Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' Triq il-Miklem Malti f'Wied il-Għajn li kulma hi xi 100 metru twila iżda għadha fi stat primitiv li aktar jixbaħ lil wiċċ il-qamar milli triq ferm abitata? Hemm il-ħsieb li ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Triq il-Miklem Malti qiegħda ma' l-ewwel għaxar toroq li ser jitwettqu f'Wied il-Għajn.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac f'dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar
1) Sqaq Bursett
2) Triq G. Micallef
3) Triq Alofju WIgnacourt
u toroq oħra mhux asfaltati f'din iz-zona?
Response (GALEA, ĊENSU)
Bħalissa hemm kuntratt għax-xogħol fi Triq Bieb is-Sultan u Triq Berebies filwaqt illi qed issir l-expropriation biex Triq A. Wignacourt tkun tista tinfetaħ. Xogħolijiet fit-toroq l-oħra imsemmija isiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-dipartiment.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 25920 min hu l-perit mid-ditta Design Resources li hu inkarigat professjonalment mix-xogħlijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-periti tad-Ditta Design Resources huma l-periti Robert Sant, Etienne Magri u Lino Cachia.
Dawn it-tlieta għandhom responsabilita' għad-diversi aspetti tax-xogħolijiet li qed jitwettqu f'dawn il-kuntratti.
Billi kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu min Pjazza San Franġisk għal Triq Putiral, Rabat, Għawdex, qed ikun hemm kongestjoni kbira tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jiġi installati traffic lights li jaħdmu b'sistema elettronika li meta l-karozzi tal-linja ikunu viċin tagħhom jinxtgħel id-dawk aħmar u hekk it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-Bus Terminus jieqaf sa x'ħin jgħaddu tal-linja
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jaraw x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg?
Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet
Response (GALEA, ĊENSU)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 25568 magħmula lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jaġġornana dwar l-estensjoni tas-servizz tal-karozzi tal-linja għar-residenti ta' Għar Barka? X'kienu r-raġunijiet li minn Ottubru 1998 ma sarux l-arranġamenti kollha li talbu x-xufiera sabiex ir-residenti ta' dawn l-inħawi jkunu provduti bis-servizz mixtieq? Jista' l-Ministru jinformana meta l-venda tal-karozzi tal-linja tar-Rabat se tirritorna lura fi Triq Santa Rita? Meta se jibda mill-ġdid is-servizz bil-karozza tal-linja dirett għal San Pawl il-Baħar sabiex il-familji ta' l-Imtarfa, Rabat u l-Baħrija jkollhom aċċess sabiex igawdu s-sajf ħdejn il-baħar?
Peress li numru ta' persuni b'disabilita' u persuni li jużaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat jilmentaw mill-inkonvenjent u l-problema tal-parking, jista' l-Ministru jinvestiga kif jista' jtaffi ftit is-sitwazzjoni ta' dawn il-persuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mall-Kunsill Lokali għamlu arranġamenti biex ikun hemm numru ta' reserved parking bays quddiem iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat li jinkludi żewġ bays għall- użu ta' persuni b'diżabilita'.
Peress li l-ispazju għal parking f'Misraħ il-Paroċċa huwa ristrett ħafna, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku huwa ta' l-opinjoni li żewġ spazji (riservati għal persuni b'diżabilita') jirrapreżentaw persentaġġ aċċetabli minn numru ta' parking spaces li hemm għall-użu fil-pjazza.
Peress li numru ta' persuni b'disabilita' fir-Rabat jilmentaw mill-inkonvenjent u l-problema tal-parking, jista' l-Ministru jinvestiga kif jista' jtaffi ftit is-sitwazzjoni bil-għan li dawn il-persuni jkollhom aktar aċċessibbilta'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-traffiku ser jitlob lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jiddentifika postijiet għar-reserved parking għall-persuni b'diżabilita' f'postijiet li jkunu addatati għal blue sticker holders.
Ta' min isemmi li fir-Rabat diġa' hemm sitt postijiet riservati għall-persuni b'diżabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata?
Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations?
Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx ħsieb li tiġi asfaltata New Street, off Notabile Road, Mrieħel, minħabba l-inkonvenjenti maħluqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed iħejji l-pjanijiet neċessarji biex din it-triq tiġi asfaltata. Ix-xogħol fiha jsir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-dipartiment.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 26159 dwar il-lastku li hemm bżonn fit-triq fuq il-pont reġjonali, jista' l-Ministru jgħid meta se joħroġ it-tender għall-kuntratt ta' xogħol imsemmi u meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-proċess amministrattiv sabiex is-sejħa għall-offerti tkun tista' ssir inbeda u wieħed jistenna li s-sejħa tkun tista' tiġi ppubblikata ma ddumx.
