Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26217 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 26129?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinkorpora ċertu dettalji u għaldaqstant wieħed jifhem li tali nformazzjoni ma tistax tingħata mil-lum għal għada. Madanakollu appena din l-informazzjoni kif mitluba tinġabar, din tiġi ppubblikata.

Standards

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarux spezzjonijiet fi djar tal-anzjani privati sabiex jiġu assigurati ċerti standards bħal: i) tindif ii) alarm iii) telephone fil-Kamra iv) menu

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #25386 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn il-11 ta' Settembru 2000 u l-24 ta' April 2001, sar dan iċ-ċaqlieq ta' ħaddiema fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. DIPARTIMENT/ENTITA' NUMRU TA' TRASFERIMENTI Ministeru (inkluż tlitt Segretarjati Privati) 15 Trade Services 20 Consumer and Competition Division 8 Enemalta 39 Air Malta 10 Maltacom 82 Water Services 46 MCED 1 Maltapost 30* * Dawn it-trasferimenti ġew attwati b'riżultat tal-"memorandum of understanding" milħuq bejn il-Gvern, Maltapost, l-G.W.U. u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ma narax raġuni għaliex għandi nagħti r-raġuni għaliex sar kull trasferiment. Madanakollu nista' ngħid li t-trasferimenti saru minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet; Esiġenzi tas-servizz, Promozzjoni, Saħħa jew Talba Personali.
Leg 9 PQ #25893 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar uffiċjali fuq "performance agreement" fid-dekasteru tiegħi.

Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir street lighting adegwat fi Triq ir-Rebbiegħa kantuniera ma' Triq il-Ħelsien (bejn wieħed u ieħor quddiem in-numri tad-djar 22 u 25)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #26172 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Electricity Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tkun implimentat il-ftehim milħuq mal-G.W.U. f'April 1970 u ppublikat fil-Memo Nru 344 sabiex dawk l-impjegati li kienu mal-Malta Electricity Board u issa fil-Korp Enemalta jingħataw il-pensjoni kif kien miftiehom f'dak il-Memo?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21375 waqt is-Seduta numru 435 - liema mistoqsija kienet titratta l-istess materja.
Leg 9 PQ #26178 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal-dewmien biex jinbidel arblu tad-dawl antik li jinsab fi Triq il-Kapuċċini b'kantuniera ma Triq il-Ġir, meta dan kellu diversi nterventi biex jinqala u jinbidel min għand il-kunsilli Lokali u anke residenti t'hemm stess?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja. Dwar data ta' meta jsir ix-xogħol, dejjem jekk jirriżulta li jkun il-każ li tittieħed azzjoni, dan jiddependi minn diversi fatturi fosthom l-urġenza tal-każ.
Leg 9 PQ #26182 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-Enemalta minn 1990 sal-lum sena b'sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-impjegati illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema, sena b'sena, impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta bejn l-1990 u l-31 ta' Mejju ta' din is-sena kien hekk: 1990 1884 1991 1925 1992 1982 1993 2015 1994 2047 1995 2050 1996 2063 1997 2064 1998 2010 1999 1976 2000 1981 2001 1944 Il-ħaddiema li bħalissa huma mpjegati mal-Korporazzjoni ġejjin prattikament minn kull lokalita' ta' Malta u Għawdex.
Leg 9 PQ #26183 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-W.S.C. mill-1990 sal-lum sena b'sena? JIsta' jgħid minn liema lokalita' ġejjin il-ħaddiema illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qabel xejn, tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma twaqqfet fl-1992, In-numru ta' ħaddiema impjegati mal-Korporazzjoni sena b'sena bejn dik is-sena u s-sena kurrenti kien kif ġej: 1992 1669 1993 1548 1994 1453 1995 1398 1996 1356 1997 1316 1998 1259 1999 1200 2000 1194 2001 1178 Il-ħaddiema li bħalissa hemm jaħdmu mal-Korporazzjoni tista' tgħid li ġejjin minn kull lokalita' ta' Malta u Għawdex.
Leg 9 PQ #26187 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ALPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda (basic u l-allowances) mogħtija lill-pilots membri fl-ALPA, u dan skond l-agreement li ġie ffirmat riċetment

Response (BONNICI, JOSEF)

