Vetturi b’number plate ta’ barra – road side checks
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19763, billi fit-tweġiba qed jingħadd li ma tinżammx statistika ta’ kemm jinżamu road side checks, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kontroll isir fuq l-informazzjoni li tinġabar u waqt ir-road side checks?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta issir spezzjoni fuq vetturi kummerċjali (vetturi għal ġarr ta’ passiġġieri u vetturi għal ġarr ta tagħbija), waqt roadside check fit-triq, tinġabar informazzjoni dwar jekk instabx li hemm xi nuqqas/difetti fit-tali vettura. Fil-każ li jinstab xi nuqqas/difetti fil-vettura, filwaqt li tinħareġ ċitazzjoni, jingħata appuntament biex l-istess vettura terġa’ tiġi spezzjonata fi żmien tnax-il ġurnata. It-tieni spezzjoni issir biex jiġi assigurat li d-difetti/nuqqasijiet ġew irranġati. Kemm-il darba il-vettura ma tersaqx għat-tieni spezzjoni toħroġ restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura.
Karozzi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk karozzi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranija u li huma minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea jistgħux jkunu fiċ-ċirkolazzjoni f’Malta? Jekk iva, għal kemm żmien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant tagħmel referenza għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 20973.
Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem bl-Għarbi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux konxju li bħalissa f’Malta hawn kwantità kbira ta’ karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem bl-Għarbi? Jaf kif dawn daħlu Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-Mistoqsija lil-Ministru kkonċernat.
Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi humiex identifikabbli f’terminu ta’ sid, dettalji, liċenzja u assikurazzjoni mill-Pulizija Maltija jew minn Uffiċjal tal-Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta Transport Malta jew il-Pulizija jagħmlu diversi road side checks fit-toroq Maltin, f’kull okkażżjoni l-uffiċjal jitolbu lis-sewwieq tal-vettura sabiex jippreżentaw d-dokumenti kollha meħtieġa fosthom, dettalji tas-sid, liċenzja tas-sewqan u l-assikurazzjoni. F’każ li xi wieħed minn dawn id-dokumenti ma jiġix ippreżentat allura dik il-vettura ma titħalliex tiċċirkola fit-triq u tiġi ttowjata.
Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi — assikurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni bi kliem Għarbi humiex koperti b’assikurazzjoni u jekk ikun hemm inċident li jinvolvi waħda minn dawn il-karozzi, jista’ jkun hemm kumplikazzjonijiet ta’ assikurazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta u l-Pulizija jagħmlu diversi road side checks fit-toroq Maltin u f’kull okkażżjoni l-uffiċjal jitolbu lis-sewwieq tal-vettura sabiex jippreżenta d-dokument ta’ l-assikurazzjoni. F’każ li dan ma jiġix ppreżentat allura dik il-vettura ma titħalliex tiċċirkola fit-triq u tiġi ttowjata.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-vjaġġi tar-rotta 106 skedati għall-4 ta’ Novembru 2015, minn Ħ’Attard għal Mater Dei bejn id-8.50am u l-10.10am ma sarux, bir-riżultat li kien hemm numru ta’ nies li tilfu l-appuntament illi kellhom f’Mater Dei?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, l-vjaġġi li kien hemm skedati bejn it-8.50am u l-10.10am fid-data imsemmija fil-fatt saru.
Jista’ l-Ministru jgħid, skont is-sistema ta’ Transport Malta, kemm-il vettura hawn f’Malta illi m'għandhiex il-liċenzja mħallsa? Jista' jagħti break down ta' kemm-il vettura għandha l-liċenzja b’lura iktar minn 10 snin, kemm-il vettura għandha l-liċenzja b’lura b’iktar minn 5 sa 10 snin u kemm-il vettura għandha l-liċenzja b’lura b’iktar minn 1 sa 5 snin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din sena kien hemm 26,370 vettura bil-liċenzja mhux mħallsa. Dan ma jfissirx li dawn il-vetturi qiegħdin jiċċirkulaw fit-toroq. Flimkien mal-pulizija, jsir l-aħjar sforz biex tinqata’ l-irregolarita’.