Jista' l-Ministru jinformana x'ġara mill-arranġamenti li wiegħed, kemm-il darba li se jsiru, dwar it-talba tar-residenti ta' Triq Borg Olivier ir-Rabat, Malta? Peress li d-dar ta' l-anzjani ta' Saura tinstab fl-istess triq, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-parking jitħalla mill-ġdid fejn kien matul il-prova ta' sitt xhur one way li suppost se ssir iminentament fi Triq borg Olivier, ir-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat flimkien mall-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qegħdin jiffinaliżżaw sistema tat-traffiku li tinkludi 'One Way' fi Triq Borg Olivier.
Hekk kif is-sistema l-ġdida tibda titħaddem il-Bord ikun f'pożizzjoni aħjar biex jikkunsidra t-talba magħmula mill-Onor. Interpellant għar-reserved parking bay ħdejn id-dar ta' l-anzjani, Ta' Sawra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq Qasam Sperimentali, fl-area ta' Ħal Farruġ li tkissret meta sar ix-xogħol fuq it-tiswija tad-drenaġġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa ġibed l-attenzjoni tal-kuntrattur li t-trinka qiegħda tinżel f'xi postijiet u b'hekk tinħtieġ li tissewwa, iżda peress li x-xogħol sar taħt kuntratt tad-Dipartiment tad-Dranaġġ, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Tumas f'Ħal Luqa se ssir minħabba l-inkonvenjent u l-periklu kbir li tippreżenta għal kull min jgħaddi b'xi vettura minn hemm u l-ħsejjes kbar ta' tisbit tal-vetturi, li r-residenti jkollhom jissaportu matul il-gurnata u l-lejl minħabba is-sitwazzjoni tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 25955.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistgħax titwaħħal xi barrier fuq il-bankina ta' Triq il-Wied, l-Iklin, qrib My Nest House, billi minħabba fil-kisra li hemm f'dawk l-inħawi faħli ħafna biex il-karozzi li jkunu għaddejjin bi speed qawwi jitilfu l-kontroll u jidħlu fil-ħajt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jinformana għaliex matul dawn l-aħħar 28 xahar ma saru ebda xogħlijiet biex titranġa l-qagħda ħażina ħafna ta' Triq il-Pristorja u Triq Imġiebaħ fix-Xemxija, l/0 ta' San Pawl il-Baħar?
Jista' l-Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jgħaddu mill-kliem għall-fatti u cioe' jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa immedjatament sabiex ir-residenti li ma jammontawx għal ftit ikollhom triq diċenti? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-tenders biex isiru x-xogħolijiet fit-toroq msemmija mill-Onor. Interpellant diġa ħarġu mid-Dipartiment tat-Toroq u ż-żmien għall-offerti ser jagħlaq fit-12 ta' Ġunju 2001.
Biex seta' sar dan ix-xogħol kellu jsir xogħol ta' preparazzjoni li sfortunatament 22 xahar ta' Amministrazzjoni Laburista ma tat l-ebda każ li tagħmel.
Peress li kif jaf il-Ministru familji mir-Rabat, Baħrija u Mtarfa għandhom bżonn is-servizz tal-karozza tal-linja għal jiem tas-sajf jaslu dirett f'San Pawl il-Baħar, jista' jinformana bl-arranġamenti li saru għar-rigward tal-ħinijiet u l-ġranaet ta' matul il-ġimgħa meta r-residenti se jsibu dan is-servizz?
Peress li l-familji u l-anzjani li jużaw dan is-servizz jixtiequ li l-karozzi jitilqu mill-venda ta' Triq Santa Rita minħabba t-toqol tal-basktijiet eċċ li jġorru, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi milqugħa wkoll?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa hemm is-servizz tar-rotta 86 li jwassal għal San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jara li ssir mera faċċata tal-kanutniera ta' Triq l-Oratorju ma' Triq Ħal Tarxien f'Ħal Tarxien peress li din hija blind corner għall-karozzi u hija ferm perikoluża għal dawk ħerġin minn Triq l-Oratorju?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'għandu l-ebda oġġezzjoni biex tiġi nstallata mera fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, u ser jikkomunika mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex jagħmel talba formali biex isiru x-xogħolijiet li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jara li problema bil-posta li qed ikollu anzjan b'diżabilita', li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata għax kull darba il-posta tiegħu qiegħda tmur għand individwi oħra, minkejja li dan l-individwu diġa' nforma lid-dipartiment tal-posta bil-problema li għandu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-direzzjoni tal-Maltapost plc ħadet il-passi meħtieġ wara li dan l-individwu kien ġa ressaq l-ilmenti tiegħu xi ġimgħat ilu.