Billi kif spjegajt diversi drabi qabel l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali, ma nħossx li jkun prudenti li nagħti dettalji dwar xi żieda mogħtija lill-pilots membri ta' l-ALPA fl-aħħar collective agreement.
Leg 9 PQ #26193 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara issir spezzjoni fuq il-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li minkejja li l-post ma jintużaw, qed jiġu kontijiet tad-dawl u ilma għolja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #25242 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru Maltin kullsena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa stmat li matul l-aħħar ħames snin in-numru ta' Maltin li siefru kien kif ġej: 1996 167,889 1997 171,677 1998 166,741 1999 179,547 2000 188,737
Leg 9 PQ #25752 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika kkumpilata matul is-sena 2001 dwar ir-reġjun ta' Għawdex mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika? Għaliex din l-istatistika mhux qed tiġi mxandra bħal statistika dwar Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li hija l-politika ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika li, fejn hu possibbli, tinġabar statistika fuq bażi reġjonali. Fil-fatt xi statistika li nġabret dwar Għawdex diġa' ġiet ippubblikata permezz ta' "News Releases" li ħarġu din is-sena. Din tinkludi statistika dwar trasport bejn iż-żewġ gżejjer, agrikultura, inċidenti tat-traffiku, stokk ta' karozzi liċenzjati, Għawdxin li jattendu l-Universita' tat-Tielet Eta' u kultura (libreriji, baned u bandisti). Statistika oħra li qed tinġabar fuq bażi reġjonali ser tiġi ppubblikata wkoll mhux biss għal Għawdex iżda għall-pajjiż kollu.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex wires ta' l-Enemalta li huma mdendlin mal-faċċata tad-dar bl-indirizz li qed jidher separatament u li qed jagħmlu ħsara u saħansitra lanqas manutenzjoni tal-gallarija ma tista ssir minħabba l-periklu, jiġi rranġati mill-aktar fis?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet li saru mill-Korporazzjoni Enemalta, ma jirriżultax li l-wires tad-dawl qed jagħmlu ħsara fil-proprjeta' imsemmija. Min-naħa l-oħra, biex il-proprjetarju tal-fond imsemmi jkun jista' jagħmel manutenzjoni fil-proprjeta', ikollu bżonn jimla applikazzjoni apposta għal dan il-għan fl-uffiċċju distrettwali tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #26128 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Provista' ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġiet sospiża l-provista ta' l-ilma matul dawn l-aħħar tnax-il xhar u x'kienet ir-raġuni għal kull sospensjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26129 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet ġiet sospiża l-provista ta' l-elettriku matul dawn l-aħħar tnax-il xahar u x'kienet ir-raġuni għal kull sospensjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25241 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 u jgħati breakdown tal-prezzijiet tagħhom qabel id-dazju/VAT. Kemm kienu taħt il-Lm 5000, kemm bejn il-Lm 5,000 u Lm 10,000, kemm bejn Lm 10,0000 u l-Lm 20,000, kemm bejn l-Lm 20,000 u t-Lm 30,000, kemm bejn t-Lm 30,000 u l-Lm 40,000, kemm bejn l-Lm 40,000 u l-Lm 50,000 u kemm aktar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma għandux informazzjoni dwar importazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, iżda skond il-"bands" ta' ċilindraġġ kif speċifikat fit-Tariffa tad-Dwana. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra skeda ta' importazzjoni ta' karozzi li tkopri s-snin 1998, 1999 u 2000 skond il-"codes" mogħtija fit-Tariffa tad-Dwana separatament għall-karozzi ġodda u użati. L-informazzjoni għas-sena kurrenti għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #25376 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25448 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kooperattiva tat-Tjur

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'progress sar dwar il-proposti u l-ilmenti li resqu l-membri tal-Kooperattiva tat-Tjur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-proposti u ilmenti li ressqu l-membri tal-Koperattiva tat-Tjur waqt il-laqgħa li kellhom ma' uffiċjali mill-iSmall Business Unit ġew riferuti lill-Ministeru ta' l-Agrikultura sabiex jiġu evalwati u eventwalment fejn applikabbli tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #25452 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema huma dawk il-varjetajiet ta' laħam li se jkunu suġġett ta' żieda fid-dazju, levy, jew ta' kontroll ta' kwota wara li Malta tissieħeb fl-UE. Jista' l-Ministru jinfurmani x'impatt se jkollhom dawn is-sistemi fuq l-industrija ta' l-ikel u tat-Turiżmu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kwalitajiet kollha ta' laħam, bħaċ-ċanga, majjal u tiġieġ, fil-preżent huma suġġetti għal-levies. Dan japplika wkoll għal prodotti maħduma mil-laħam bħalma huma l-burgers u nuggets. Sa llum għadha ma ġietx stabbilita l-ebda skeda dwar it-tneħħija ta' dawn il-levies peress li bħalissa għad hemm restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti lejn l-Unjoni Ewropea. Is-sistema li eventwalment ser titħaddem biex tirregola dan il-qasam għad trid tiġi stabbilita, wara li n-negozjati dwar il-kapitlu ta' l-Agrikoltura għad iridu jinfetħu. Għaldaqstant huma prematur li f'dan l-istadju tingħata tweġiba konklussiva u definittiva għal din il-mistoqsija.