Ninformaha wkoll illi l-ammont totali tal-vetturi bil-licenzji b’lura b’iktar minn 10 snin huwa 7,995, bejn 5 sa 10 snin 5,356 u bejn 1 sa 5 snin 8,924.
Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda x-xogħol tal-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Qortin liema triq tinsab fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq hija nkluża mal-lista ta’ toroq li għandhom isiru. Ix-xogħol ser isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema rotot tneħħew fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar bir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bit-tibdil li seħħ fit-22 ta’ Novembru 2015, ma’ kien hemm l-ebda tibdil fir-rotot li jikkonċernaw lill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar.
Pont bejn ix-Xemxija u t-telgħa ta’ Selmun — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern hux jikkonsidra li jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Pont li hemm bejn ix-Xemxija u t-telgħa ta’ Selmun?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jkunu qegħdin isiru xogħlijiet fuq iż-żona mmsemmija. Bħalissa Transport Malta qiegħda għaddejja b’diversi laqgħat ta’ ko-ordinament mal-entitajiet tas-servizzi.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Jista’ l-Ministru jara li jsir tindif fil-Kalkara peress li qed ikun hemm ammont ta’ bulk rubbish fosthom tyres u deckchairs li qed jintremew kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi fiż-żona imsemmija jsir tindif regolari minn żmien għal żmien. Matul din is-sena, din iż-żona tnaddfet minn tal-inqas darba fix-xahar. F’parti minn din iż-żona ġiet installata CCTV camera u nistgħu ngħidu li fil-parti li qed tiġi ssorveljata minn din il- camera, s-sitwazzjoni ta’ rimi ta’ skart illegali ġiet ikkontrollata.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ karozzi li bħalissa hawn f’Malta b’number plates barranin u li għandhom il-permess li jiċċirkolaw b’dawn il-pjanċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont Artikolu 18 ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-liċenzjar ta’ vetturi bil-mutur, KAP 368, kull vettura rregġistrata f’pajjiż ieħor tista’ tiddaħħal u tinstaq f’Malta temporanjament għal perjodu konsekuttiv li ma jkunx jaqbeż seba’ xhur f’perjodu ta’ tnax il-xahar.
Karozzi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranija – nazzjon
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ta’ liema nazzjonalità huwa dawn il-karozzi bi pjanċi ta' reġistrazzjoni barranija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall- Mistoqsija Parlamentari 20973, fejn għidt li Transport Malta jew kull Awtorita’ regolatorja oħra ma tistgħax tiġbor din l-infomazzjoni għaliex huwa illegali li twaqqaf kull vettura li tiċċirkola fit-toroq Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi li huma reġistrati f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 20973, u nżid li Transport Malta ma żżommx rendikont u statistika ta’ kemm hawn vetturi li huma reġistrati f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea.
Transport Malta – stimi ta’ karozzi li jinsabu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex statistika jew stimi ta’ karozzi li jinsabu Malta bla permess ta’ ċirkolazzjoni? Jekk iva, x’inhi l-istatistika li tista’ tipprovdi Transport Malta dwar dawn il-karozzi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandhiex statistika jew stima ta’ vetturi li jinstabu f’Malta bla permess ta’ ċirkolazzjoni u dan għaliex vetturi li qeghdin f’Malta temporanjament m’ għandhom bżonn l-ebda permess ta’ ċirkolazzjoni kif intqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 20973.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni u meta mistenni li se jibda u jitlesta x-xogħol relatat mal-aċċess alternattiv għar-residenti tas-Salini, liema sitwazzjoni preżenti qed tikkawża inkonvenjent u periklu għar-residenti tal-istess żona?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni mistennija terġa titla’ quddiem il-Bord tal-MEPA fix-xahar ta Dicembru.
Jista’ l-Ministru jara li l-aċċess li suppost tħalla għar-residenti tas-Salini għal Triq il-Kosta ikun wieħed aċċessibli bis-serjetà u mingħajr ma’ jħalli l-iċken possibilità ta’ periklu għall-istess residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iżjed speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.