i¿vilupp. Sadanittant, il-Ministeru għat-Turizmu se jkun qed iħejji sessjonijiet ta' informazzjoni mal-partijiet interessati fl-industrija. Meta tħares lejn iz-zieda fin-numru ta’ turisti fil-Gzejjer Maltin f’dawn l-aħħar snin, wieħed irid ukoll i¿omm f’moħħu n-neċessita’ li jtejjeb il-kwalita’ tal-prodott. Irridu nagħtu aktar importanza lill-manutenzjoni taz-zoni turistiċi speċjalment fis-sajf. Il-vizjoni tagħna hija li nagħtu servizz u prodott ta’ kwalita għolja lit-turisti tagħna li jinfluwenza l-imġieba ta’ l-ivvjaġġar tagħhom, biex jinkoraġġixxi kultura ta’ kwalita’ li tinxtered fl-aspetti kollha. Kien għaldaqstant illi l-Ministeru għat-Turi¿mu esplora n-neċessita’ li jindirizza dawn il-materji u jintroduċi l-Environmental Contribution, fejn id-dħul ta’ 50c fuq kull turist mill-eta’ ta’ 18-il sena ‘l fuq sa massimu ta’ €5 għal kull zjara, esklussivament jiġi dirett lejn it-titjib tal-infrastruttura u għal reklamar aħjar tal-Gzejjer Maltin. F’rapport bl-isem ta’ The Hospitality Sector illi sar minn HOTREC flimkien ma’ Brewers of Europe ġiet ipprezentata statistika mill-Eurostat fejn turi li din it-tip ta’ kontribuzzjoni turistika fuq akkomodazzjoni ġiet introdotta f’14-il Stat Membru tal-UE, fosthom l-Awstrija, l-Ġermanja, l-Italja u Franza. Din il-kontribuzzjoni għandha l-għan illi tiġi utilizzata għall-skopijiet infrastrutturali u servizzi oħra sabiex jitjieb il-prodott turistiku. Tajjeb infakkar illi l-Gvern preċedenti kien iddeċieda li jintroduċi din it-taxxa fl-1 ta’ Jannar 2010. Din id-deċizjoni ma ġietx milqugħa, u fost raġunijiet oħra, saret oppo¿izzjoni minħabba li ftit xhur qabel il-Gvern kien għadu kif għabba lil pajjiz biz-zieda qawwija fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Madanakollu, xorta sab mezz ieħor kif jintaxxa s-settur tat-turizmu billi fil-Budget ta’ l-2010 zied il-VAT fuq l-akkomodazzjoni minn 5% għal 7%. Ngħarraf lill-Interpellant illi prezentement m’hemm l-ebda problemi ta’ loġistika, ġbir u kuntratti ffirmati, hekk kif qed jimplika fid-domanda tiegħu. Matul Frar 2016, saru 185 spezzjoni madwar Malta u Ghawdex. Minn dawn, 27-il stabbiliment ġew immultati wara li nstabu li qed joperaw mingħajr liċenzja, filwaqt li hemm oħrajn illi qed jiġu nvestigati.
Leg 12 PQ #23824 Sitting 368 2016-03-14 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba problema fuq il-pensjoni tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fil-fatt, kien ġie riferut lill-Grievance Unit tal-kumpanija u għaldaqstant huwa dan il-Unit li jikkuntattja lill-istess persuna sabiex jikkunsidra l-ilment tiegħu. Il-Grievance Unit diġa’ ra lis-Sur Farrugia fis-7 ta’ Awissu 2015. Dan il-każ għadu qed jigi diskuss mill-Grievance Unit.
Leg 12 PQ #23632 Sitting 367 2016-03-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – pagi tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’kienet r-rata tal-paga kull siegħa tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi privati li jagħtu servizz f’xi parti mid-dikasteru li taqa' taħtu u dan wara sejħiet għall-offerti li saru wara l-1 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Jannar 2013, l-1 ta’ Jannar 2014 , l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawn l-istess gradi f’każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-festi pubbliċi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23621 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti fuq is-suġġett, jindika x’passi ttieħdu tul din il-leġislatura u x’linja politika ser tittieħed sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru għas-sena kurrenti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza għal dak li ġie mwieġeb fil-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 7784 u 9158, datati 7 ta’ Frar 2014 u 25 ta’ April 2014 rispettivament, Wied il-Għajn kien u baqa’ dejjem fil-pjanijiet tal-Gvern u fil-pjanijiet tal-Agenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turizmu b’enfasi fuq il-Fondazzjoni għall-Izvilupp taz-Zoni Turistiċi u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu. Bħala parti mix-xogħol sabiex isir titjib fl-ambjent urban ta’ pajjizna, ffukajna sabiex jerga’ jibda l-manutenzjoni fil-lokalita’ u ħdimna sabiex isir titjib estetiku u jizdied it-tindif fiz-zona. Bdejna wkoll nimmaniġġjaw bajja fil-post imsejjaħ tal-Fajtata. Għas-sena kurrenti għandna wkoll pjanijiet sabiex nagħmlu proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza qrib il-Knisja u tal-madwar sabiex nagħtu spinta oħra f’dak li huwa titjib tal-prodott turistiku lil din iz-zoni illi hija tant frekwentata minn turisti u nies tal-lokal f’pajjizna. Peress li Wied il-Għajn qiegħed fiz-zona turistika tan-nofsinhar, din il-lokalita’ ser tkun qiegħda tgawdi minn għajnuna jew proġetti li ser ikunu possibli mill-ġbir tal-kontribuzzjoni ambjentali mit-turisti aktar tard din is-sena. Nfakkar lill-Interpellant fil-miżura li wiegħed u wettaq dan il-Gvern, fejn traħħsu il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għan-negozji b’25%. Din l-inizjattiva kienet inċentiv b’saħħtu u favur l-operaturi sabiex bl-ammont ta’ flus li jifrankaw jkomplu jinvestu fil-prodott tagħhom.